<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTB.1101186901.case.xml"><NO.CASE>C-250/09</NO.CASE><NO.CASE>C-268/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0250</NO.CELEX><NO.SEQ>0021.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-11883</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-11910</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>28</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20101118">18.11.2010</DATE> — KAWŻI MAGĦQUDA C-250/09 U C-268/09</LEFT><RIGHT>GEORGIEV</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20101118">18 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawżi magħquda C-250/09 u C-268/09,</P><P>li għandhom bħala suġġett żewġ talbiet għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mir-Rayonen sad Plovdiv (qorti tal-prim’istanza tal-Bulgarija), permezz tad-deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20090623">23 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li waslu fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-6 u fl-<DATE ISO="20090710">10 ta’ Lulju 2009</DATE>, rispettivament, fil-proċeduri</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Vasil Ivanov Georgiev</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv</HT>,</P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-11884"?><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J. N. Cunha Rodrigues, President tal-Awla, A. Arabadjiev, A. Rosas, A. Ó Caoimh u P. Lindh (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal V. I. Georgiev, minn K. Boncheva u G. Chernicherska, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv, minn K. Iliev, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Bulgaru, minn T. Ivanov u E. Petranova, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Slovakk, minn B. Ricziová, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="I-11885"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn J. Enegren u N. Nikolova, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talbiet għal deċiżjoni preliminari jirrigwardaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Dawn id-domandi ġew magħmula fil-kuntest ta’ kawżi bejn V. I. Georgiev u t-Tehnicheski universitet — Sofia, filial Plovdiv (Università Teknika ta’ Sofia — fergħa ta’ Plovdiv, iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Università<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar, minn naħa, l-impjieg permezz ta’ kuntratti għal żmien determinat li kien ilu jokkupa minn meta għalaq il-65 sena u, min-naħa l-oħra, l-irtirar obbligatorju tiegħu mat-68 sena.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11886"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2000/78</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 25 tad-Direttiva 2000/78 tipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni marbuta ma’ l-età hija element essenzjali biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-Linji Gwida ta’ l-Impjieg u biex tiġi inkoraġġita d-diversità fl-impjieg. Madankollu, id-differenzi fit-trattament marbuta ma’ l-età jistgħu jiġu ġġustifikati f’ċerti ċirkostanzi u għalhekk jeħtieġu dispożizzjonijiet speċifiċi li jistgħu jvarjaw skond is-sitwazzjoni fl-Istati Membri. Huwa għalhekk essenzjali li jkun hemm distinzjoni bejn id-differenzi fi trattament li huma ġġustifikati, b’mod partikulari minn politika leġittima ta’ mpjieg, objettivi tas-suq tax-xogħol u taħriġ professjonali, u diskriminazzjoni li għandha tiġi pprojbita.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[l]-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li tniżżel parametru ġenerali biex tikkumbatti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-impjieg u x-xogħol, bi skop li timplimenta fl-Istati Membri il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11887"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u 2(a) tal-istess direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskop ta’ din id-Direttiva, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>‘il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet tiġi trattata oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/78 intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> jipprovdi fl-Artikolu 3(1)(ċ):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fil-limiti tal-kompetenzi konferiti lill-Komunità, din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni kollha, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, inklużi korpi pubbliċi, f’dak li jirrigwarda:</P><P>[…]</P><P>ċ) il-kundizzjonijiet għall-impjieg u tax-xogħol, inklużi [l-kundizzjonijiet ta’] sensji u paga<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-11888"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Minkejja l-Artikolu 2(2), l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trattament differenti fuq bażi ta’ età m’għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, hu objettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima ta’ l-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu approprjati [xierqa] u neċessarji.</P><P>Dan it-trattament differenti jista’ b’mod partikolari jinkludi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ kondizzjonijiet speċjali għall-aċċess għall-impjieg u t-taħriġ professjonali, l-impjieg u x-xogħol, inkluzi l-kundizzjonijiet ta’ sensji u pagi, għaż-żgħażagħ, ħaddiema ta’ età, u persuni li jkollhom responsabbilitajiet li jieħdu ħsieb persuni oħra sabiex jippromwovu l-integrazzjoni professjonali tagħhom jew jiżguraw il-protezzjoni tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>[l]-iffissar ta’ kondizzjonijiet minimi ta’ età, esperjenza professjonali jew anzjanità f’servizz għall-aċċess ta’ mpjieg jew għal ċerti vantaġġi marbuta ma’ l-impjieg;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-iffissar ta’ età massima għal reklutaġġ li tkun ibbażata fuq ħtiġiet ta’ formazzjoni tal-post inkwistjoni jew fuq il-ħtieġa ta’ perijodu raġjonevoli ta’ mpjieg qabel l-irtirar.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11889"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-klawżola 5(1), tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta’ Marzu 1999</DATE>, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-<DATE ISO="19990628">28 ta’ Ġunju 1999</DATE>, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368), hija fformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Sabiex jiġi ipprevenut l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss [żmien determinat], [l-Istati Membri,] wara konsultazzjoni ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv jew il-prattika, u/jew l-imsieħba soċjali, għandhom, meta ma hemm ebda miżuri ekwivalenti legali biex jipprevjenu l-abbuż, jintroduċu b’mod li jieħu kont tal-ħtiġiet tas-setturi u/jew kategoriji speċifiċi ta’ ħaddiema, waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw it-tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iż-żmien massimu totali ta’ kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta’ impjieg għal terminu fiss [żmien determinat];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>in-numru ta’ tiġdid ta’ dawn il-kuntratti jew relazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11890"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Kodiċi tax-Xogħol Bulgaru (DV Nru 26, tal-<DATE ISO="19860401">1 ta’ April 1986</DATE>), fil-verżjoni emendata tiegħu u ppubblikata fid-DV Nru 105, tad-<DATE ISO="20051229">29 ta’ Diċembru 2005</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kodiċi tax-Xogħol<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) jipprovdi, fil-punti 1 u 4 tal-Artikolu 68(1), id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1) Il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat huwa konkluż:</P><PARAG IDENTIFIER="068.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>għal żmien determinat li ma jistax jeċċedi tliet snin sakemm liġi jew att adottati mill-Kunsill tal-Ministri ma jkunux jipprovdu l-kuntrarju;</P><P>[…]</P><P>4) B’mod eċċezzjonali, kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 68(1), għal żmien ta’ mill-inqas sena jista’ jiġi konkluż għal xogħlijiet jew attivitajiet li ma humiex ta’ natura temporanja, tal-istaġun biss jew għal żmien qasir. Kuntratt ta’ xogħol bħal dan jista’ anki jiġi konkluż għal żmien iqsar fuq talba bil-miktub tal-ħaddiem jew tal-persuna li timpjega. F’dan il-każ, il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 68(1) mal-istess ħaddiem jew mal-persuna li timpjega għall-istess xogħol jista’ jiġġedded għal darba biss għal perijodu ta’ mill-inqas sena.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 325(3) tal-Kodiċi tax-Xogħol jipprovdi li l-kuntratt tax-xogħol jintemm mingħajr notifika minn qabel, min-naħa tal-partijiet, meta jiskadi t-terminu stabbilit minnu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11891"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 328 tal-Kodiċi tax-Xogħol:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1) Il-persuna li timpjega tista’ ttemm il-kuntratt ta’ xogħol permezz ta’ notifika minn qabel bil-miktub indirizzata lill-ħaddiem jew lill-impjegat fit-termini msemmija fl-Artikolu 326(2) fil-każijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="328.010"><NO.PARAG>10.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta jinkiseb id-dritt għall-pensjoni ta’ rtirar, u fil-każ tal-professuri, tas-senior lecturers u tal-assistenti fil-livelli I u II u ta’ persuni li għandhom dottorat fix-xjenza, meta jagħlqu l-65 sena;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Liġi Bulgara dwar l-Edukazzjoni Terzjarja (DV Nru 112, tas-<DATE ISO="19951227">27 ta’ Diċembru 1995</DATE>), fil-verżjoni emendata u ppubblikata fid-DV Nru 103, tat-<DATE ISO="20051223">23 ta’ Diċembru 2005</DATE>, tipprovdi fil-paragrafu 11 dispożizzjonijiet tranżitorji u finali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Fuq suġġeriment tal-Kunsill tal-Professuri u tal-Kunsill tas-sede Akkademika u/jew tal-Kunsill tal-fergħa Akkademika, b’deċiżjoni tal-Kunsill Akkademiku, il-kuntratti ta’ xogħol tal-persuni kkwalifikati sabiex jgħallmu jistgħu, meta dawn il-persuni jilħqu l-età msemmija fil-punt 10 tal-Artikolu 328(1) tal-Kodiċi tax-Xogħol, jiġġeddu għal sena, sa massimu ta’ tliet snin meta l-persuna kkonċernata tkun tokkupa pożizzjoni ta’<?PAGE NO="I-11892"?> <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>professur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> u sa massimu ta’ sentejn meta l-persuna kkonċernata tkun tokkupa pożizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>senior lecturer<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-punt 6 tal-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni (DV Nru 86, tat-<DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>), fil-verżjoni emendata u ppubblikata fid-DV Nru 105, tad-<DATE ISO="20051229">29 ta’ Diċembru 2005</DATE>, jipprovdi li ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>l-iffissar ta’ limitu ta’ età għall-impjieg li jkun marbut mal-ħtieġa ta’ taħriġ għall-okkupazzjoni ta’ funzjoni korrispondenti jew mal-ħtieġa ta’ terminu raġonevoli bejn l-okkupazzjoni tal-pożizzjoni u l-irtirar, sakemm tkun kundizzjoni oġġettiva intiża għat-twettiq ta’ għan leġittimu b’mezzi li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa realment meħtieġ<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawżi prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>V. I. Georgiev beda jaħdem fl-Università fl-1985 bħala assistant lecturer.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-kuntratt ta’ xogħol tiegħu ġie mitmum b’effett mis-<DATE ISO="20060206">6 ta’ Frar 2006</DATE> peress li kien laħaq l-età tal-irtirar, stabbilita għal 65 sena.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Madankollu, il-Kunsill Akkademiku tal-Università awtorizza lil V. I. Georgiev ikompli jaħdem skont il-paragrafu 11 tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Terzjarja. Għaldaqstant ġie ffirmat kuntratt ta’ xogħol ġdid għal<?PAGE NO="I-11893"?> perijodu ta’ sena għal dan il-għan, li kien jipprovdi li l-persuna kkonċernata kienet ser taħdem bħala lecturer fil-Fakultà tal-Inġinerija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ addendum tal-<DATE ISO="20061221">21 ta’ Diċembru 2006</DATE>, il-kuntratt iġġedded għal sena.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>V. I. Georgiev inħatar professur f’Jannar 2007.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta’ <HT TYPE="ITALIC">addendum</HT> ieħor, tat-<DATE ISO="20080118">18 ta’ Jannar 2008</DATE>, il-kuntratt reġa’ ġġedded għal sena.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fl-2009, is-sena li matulha V. I. Georgiev għalaq it-68 sena, intemmet ir-relazzjoni ta’ xogħol li huwa kellu mal-Università, bis-saħħa tal-Artikolu 325(3) tal-Kodiċi tax-Xogħol, permezz ta’ deċiżjoni tad-Direttur tal-Università.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>V. I. Georgiev ippreżenta żewġ rikorsi quddiem il-qorti tar-rinviju. L-ewwel wieħed, li ta lok għall-kawża C-268/09, huwa intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-klawżola tal-kuntratt għal żmien determinat tiegħu, li tillimita l-kuntratt ta’ xogħol tiegħu għal sena hija nulla u li dan il-kuntratt għandu jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala kuntratt għal żmien indeterminat. It-tieni rikors, li ta lok għall-kawża C-250/09, jirrigwarda d-deċiżjoni tad-Direttur tal-Università li temmet ir-relazzjoni ta’ xogħol tal-persuna kkonċernata ma’ din tal-aħħar meta għalaq it-68 sena.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-imsemmija qorti indikat li kellha dubji għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78 sabiex tagħti deċiżjoni għaż-żewġ kawżi li għandha quddiemha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11894"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Kien f’dawn iċ-ċirkustanzi li r-Rayonen sad Plovdiv iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lil Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin, fejn l-ewwel żewġ domandi huma identiċi għaż-żewġ kawżi, filwaqt li t-tielet waħda ġiet magħmula biss fil-Kawża C-268/09:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-[Direttiva 2000/78], jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li ma tawtorizzax il-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal perijodu indeterminat minn professuri li jkunu għalqu l-65 sena? F’dan ir-rigward, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva, id-dispożizzjoni [tal-punt 6] tal-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni, li tipprovdi limiti ta’ età għal ċerti karigi, hija miżura ġġustifikata b’mod oġġettiv u raġonevoli minn għan leġittimu u hija proporzjonata, meta jitqies li d-Direttiva hija kompletament trasposta fil-leġiżlazzjoni Bulgara?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tad-[Direttiva 2000/78] jostakolaw l-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju ta’ professuri li jkunu għalqu t-68 sena? Fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi ta’ din il-kawża, u fil-każ fejn tiġi kkonstatata inkompatibbiltà bejn id-dispożizzjonijiet tad-[Direttiva 2000/78] u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li biha ġiet trasposta d-Direttiva, huwa possibbli li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju twassal sabiex il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tiġix applikata?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali tistabbilixxi l-għeluq ta’ età speċifika bħala l-unika kundizzjoni sabiex tintemm ir-relazzjoni ta’ xogħol għal perijodu indeterminat u sabiex din ir-relazzjoni tkun tista’ titkompla bħala waħda għal perijodu determinat bejn l-istess ħaddiem u l-istess persuna li timpjega, għall-istess kariga? Sa fejn, wara li l-kuntratt għal perijodu indeterminat jiġi mibdul għal kuntratt għal perijodu determinat, il-liġi nazzjonali tistabbilixxi limitu massimu għall-kontinwazzjoni u numru massimu ta’ prorogi tar-relazzjoni ta’ xogħol għal perijodu determinat<?PAGE NO="I-11895"?> mal-istess impjegat, meta ma jibqax iktar possibbli li r-relazzjoni ta’ xogħol titkompla bejn il-partijiet?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-<DATE ISO="20090914">14 ta’ Settembru 2009</DATE>, il-Kawżi C-250/09 u C-268/09 ġew magħquda flimkien għall-finijiet tal-proċedura bil-miktub u orali, kif ukoll tas-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel żewġ domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel żewġ domandi, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 2000/78, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tagħha, tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju tal-professuri universitarji li jkunu għalqu t-68 sena u li dawn tal-aħħar ikomplu bl-attività tagħhom lil hinn mill-65 sena biss permezz ta’ kuntratti għal żmien determinat konklużi għal perijodu ta’ sena li ma jistgħux jiġġeddu iktar minn darbtejn. Fil-każ ta’ risposta pożittiva, din il-qorti tistaqsi jekk tali leġiżlazzjoni nazzjonali għandhiex tiġi eskluża.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat qabel kollox, kif jirriżulta kemm mit-titolu u mill-premessi kif ukoll mill-kontenut u l-għan tad-Direttiva 2000/78, li din tfittex li tistabbilixxi qafas ġenerali sabiex tiżgura trattament ugwali lil kulħadd <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>fl-impjieg u fix-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>,<?PAGE NO="I-11896"?> billi toffri protezzjoni effettiva kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq waħda mir-raġunjiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, li fosthom hemm l-età.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għall-ewwel żewġ domandi, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, jekk tintroduċix trattament differenti abbażi tal-età, u fil-każ ta’ risposta pożittiva, jekk din id-direttiva tipprekludix tali trattament differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, tidħolx fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2000/78, mill-Artikolu 3(1)(ċ) ta’ din tal-aħħar jirriżulta li, fil-kuntest tal-kompetenzi mogħtija lill-Unjoni Ewropea, hija tapplika għall-persuni kollha għal dak li jirrigwarda l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, inklużi l-kundizzjonijiet tat-tkeċċija u tar-remunerazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Id-dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju tal-professuri universitarji meta jagħlqu t-68 sena taffettwa l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva, billi tipprojbixxi lill-persuni kkonċernati milli jeżerċitaw l-attività tagħhom lil hinn minn din l-età.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjoni dwar il-konklużjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat, hija taffettwa l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(ċ), peress li tipprekludi lill-professuri universitarji li għandhom iktar minn 65 sena milli jkomplu bl-attività tagħhom billi jibbenifikaw minn kuntratt għal żmien indeterminat.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludix trattament differenti bbażat fuq l-età, fis-sens<?PAGE NO="I-11897"?> tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2000/87, għandu jitfakkar li skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> għandu jfisser li m’għandux ikun hemm diskriminazzjoni diretta jew indiretta għall-ebda raġuni msemmija fl-Artikolu 1<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ta’ din id-direttiva. L-Artikolu 2(2)(a) tagħha jippreċiża li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tal-istess artikolu, għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni diretta meta persuna tiġi trattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra f’sitwazzjoni simili, għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>L-applikazzjoni ta’ liġi li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju tal-professuri universitarji li jkunu għalqu t-68 sena twassal sabiex dawn il-persuni jkunu trattati b’mod inqas favorevoli minn persuni oħrajn li jeżerċitaw l-istess professjoni minħabba li jkunu qabżu l-età ta’ 68 sena. Dispożizzjoni bħal din tintroduċi trattament differenti bbażat fuq l-età, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/78 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20071016">16 ta’ Ottubru 2007</DATE>, Palacios de la Villa, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-411/05" PAGE.ECR="I-8531" YEAR="2007">C-411/05, Ġabra p. I-8531</REF.DOC.ECR>, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dispożizzjoni nazzjonali dwar l-applikazzjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat għall-professuri li għalqu l-65 sena, għandu jiġi kkonstatat li, billi timponi tali tipi ta’ kuntratti ta’ xogħol fuq dawn tal-aħħar u billi tipprekludihom milli jkomplu jeżerċitaw l-attività tagħhom permezz ta’ kuntratti għal żmien indeterminat, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludi wkoll trattament differenti fil-konfront tagħhom meta mqabbla mal-professuri iżgħar fl-età, liema professuri ma humiex suġġetti għal tali projbizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>L-argument tal-Università u tal-Gvern Bulgaru li tali leġiżlazzjoni ma hijiex sfavorevoli għall-professuri kkonċernati inkwantu tippermettilhom, skont il-każ, li jaħdmu għal tliet snin oħra wara li jkunu laħqu l-età li jkunu jistgħu jirtiraw bil-benefiċċju ta’ pensjoni, ma huwiex tali li jinvalida l-konklużjoni msemmija fil-punt preċedenti. Fil-fatt, tali sitwazzjoni ma tipprekludix li, peress li huma ma jibbenifikawx iktar minn kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat, il-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ dawn<?PAGE NO="I-11898"?> il-professuri jsiru iktar prekarji minn dawk tal-professuri li għandhom inqas minn 65 sena.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi eżaminat jekk it-trattament differenti li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistax jiġi ġġustifikat fid-dawl tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa importanti li jitfakkar li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(1) tal-imsemmija direttiva jipprovdi li trattament differenti fuq ibbażat fuq l-età ma għandux jikkostitwixxi diskriminazzjoni jekk, fil-kuntest tal-liġi nazzjonali, huwa oġġettivament u raġonevolment iġġustifikat b’għan leġittimu, inkluża politika leġittima tal-impjieg, tas-suq tax-xogħol u ta’ objettivi ta’ taħriġ professjonali, u jekk il-mezzi biex jintlaħqu dawk l-għanjiet ikunu xierqa u neċessarji. It-tieni paragarafu tal-Artikolu 6(1) jelenka diversi eżempji ta’ trattament differenti bħal dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi rrilevat li l-eżempju li jinsabu fl-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Direttiva2000/78, li ġie traspost fid-dritt nazzjonali Bulgaru permezz tal-punt 6 tal-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar il-Protezzjoni kontra d-Diskriminazzjoni, li għalih tirreferi espressament il-qorti tar-rinviju fl-ewwel domanda, ma jidhirx li huwa rilevanti f’dan il-każ. Fil-fatt, il-kawża prinċipali tirrigwarda l-applikazzjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat mill-età ta’ 65 sena u għaldaqstant, il-kundizzjonijiet tal-impjieg wara ċertu età, u mhux dwar l-età massima għall-impjieg imsemmija f’din il-liġi.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11899"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa importanti li d-dispożizzjonijiet nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġu eżaminati fid-dawl tal-għanijiet tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi ebda informazzjoni fuq dan il-punt u mill-proċess ma jirriżultax li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprovdi l-għan li qiegħda tipprova tilħaq.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Madankollu, din is-sitwazzjoni ma timplikax li l-imsemmija legiżlazzjoni ma għandhiex għan leġittimu. Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fin-nuqqas ta’ preċiżazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni rigward l-għan li trid tilħaq, huwa importanti li elementi oħrajn, li jirriżultaw mill-kuntest ġenerali tal-miżura kkonċernata, jippermettu li jiġi identifikat l-għan wara din il-miżura sabiex ikun jista’ jitwettaq stħarriġ ġudizzjarju tal-leġittimità tagħha kif ukoll tan-natura xierqa u neċessarja tal-mezzi adottati sabiex jitwettaq dan il-għan (ara s-sentenzi Palacios de la Villa, iċċitata iktar ’il fuq, punt 57; tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, Age Concern England, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-388/07" PAGE.ECR="I-1569" YEAR="2009">C-388/07, Ġabra p. I-1569</REF.DOC.ECR>, punt 45, u tat-<DATE ISO="20100112">12 ta’ Jannar 2010</DATE>, Petersen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-341/08" PAGE.ECR="I-47" YEAR="2010">C-341/08, Ġabra p. I-47</REF.DOC.ECR>, punt 40).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-Università u l-Gvern Bulgaru jsostnu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha l-għan ta’ politika soċjali marbut mat-taħriġ u l-impjieġ tal-għalliema kif ukoll mal-applikazzjoni ta’ politika konkreta tas-suq tal-impjieg filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tal-persunal tas-suġġett akkademiku kkonċernat, tal-bżonnijiet tal-università kkunsidrata u tal-kwalitajiet professjonali tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Gvernijiet l-oħra li ppreżentaw osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri l-Gvern Ġermaniż u Slovakk, kif ukoll il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, iqisu li l-għan leġittimu ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ jinsab fil-bżonn li tiġi żgurata l-kwalità tat-tagħlim u tar-riċerka, billi jitbiddel<?PAGE NO="I-11900"?> il-korp tal-għalliema billi jiġu impjegati professuri iżgħar fl-età, u t-tqassim tal-postijiet bl-aħjar mod possibbli, filwaqt li jiġi stabbilit bilanċ bejn il-ġenerazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-Università u l-Gvern Bulgaru ma jippreċiżawx b’mod ċar l-għan tal-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali u essenzjalement jillimitaw ruħhom sabiex jindikaw li l-għan tagħha huwa t-tip ta’ għan imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78. Għaldaqstant, sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ tali leġiżlazzjoni fid-dawl ta’ din id-direttiva, huwa importanti li jiġi eżaminat preċiżament l-għan tagħha, u dan huwa kompitu tal-qorti nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli għal dan, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Università u l-Gvern Bulgaru dwar l-għan tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kif ukoll l-osservazzjonjiet ippreżentati mill-Gvern Ġermaniz, il-Gvern Slovakk u l-Kummissjoni, fuq dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-taħriġ u l-impjieg tal-għalliema, kif ukoll l-applikazzjoni ta’ politika konkreta tas-suq tal-impjieg li jippermettu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tal-persunal u tas-suġġett akkademiku ikkonċernat, invokati mill-Università u mill-Gvern Bulgaru, jistgħu jissodisfaw il-volontà li l-postijiet ta’ professuri jitqassmu bl-aħjar mod possibbli bejn il-ġenerazzjonijiet, b’mod partikolari, billi jiġu impjegati professuri iżgħar fl-età. Issa, fir-rigward ta’ dan l-għan tal-aħħar, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-promozzjoni tal-impjiegi tikkostitwixxi, b’mod inkontestabbli, għan leġittimu tal-politika soċjali jew tal-impjieg tal-Istati Membri (sentenza Palacios de la Villa, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65), b’mod partikolari meta tiffavorixxi l-aċċess taż-żgħażagħ għal professjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Petersen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 68). Għaldaqstant, il-promozzjoni tal-impjieg<?PAGE NO="I-11901"?> fl-edukazzjoni terzjarja billi persuni iżgħar fl-età jiġu offruti postijiet ta’ professuri tista’ tikkostitwixxi tali għan leġittimu.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 34 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-koeżistenza ta’ diversi ġenerazzjonijiet ta’ għalliema u riċerkaturi tiffavorixxi l-iskambju ta’ esperjenzi kif ukoll l-innovazzjoni u għalhekk l-iżvilupp tal-kwalità tat-tagħlim u tar-riċerka fi ħdan l-universitajiet.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Madankollu, il-proċess ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li l-għanijiet imsemmija mill-Gvern Ġermaniż u dak Slovakk kif ukoll mill-Kummissjoni jikkorrispondu għal dawk tal-leġiżlatur Bulgaru. Jeżisti dubju, b’mod partikolari, fid-dawl tar-rimarki ta’ V. I. Georgiev fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu. Fil-fatt, dan tal-aħħar iqis li l-Università u l-Gvern Bulgaru jagħmlu dikjarazzjonijiet sempliċi u jsostnu li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex adattata għar-realtà tas-suq tax-xogħol ikkonċernat. Huwa jsostni li l-medja tal-età tal-professuri tal-università hija ta’ 58 sena u li n-numru tagħhom ma jaqbiżx l-1000, u din hija sitwazzjoni li tispjega n-nuqqas ta’ interess minn naħa taż-żgħażagħ għall-karriera professjonali. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma sservix sabiex jiġu impjegati ż-żgħażagħ.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina s-sitwazzjoni fattwali u li tivverifika jekk l-għanijiet allegati mill-Università u mill-Gvern Bulgaru jikkorrispondux għar-realtà tal-fatti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat ukoll jekk il-mezzi implementati sabiex jintlaħqu tali għanijiet humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>approprjati [xierqa] u neċessarji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Istati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’ fl-għażla mhux biss ta’ għan partikolari fost oħrajn fil-qasam tal-politika soċjali<?PAGE NO="I-11902"?> u tal-impjieg, iżda wkoll fl-adozzjoni tal-miżuri biex jintlaħaq tali għan (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="20051122">22 ta’ Novembru 2005</DATE>, Mangold, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-144/04" PAGE.ECR="I-9981" YEAR="2005">C-144/04, Ġabra p. I-9981</REF.DOC.ECR>, punt 63, u Palacios de la Villa, iċċitata iktar ’il fuq, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-iffissar ta’ limitu tal-età għal 68 sena, fil-punt 70 tas-sentenza Petersen, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li skont l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni tal-impjieg fis-settur ikkonċernat, ma jidhirx irraġonevoli għall-awtoritajiet ta’ Stat Membru li jikkunsidraw li l-applikazzjoni ta’ limitu tal-età, li twassal għall-ħruġ mis-suq tax-xogħol tal-prattikanti l-iktar anzjani, tista’ tippermetti li tiffavorixxi l-impjieg tal-professjonisti iżgħar fl-età u li din l-età tidher suffiċjentement avvanzata sabiex isservi ta’ limitu għall-awtorizzazzjoni tal-prattika bħala dentist li jaħdem fuq bażi kuntrattwali mal-fond tal-assigurazzjoni tas-saħħa.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Dawn l-evalwazzjonijiet huma rilevanti wkoll fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ attività bħalma hija dik ta’ professur universitarju. Fil-fatt, sa fejn il-postijiet ta’ professuri universitarji huma ġeneralment ta’ numru limitat u huma riżervati għal persuni li kisbu l-ogħla kwalifiki fil-qasam ikkonċernat, u peress li post vakanti għandu jkun disponibbli sabiex professur ikun jista’ jiġi impjegat, hemm lok li jiġi kkunsidrat li Stat Membru jista’ jqis xieraq li jiffissa limitu tal-età sabiex jilħaq l-għanijiet ta’ politika tal-impjieg bħal dawk imsemmija fil-punti 45 u 46 tas-sentenza preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu hija l-qorti nazzjonali li, fid-dawl tal-oġġezzjonijiet ippreżentati minn V. I. Georgiev u mfakkra fil-punt 47 tas-sentenza preżenti, għandha tivverifika jekk is-sitwazzjoni tal-professuri universitarji fil-Bulgarija tikkorrispondix għas-sitwazzjoni ġenerali tal-professuri universitarji kif deskritta fil-punt preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-limitu tal-età meqjusa mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri 68 sena, mill-proċess jirriżulta li dan huwa<?PAGE NO="I-11903"?> ħames snin iktar mill-età meta l-irġiel jistgħu normalment jiksbu dritt għall-pensjoni u jiġu obbligati jirtiraw fl-Istat Membru kkonċernat. Għaldaqstant, hija tippermetti lill-professuri universitarji, li jkunu jridu jaħdmu sa 68 sena, ikomplu l-karriera tagħhom għal perijodu relattivament twil. Tali miżura ma tistax titqies bħala waħda li tippreġudika eċċessivament, il-pretensjonijiet leġittimi tal-ħaddiema li jiġu obbligati jirtiraw minħabba li jkunu laħqu l-limitu tal-età previst, peress li l-leġiżlazzjoni rilevanti ma hijiex ibbażata biss fuq età speċifika iżda tieħu wkoll inkunsiderazzjoni l-fatt li, fit-tmiem tal-karriera professjonali tagħhom, il-partijiet ikkonċernati jibbenifikaw minn kumpens finanzjarju permezz ta’ għoti ta’ pensjoni ta’ rtirar, bħal dik prevista mis-sistema nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Palacios de la Villa, iċċitata iktar ’il fuq, punt 73).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-iffissar ta’ tali limitu tal-età għat-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika tal-impjieg bħal dawk imsemmija fil-punti 45 u 46 tas-sentenza preżenti, sakemm l-imsemmija leġiżlazzjoni nazzjonali tissodisfa dawn l-għanijiet b’mod koerenti u sistematiku.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk tali limitu tal-età verament jissodisfax il-bżonn li jintlaħqu l-għanijiet invokati b’mod koerenti u sistematiku (ara s-sentenzi tal-<DATE ISO="20090310">10 ta’ Marzu 2009</DATE>, Hartlauer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-169/07" PAGE.ECR="I-1721" YEAR="2009">C-169/07, Ġabra p. I-1721</REF.DOC.ECR>, punt 55, u Petersen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 53). B’mod partikolari, hija għandha teżamina jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tagħmilx distinzjoni bejn, minn naħa, is-senior lecturers u l-professuri universitarji u, min-naħa l-oħra, l-għalliema universitarji l-oħra billi ma tipprovdix għall-irtirar obbligatorju ta’ dawn tal-aħħar, kif isostni V. I. Georgiev. Għaldaqstant, hemm lok li jiġi vverifikat jekk tali distinzjoni tikkorrispondix għal neċessità fid-dawl tal-għanijiet li jridu jintlaħqu u tal-karatteristiċi tal-għalliema inkwistjoni jew jekk hija tirrilevax, għall-kuntrarju ta’ dan,<?PAGE NO="I-11904"?> inkoerenza fil-leġiżlazzjoni li ma tissodisfax, b’dan il-mod, il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tan-natura xierqa u neċessarja tal-konklużjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat mal-età ta’ 65 sena, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha l-okkażjoni teżamina l-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, li jipprevedu l-applikazzjoni ta’ tali kuntratti minn ċertu età, mad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fis-sentenza Mangold, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant eżaminat leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil persuni li jimpjegaw jikkonkludu kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ma’ ħaddiema li jkunu għalqu t-52 sena, mingħajr distinzjoni, ikunux jew le qiegħda qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt, fid-dawl tal-għan li jrid jintlaħaq, jiġifieri li tiġi promossa l-integrazzjoni tal-ħaddiema qiegħda li għandhom iż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, minn naħa, irrilevat li tali leġiżlazzjoni twassal għal sitwazzjoni fejn il-ħaddiema kkonċernati minnha jistgħu jingħataw kuntratti għal żmien determinat li jistgħu jiġġeddu għal numru indefinit ta’ drabi sakemm jilħqu l-età meta jkollhom id-dritt li jirċievu l-pensjoni ta’ rtirar, billi b’dan il-mod jirriskjaw, matul parti sostanzjali tal-karriera professjonali tagħhom, li jiġu esklużi mill-benefiċċju tal-istabbiltà tal-impjieg, liema benefiċċju jikkostitwixxi, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, element importanti tal-protezzjoni tal-ħaddiema (ara s-sentenza Mangold, iċċitata iktar ’il fuq, punt 64). Min-naħa l-oħra, hija ddeċidiet li tali leġiżlazzjoni, sa fejn tistabbilixxi l-età tal-ħaddiem ikkonċernat bħala l-uniku kriterju għall-applikazzjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat, mingħajr ma jintwera li l-iffissar ta’ limitu ta’ età, bħala tali, indipendentement minn kull kunsiderazzjoni oħra marbuta mal-istruttura tas-suq tax-xogħol inkwistjoni u tas-sitwazzjoni personali tal-persuna kkonċernata, huwa oġġettivament neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-integrazzjoni professjonali tal-ħaddiema qiegħda li<?PAGE NO="I-11905"?> għandhom iż-żmien, għandha tiġi kkunsidrata li tmur lil hinn minn dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tagħha (sentenza Mangold, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiddistingwi ruħha b’mod ċar minn dik eżaminata fis-sentenza Mangold, iċċitata iktar ’il fuq, u kienet tidher li tista’ tiġi ġġustifikata fis-sens tad-Direttiva 2000/87.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-applikazzjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat ta’ sena li ma jistgħux jiġġeddu iktar minn darbtejn, tista tkun tali, eżattament bħal-limitu tal-età ta’ 68 sena, li tissodisfa politika tal-impjieġ intiża, b’mod partikolari, sabiex tiffavorixxi l-promozzjoni tal-għalliema iżgħar fl-età għall-postijiet ta’ professuri universitarji. Fil-fatt, sakemm in-numru ta’ dawn tal-aħħar ikun limitat, l-applikazzjoni għal dawn il-professuri ta’ kuntratti għal żmien determinat, sa mill-età ta’ 65 sena, tippermetti li t-tluq tagħhom jinkiseb fi żmien relattivament qasir u għaldaqstant li jiġu impjegati minflokhom professuri iżgħar fl-età. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li din hija s-sitwazzjoni tal-professuri universitarji koperta mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-applikazzjoni ta’ dawn il-kuntratti ma hijiex biss marbuta mal-kundizzjoni li l-ħaddiema jkunu laħqu ċertu età.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dan, kif jirriżulta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali msemmija fil-punti 11 u 12 tas-sentenza preżenti, il-fattur determinanti huwa l-fatt li l-professur kiseb dritt għal pensjoni ta’ rtirar, kif ukoll il-fatt li laħaq ċertu età, li barra minn hekk, hija ħafna iktar avvanzata minn dik inkwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza Mangold, iċċitata iktar ’il fuq, jiġifieri 65 sena minflok 52 sena.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11906"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Minn tali leġiżlazzjoni jirriżulta li l-professuri li jiġu proposti kuntratt għal żmien determinat jistgħu jagħżlu jew li jirtiraw bil-pensjoni jew li jkomplu jaħdmu lil hinn mill-65 sena.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kuntratti għal żmien determinat inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma limitati għal sena u ma jistgħux jiġġeddu iktar minn darbtejn, u għalhekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat sabiex jiġi pprevenut l-abbuż ikkawżat mill-użu ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien determinat.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi għandu jiġi kkunsidrat li leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għall-konklużjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija tali li tgħaqqad flimkien kemm il-bżonnijiet tal-professuri kkonċernati kif ukoll dawk tal-universitajiet u tista’ tikkostitwixxi mezz xieraq u neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfakkra fil-punti 45 u 46 tas-sentenza preżenti, jekk din il-leġiżlazzjoni tissodisfa dawn l-għanijiet b’mod koerenti u sistematiku.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, kif tfakkar fil-punt 56 tas-sentenza preżenti, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tagħmilx distinzjoni bejn, minn naħa, is-senior lecturers u l-professuri universitarji u, min-naħa l-oħra, l-għalliema l-oħra tal-università, għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni ta’ kuntratti għal żmien determinat jew għal żmien indeterminat mid-data meta l-persuna kkonċernata tilħaq l-età tal-irtirar. Hija wkoll il-qorti nazzjonali li għandha tivverifika, b’mod partikolari, jekk tali distinzjoni tikkorrispondix għal neċessità, fid-dawl tal-għanijiet li jridu jintlaħqu u tal-karatteristiċi tal-għalliema<?PAGE NO="I-11907"?> inkwistjoni jew jekk hija tirrilevax, għall-kuntrarju ta’ dan, inkoerenza fil-leġiżlazzjoni li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għall-ewwel żewġ domandi għandha tkun li d-Direttiva 2000/78, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju tal-professuri universitarji li jkunu għalqu t-68 sena u li dawn tal-aħħar ikomplu bl-attività tagħhom lil hinn minn 65 sena biss permezz ta’ kuntratti għal żmien determinat ta’ sena li ma jistgħux jiġġeddu iktar minn darbtejn sakemm din il-leġiżlazzjoni jkollha għan leġittimu marbut, b’mod partikolari, mal-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol, bħalma huwa t-twaqqif ta’ tagħlim ta’ kwalità u l-aħjar tqassim tal-postijiet ta’ professuri bejn il-ġenerazzjonijiet, u sakemm tippermetti li jintlaħaq dan l-għan b’mezzi xierqa u neċessarji. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Fil-każ fejn dawn il-kundizzjonijiet ma humiex sodisfatti, il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhiex tiġi eskluża.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilta tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-rekwiżiti meħtieġa sabiex id-dispożizzjoni ta’ direttiva jistgħu jiġu invokati mill-individwi kontra l-Istat quddiem il-qorti nazzjonali huma sodisfatti, huma jistgħu jagħmlu dan, tkun xi tkun il-kwalità li jaġixxi fiha l-Istat, jiġifieri bħala persuna li timpjega jew bħala awtorità pubblika (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, s-sentenzi tat-<DATE ISO="19900712">12 ta’ Lulju 1990</DATE>, Foster <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-188/89" PAGE.ECR="I-3313" YEAR="1990">C-188/89, Ġabra p. I-3313</REF.DOC.ECR>, punt 17, u tal-<DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE>, Rieser Internationale Transporte, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/02" PAGE.ECR="I-1477" YEAR="2004">C-157/02, Ġabra p. I-1477</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11908"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Mill-proċess jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tikkunsidra bħala paċifiku li l-Università hija korp pubbliku li fil-konfront tiegħu jistgħu jiġu invokati d-dispożizzjonijiet ta’ direttiva li jistgħu jkollhom effetti diretti (ara, f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Vassallo, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/04" PAGE.ECR="I-7251" YEAR="2006">C-180/04, Ġabra p. I-7251</REF.DOC.ECR>, punt 26, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ġiet mitluba tippreċiża l-konsegwenzi li jirriżultaw, fil-kuntest ta’ kawża bejn individwu u tali entità, minn inkompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mal-projbizzjoni, fil-qasam tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol, tad-diskriminazzjoni abbażi tal-età, elenkati fl-Artikoli 2 u 3(1)(ċ) tad-Direttiva 2000/78. Hija ddeċidiet li liġi nazzjonali li tmur kontra din id-direttiva, f’każ bħal dan, ma għandhiex tiġi applikata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Petersen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 81).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta lill-qorti tar-rinviju għandha tkun li fir-rigward ta’ kawża bejn korp pubbliku u individwu, fil-każ fejn leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, il-qorti nazzjonali ma għandhiex tapplika din il-leġiżlazzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju tistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11909"?><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex kompetenza sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali, peress li dan huwa esklużivament l-obbligu tal-qorti tar-rinviju (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, Marrosu u Sardino, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-53/04" PAGE.ECR="I-7213" YEAR="2006">C-53/04, Ġabra p. I-7213</REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’ċerti każijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja setgħet tiddeduċi, mid-domanda li kienu apparentement jirrigwardaw id-dritt nazzjonali, problema dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li eżami tagħha mill-Qorti tal-Ġustizzja jista’ jgħin lill-qorti tar-rinviju tiddeċiedi l-kawża quddiemha.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Madankollu, fil-Kawża C-268/09 li fiha tressqet it-tielet domanda, ma huwiex possibbli li tiġi dedotta tali problema, liema problema kieku tkun distinta minn dik eżaminata b’risposta għall-ewwel żewġ domandi.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemmx għalfejn tingħata risposta għat-tielet domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11910"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-<DATE ISO="20001127">27 ta’ Novembru 2000</DATE>, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, b’mod partikolari, l-Artikolu 6(1) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-irtirar obbligatorju tal-professuri universitarji li jkunu għalqu t-68 sena u li dawn tal-aħħar ikomplu bl-attività tagħhom lil hinn minn 65 sena biss permezz ta’ kuntratti għal żmien determinat ta’ sena li ma jistgħux jiġġeddu iktar minn darbtejn, sakemm din il-leġiżlazzjoni jkollha għan leġittimu marbut, b’mod partikolari, mal-politika tal-impjieg u tas-suq tax-xogħol, bħalma huwa t-twaqqif ta’ tagħlim ta’ kwalità u l-aħjar tqassim tal-postijiet ta’ professuri bejn il-ġenerazzjonijiet, u sakemm tippermetti li jintlaħaq dan l-għan b’mezzi xierqa u neċessarji. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex sodisfatti.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fir-rigward ta’ kawża bejn korp pubbliku u individwu, fil-każ fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78, il-qorti nazzjonali ma għandhiex tapplika din il-leġiżlazzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>