12007L/PRO/A/09

Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - PROTOKOLLI - A. Protokolli li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u, skond il-każ, mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika - Protokoll dwar is-servizzi ta' interess ġenerali

Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0158 - 0159


Protokoll

DWAR IS-SERVIZZI TA' INTERESS ĠENERALI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

XEWQANA li jenfasizzaw l-importanza tas-servizzi ta' interess ġenerali

QABLU DWAR id-dispożizzjonijiet ta' interpretazzjoni li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Artikolu 1

Il-valuri komuni ta' l-Unjoni fir-rigward tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jinkludu b'mod partikolari:

- ir-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa ta' l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jkunu qrib kemm jista' jkun tal-ħtiġijiet ta' l-utenti;

- id-diversità bejn is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u d-differenzi fil-ħtiġijiet u l-preferenzi ta' l-utenti li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti;

- livell għoli f' termini ta' kwalità, sigurtà u affordability, it-trattament indaqs u l-promozzjoni ta' aċċess universali u tad-drittijiet ta' l-utenti;

Artikolu 2

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati ma jaffettwaw bl-ebda mod il-kompetenza ta' l-Istati Membri li jipprovdi, jikkummisjonaw u jorganizzaw is-servizzi non-ekonomiċi ta' interess ġenerali.

--------------------------------------------------