|
14.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 272/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-9 ta' Ottubru 2008
dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali fuq il-baħar fid-diviżjoni VIIe tal-ICES
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5657)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(2008/794/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (1), u b’mod partikolari l-punt 9 tal-Anness IIC tiegħu,
Wara li kkunsidrat it-talbiet magħmula mir-Renju Unit,
Billi:
|
(1) |
Il-punt 7 tal-Anness IIC tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 jispeċifika l-għadd massimu ta’ jiem fuq il-baħar (192) li fihom bastimenti Komunitarji ta’ tul kumplessiv massimu ta’ 10 metri jew aktar li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew akbar jew xbieki statiċi, fosthom għeżula, pariti u għeżula tat-tħabbil b’qies il-malji ta’ anqas minn 220 mm jistgħu jkunu preżenti fid-diviżjoni VIIe tal-ICES mill-1 ta’ Frar 2008 sal-31 ta’ Jannar 2009. |
|
(2) |
Il-punt 9 ta’ dak l-Anness jippermetti lill-Kummissjoni talloka għadd addizzjonali ta’ jiem fuq il-baħar li fihom bastiment jista’ jkun preżenti f’dik iż-żona filwaqt li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu jew xbieki statiċi, abbażi ta’ waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd li jkunu seħħew mill-1 ta’ Jannar 2004. |
|
(3) |
Ir-Renju Unit ressaq dejta li turi li l-bastimenti, li jkunu waqfu mill-attivitajiet mill-1 ta’ Jannar 2004, minbarra dawk li diġà tqiesu fi snin preċedenti, naqqsu l-isforz tas-sajd tagħhom bi 3,36 % meta mqabbel ma’ dak tas-sena 2003, meħuda bħala perjodu ta’ referenza għal bastimenti preżenti fiż-żona u li kellhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew akbar. |
|
(4) |
Fid-dawl tad-dejta mressqa u bl-applikazzjoni tal-metodu previst taħt il-punt 9.1, sitt ijiem addizzjonali fuq il-baħar għandhom jiġu allokati lir-Renju Unit għall-perjodu bejn l-1 ta’ Frar 2008 u l-31 ta’ Jannar 2009 għal bastimenti li jkollhom abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu bħal dawn. |
|
(5) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza din id-deċiżjoni tirrifletti l-ammont totali ta’ jiem addizzjonali allokati lir-Renju Unit u fiha jitqiesu t-tnejn u għoxrin jum addizzjonali fuq il-baħar li qabel kienu allokati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/461/KE (2) u 2007/487/KE (3) tas-6 ta’ Lulju 2007 dwar l-allokazzjoni lir-Renju Unit ta’ jiem addizzjonali ta’ sajd fid-diviżjoni VIIe tal-ICES peress li dawn il-jiem addizzjonali jibqgħu allokati fl-2008. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-għadd massimu ta’ jiem, jiġifieri 192 jum, li bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera tar-Renju Unit u li jkollu abbord xbieki tat-tkarkir bit-travu b’malji ta’ 80 mm jew aktar jista’ jkun preżenti fid-diviżjoni VIIe tal-ICES, kif stipulat fit-tabella I tal-Anness IIC tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu jiżdied bi 28 jum fis-sena. In-numru 192 għalhekk għandu jiġi emendat għal 220.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni