|
14.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 268/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1934
tat-13 ta’ Ottubru 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1720 u r-Regolament (UE) 2019/1716 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa. |
|
(2) |
Sabiex jiġu aċċertati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1716, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II, li fih siti web għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Għalhekk l-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1716 jenħtieġ li jiġi sostitwit. |
|
(4) |
Dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija neċessarja azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-għan li tiġi aċċertata l-applikazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha. |
|
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (UE) 2019/1716 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2019/1716 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 17, jinżdied il-paragrafu li ġej: “4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.”; |
|
(2) |
L-Anness II huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BLAŽEK
(1) ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (ĠU L 262, 15.10.2019. p. 1).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2019/1716 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS II
Siti web għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy-areas/peace-and-security/sanctions/belgian-authorities-in-charge-implementation-restrictive-measures-eu
IL-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions
IĊ-ĊEKJA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html
L-ESTONJA
https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid
L-IRLANDA
https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955
L-ITALJA
https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/
ĊIPRU
https://mfa.gov.cy/themes/
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato
MALTA
https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe
https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions
IL-PORTUGALL
https://portaldiplomatico.mne.gov.pt/politica-externa/medidas-restritivas
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
https://um.fi/pakotteet
L-IŻVEZJA
https://www.regeringen.se/sanktioner
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Financial Stability, Financial Services and Capital Markets Union (DG FISMA) |
|
Rue de Spa 2 |
|
B-1049 Brussels, Belgium |
|
Email: relex-sanctions@ec.europa.eu. |