Official Journal L 113 , 07/05/1996 P. 0025 - 0025
Id-Deciżjoni tal-Kummissjoni tat- 18 ta’ April 1996 li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE fejn tirrigwarda il- kooperazzjoni bejn iċ-ċentru host ANIMO u l-Istati Membri (Test b’ rilevanza EEA) (96/296/KE) IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it- Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kunsidrat id- Direttiva tal- Kunsill 90/425/KEE tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar il- kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ fil- Komunità f’ ċertu annimali u prodotti bil- għan li jkun ikkompletat is-suq intern [1], kif l- aħħar emendat minn Direttiva 92/118/KEE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha, Billi, sabiex ikun jista jsir studju ddettaljat fuq l- għażliet varji għall-iżvilupp strutturali tas- sistema kumplessa Animo, s- sistema kurrenti suppost tkun estiża għal sena, bil- possibiltà ta’ estensjoni oħra ta’ sena; billi għal dan l- iskop, id-Deċiżjoni tal- Kummissjoni 92/486/KEE tal- 25 ta’ Settembru 1992 li tistabbilixxi l- forma ta’ kooperazzjoni bejn iċ- ċentru host Animi u l- Istati Membri [3] jridu jkunu emendati; kif l-aħħar emendat bl- Att ta’ Adeżjoni ta’ l- Awstrija, l- Finlandja u l- Iżvezja; Billi l-ħlasijiet applikabbli mill-1 ta’ April 1996 jridu jieħdu akkont tan- numru ta’ unitajiet maqgħuda; Billi n- numru ta’ unitajiet maqgħuda mas- sistema kumplessa fl- 1 ta’ April 1996 suppost ikunu wżati bħala l- bażi; billi għal dan il- għan, huwa neċessarju li wieħed jirriferixxi għad-Deċiżjoni tal- Kummissjoni 96/295/KE [4] li tidentifika u tistabbilixxi l-lista ta’ unitajiet Animo; Billi l-miżuri li għalihom hemm provvediment f’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID- DECIŻJONI: Artikolu 1 L- Artikolu segwenti hu mdaħħal fid-Deċiżjoni 92/486/KEE: "L-Artikolu 2a 1. L-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni li għalihom hemm provvediment fl-Artikolu 1 għandhom jiżguraw li l- kuntratti li għalihom hemm riferenza f’ dak l- Artikolu: - huma estiżi għal sena; - jippermettu għall- possibiltà ta’ estensjoni oħra ta’ sena. 2. għal dak li jirrigwarda l-paragrafu 1, is- segwenti ħlasijiet japplikaw: ECU 386 għal kull unità (unità ċentrali, unità lokali, post ta’ spezzjoni fil- fruntiera) elenkati fid-Deċiżjoni 96/295/KE [5]." Artikolu 2 Din id- Deċiżjoni għandha tidħol fis- seħħ fl- 1 ta’ April 1996. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill- Istati Membri. Magħmulha fi Brussel, fit-18 ta’ April 1996. Għall- Kummissjoni Franz Fischler Membru tal- Kummissjoni [1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49. [3] ĠU L 291, tas-7.10.1992, p. 20. [4] Ara paġna 1 ta’ dan il- Ġurnal Uffiċjali. [5] ĠU L 113, tas-7.5.1996, p. 1. --------------------------------------------------