<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑576/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0576</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:773">EU:C:2013:773</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20131128">28.11.2013</DATE> — KAWŻA C‑576/11</P><P>IL-KUMMISSJONI vs IL-LUSSEMBURGU</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20131128">28 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 91/271/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Trattament tal-ilma urban mormi</KEYWORD><KEYWORD>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ eżekuzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 260 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Sanzjonijiet pekunjarji</KEYWORD><KEYWORD>Impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità u ta’ somma f’daqqa</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑576/11,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260 TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20111118">18 ta’ Novembru 2011</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn O. Beynet, kif ukoll minn B. Simon u E. Manhaeve, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu,</HT> irrappreżentat minn P. Frantzen u C. Schiltz, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnut minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,</HT> irrappreżentat minn S. Behzadi‑Spencer, C. Murrell u S. Ford, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjent,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, A. Borg Barthet (Relatur), u E. Levits, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tikkonstata li, billi ma adottax il-miżuri kollha neċessarji li jinkludu l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu (C‑452/05), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu abbażi tal-Artikolu 260(1) TFUE;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jħallas lill-Kummissjoni pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 11 340 għal kuljum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, b’effett mill-ġurnata meta tingħata s-sentenza fil-kawża preżenti sal-ġurnata meta ser tiġi eżegwita s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jħallas lill-Kummissjoni s-somma f’daqqa ta’ EUR 1 248 kuljum, b’effett mill-ġurnata li tingħata s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, sal-ġurnata li tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sal-ġurnata meta tiġi eżegwita s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, jekk l-implementazzjoni tagħha sseħħ qabel; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-<DATE ISO="19910521">21 ta’ Mejju 1991</DATE>, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26), jipprovdi l-għanijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Din id-Direttiva tikkonċerna l-ġbir, it-trattament u l-iskariki ta’ ilma mormi urban u t-trattment u l-iskariki ta’ ilma mormi minn ċertu setturi industrijali. L-għan tad-Direttiva huwa li tipproteġi l-Ambjent minn effetti negattivi [dovuti għall-]iskariki ta’ ilma mormi hawn fuq imsemmija.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punt 6 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/271 jiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>1 e.p. (ekwivalenti ta’ popolazzjoni)<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>it-toqol organiku biodegradabbli li jkollu domanda għall-ossiġenu bio-kemikali ta’ ħamest ijiem (BOD5) ta’ 60 g ta’ ossiġnu kuljum<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, l-Istati Membri sal-<DATE ISO="19931231">31 ta’ Diċembru 1993</DATE> għandhom jidentifikaw żoni sensittivi skond il-kriterji stabbiliti fl-Anness II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ilma mormi urban li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun, qabel ma jippermettu l-iskarikar tiegħu f’żoni sensittivi, soġġett għal trattament iktar strett minn dak deskritt fl-Artikolu 4, sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="19981231">31 ta’ Diċembru 1998</DATE> għall-skariki kollha minn agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> e.p.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Alternattivament, kriterji għall-impjanti individwali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 hawn fuq m’għandhomx għalfejn ikunu applikabbli f’żoni sensittivi fejn jista’ jintwera li l-persentaġġ minimu ta’ tnaqqis tat-toqol ġenerali li jidħol fl-impjanti tat-trattament ta’ l-ilma mormi kollha f’dik iż-żona jkun minn ta’ lanqas 75 % għall-fosfru totali u minn ta lanqas 75 % għan-nitroġenu totali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Skariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi urban li jkunu jinsabu fiz-żoni li fihom jinġabar l-ilma relevanti ta’ żoni sensittivi u li jikkontribwixxu għat-tniġġis ta’ dawn iż-żoni għandhom ikunu soġġetti għall-paragrafi 2, 3 u 4.</ALINEA><ALINEA>F’każijiet fejn iż-żoni li jinġabar fihom l-ilma msemmija fuq ikunu jinsabu kompletament jew parzjalment fi Stat Membru ieħor, għandu japplika l-Artikolu 9.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.008"><NO.PARAG>8.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru m’għandux għalfejn jidentifika żoni sensittivi għall-għan ta’ din id-Direttiva jekk dan jimplimenta t-trattament stabbilit taħt il-paragrafi 2, 3 u 4 fit-territorju kollu tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-osservazzjonijiet tiegħu ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu kien sostna li programm ta’ azzjoni nazzjonali intiż li jimmodernizza l-impjanti tat-trattament komunali kien ġie implementat sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 91/271. B’hekk, dan l-Istat Membru kien iqis li l-perċentwali ta’ tnaqqis tat-toqol ġenerali tan-nitroġenu kellu jilħaq il-75 % sa mhux iktar tard mill-2008 wara li jintemmu x-xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni tal-impjanti tat-trattament ikkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, kienet qieset li tmienja minn ħdax-il agglomerazzjoni li kellhom iktar minn <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> e.p. ma kinux konformi mad-Direttiva 91/271.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, billi ma kienx f’miżura li jipprova li l-perċentwali minima ta’ tnaqqis tat-toqol ġenerali li jidħol fl-impjanti ta’ trattament inkwistjoni kien jilħaq minn ta’ lanqas 75 % tan-nitroġenu totali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/271.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kontroll tal-eżekuzzjoni tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, il-Kummissjoni, fis-<DATE ISO="20061206">6 ta’ Diċembru 2006</DATE>, talbet lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu biex jiddeskrivi l-miżuri meħuda biex jeżegwixxi din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ta’ intimazzjoni, tas-<DATE ISO="20070327">27 ta’ Marzu 2007</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu li hija kienet għadha ma rċeviet ebda komunikazzjoni tal-miżuri meħuda minn dan l-Istat Membru biex jeżegwixxi s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq. Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu wieġeb għal din l-ittra ta’ intimazzjoni fis-<DATE ISO="20070807">7 ta’ Awwissu 2007</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Wara din ir-risposta, ikkunsidrata bħala mhux sodisfaċenti, il-Kummissjoni, fit-<DATE ISO="20071023">23 ta’ Ottubru 2007</DATE>, bagħtet opinjoni motivata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu. Dan tal-aħħar wieġeb permezz ta’ ittri tal-<DATE ISO="20080121">21 ta’ Jannar 2008</DATE> u tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ġiet indirizzata ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali lill-imsemmi Stat Membru, fit-<DATE ISO="20100628">28 ta’ Ġunju 2010</DATE>, li dan tal-aħħar wieġeb għaliha permezz ta’ ittri tas-<DATE ISO="20100917">17 ta’ Settembru 2010</DATE>, kif ukoll tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE> u tat-<DATE ISO="20110628">28 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposti pprovduti mill-Grand Dukat tal-Lussemburgu, il-Kummissjoni qieset li dan tal-aħħar kien għadu ma eżegwixxiex bis-sħiħ is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, peress li sitt impjanti ta’ trattament li jservu agglomerazzjonijiet ta’ iktar minn 10 000 e.p. ma kinux dejjem konformi mal-obbligi pprovduti fl-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/271 fl-aħħar tas-sena 2010.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Billi l-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma kienx adotta, fit-terminu, il-miżuri li jiżguraw l-eżekuzzjoni tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">L-iżviluppi li seħħew matul din il-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20120416">16 ta’ April 2012</DATE>, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ġie ammess bħala parti intervenjenti sabiex isostni t-talbiet tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Mis-seduta tal-<DATE ISO="20130424">24 ta’ April 2013</DATE> jirriżulta li l-Kummissjoni u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu kienu jużaw metodi ta’ kalkolu differenti biex ikejlu r-rata ta’ konformità tal-impjanti ta’ trattament ikkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jevalwa l-impjanti li jservu l-belt ta’ Lussemburgu fuq il-bażi ta’ kriterju ta’ 15 mg ta’ nitroġenu totali kull litru filwaqt li, fir-rigward ta’ agglomerazzjoni ta’ iktar minn 100 000 e.p., għandhom jiġu sodisfatti l-kriterji ta’ 10 mg ta’ nitroġenu totali kull litru. Għaldaqstant, li kieku kellhom jiġu aċċettati l-kriterji użati mill-Kummissjoni, erba’ impjanti ma jkunux konformi, filwaqt li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu jqis li, issa, żewġ impjanti minn sitta għadhom ma humiex konformi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-fatt, matul is-seduta, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu qies li tnejn biss mill-impjanti ma humiex konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/271, jiġifieri dawk ta’ Bonnevoie u ta’ Bleesbruck. Fir-rigward tal-ewwel wieħed, ix-xogħlijiet għandhom jitlestew l-iktar tard matul is-sena 2014. Fir-rigward tat-tieni wieħed, l-aġent ta’ dan l-Istat Membru ma kienx f’pożizzjoni li jagħti data preċiża għat-tlestija tax-xogħlijiet, iżda huwa indika li, fi kwalunkwe każ, dawn ix-xogħlijiet għandhom idumu iktar fit-tul minn dawk previsti għall-impjant ta’ Bonnevoie.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq in-nuqqas ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ twettiq ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ obbligu</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-nuqqas allegat, il-Kummissjoni tfakkar li, skont l-Artikolu 261(1) TFUE, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li Stat Membru jkun naqas milli jwettaq wieħed mill-obbligi imposti fuqu taħt it-Trattat FUE, dan l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha sabiex jeżegwixxi s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fir-rigward tat-terminu li fih kellha sseħħ l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni tippreċiża li hija ġurisprudenza stabbilita li l-interess marbut ma’ applikazzjoni immedjata u uniformi tad-dritt tal-Unjoni jeżiġi li din l-eżekuzzjoni tinbeda immedjatament u li għandha sseħħ fl-iqsar terminu possibbli (sentenza tad-<DATE ISO="20081209">9 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-121/07" PAGE.ECR="I-9159" YEAR="2008">C-121/07, Ġabra p. I-9159</REF.DOC.ECR>, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jindika żvilupp tas-sitwazzjoni fil-kuntest ta’ sitta mill-impjanti ta’ trattament ikkonċernati. Huwa ta preċiżazzjonijiet fir-rigward tas-sitt impjanti ta’ trattament kif ukoll spjegazzjonijiet fir-rigward tal-allegat ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-impjant ta’ trattament ta’ Übersyren, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jispjega li dan l-impjant jirċievi l-ilma mormi tal-ajruport tal-Lussemburgu. Il-waqgħa ta’ borra abbundanti b’mod eċċezzjonali fix-xahar ta’ Diċembru 2010 hija l-oriġini ta’ qbiż mhux tas-soltu tal-figuri għal dan ix-xahar minħabba l-kwantità ta’ prodotti użati, minn naħa, biex jiġu lliberati r-runways, it-toroq ta’ ċirkolazzjoni, kif ukoll iż-żoni tat-traffiku u, min-naħa l-oħra, biex jitneħħa l-ġelu mill-ajruplani qabel it-tluq mill-art u t-tlugħ tagħhom. In-nuqqas ta’ konformità tal-parametru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>BOD<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> jirriżulta mill-użu fi kwantitajiet kbar ta’ glycol bħala aġent li jneħħi l-ġelu fuq il-ġwienaħ tal-ajruplan matul dan il-perijodu. Il-qbiż tal-valur limitu għal dan il-parametru huwa bla effett fuq l-eliminazzjoni ta’ materjali nitroġeni, b’tali mod li, kuntrarjament għal dak li tidher li qed tissuġġerixxi l-Kummissjoni, ma kienx hemm inkoerenza fil-konklużjonijiet li l-awtoritajiet nazzjonali setgħu jisiltu mir-riżultati tal-analiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-prestazzjoni fqira tax-xahar biss ta’ Diċembru 2010 wassal għan-nuqqas ta’ konformità tal-impjant ta’ trattament ta’ Übersyren għas-sena 2010 filwaqt li, tal-inqas mill-2003, il-prestazzjoni ta’ dan l-impjant ta’ trattament kien konformi mal-valuri preskritti mid-Direttiva 91/271. Fil-fatt, il-figuri miġbura sa llum għas-sena 2011 jikkonfermaw li dan kien jirrigwarda avveniment eċċezzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-impjant ta’ trattament ta’ Beggen, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jindika li dan l-impjant beda jaħdem matul l-ewwel semestru tas-sena 2011, u li huwa bil-bosta l-ikbar impjant ta’ trattament f’dan l-Istat. B’kapaċità ta’ trattament ta’ 300 000 e.p. għandu kapaċità ta’ trattament tliet darbiet ogħla mit-tieni l-ikbar impjant tal-pajjiż, u jiżgura wkoll it-trattament tan-nofs tat-toqol iġġenerat mill-agglomerazzjoni tal-Lussemburgu. Il-prestazzjonijiet ikomplu jitjiebu u jippermettu li tinżamm il-konklużjoni li l-installazzjoni hija fil-qrib li tilħaq il-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-riżultati miġbura għall-impjant ta’ Hesperange juru wkoll li l-prestazzjonijiet huma konformi mal-livell preskritt mid-Direttiva 91/271.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Minħabba l-kundizzjonijiet meteoroloġiċi mhux tas-soltu tax-xitwa tal-2010, is-sit tal-impjant ta’ trattament ta’ Mersch kellu dewmien żgħir, b’tali mod li t-tqegħid fis-servizz tal-ewwel fażi li tista’ tiżgura t-trattament ta’ volum suffiċjenti biex ikopri l-bżonnijiet attwali kellu jseħħ fl-ewwel trimestru tas-sena 2012 minflok it-tielet trisemestru tas-sena 2011.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara negozjati mill-ġdid mal-kuntrattur tax-xogħlijiet, peress li l-ordni għax-xogħlijiet ta’ tħammil tal-kollettur li għandhom jiżguraw it-trasport tal-ilma mormi attwalment ittrattat mill-impjant ta’ trattament ta’ Bonnevoie lejn l-impjant ta’ trattament ta’ Beggen ingħata fil-bidu tax-xahar ta’ Ottubru 2011. Peress li x-xogħlijiet bdew, it-terminu ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet huwa ta’ 900 jum.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jindika li l-proġett ta’ estensjoni u ta’ mmodernizzar tal-impjant ta’ trattament ta’ Bleesbruck qed jiġi elaborat u għandu fi kwalunkwe każ jieħu inkunsiderazzjoni r-riżultat tal-istudju ta’ evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent li għadu għaddej.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Huwa jikkonkludi billi jispeċifika li, anki jekk sanzjoni kellha tkun proporzjonata u dissważiva, ix-xogħlijiet biex dan l-Istat Membru jikkonforma ruħu mas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, għadhom għaddejjin u ma jistgħux jiġu aċċellerati. Fil-fatt, din ma hijiex is-sempliċi adozzjoni ta’ att mill-Kamra tad-Deputati, iżda xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jew saħansitra ta’ trasformazzjoni u ta’ konformità mal-imsemmija sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 260(2) TFUE, jekk il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx adotta l-miżuri neċessarji li tikkomporta l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, din tista’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li tagħti lil dan l-Istat l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, u fl-istess ħin tispeċifika l-ammont ta’ ħlas ta’ somma f’daqqa jew tal-pagamenti ta’ penali li għandu jħallas l-Istat Membru kkonċernat li hija tikkunsidra xierqa fiċ-ċirkustanzi.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(1) TFUE hija dik tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni mibgħuta skont din id-dispożizzjoni (sentenzi tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Spanja, C-610/10, punt 67, kif ukoll tal-<DATE ISO="20130625">25 ta’ Ġunju 2013</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka, C-241/11, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif irrikonoxxa l-Gran Dukat tal-Lussemburgu matul is-seduta, tal-inqas fir-rigward ta’ żewġ impjanti ta’ trattament, dan l-Istat Membru ma kienx ikkonforma ruħu mar-rekwiżiti preskritti mis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu ċċitata iktar ’il fuq. Għalhekk, huwa paċifiku li, fi tmiem il-perijodu ta’ xahrejn wara li dan l-Istat Membru rċieva l-ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali msemmija fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, jiġifieri t-<DATE ISO="20100828">28 ta’ Awwissu 2010</DATE>, dan l-Istat Membru ma kienx, fi kwalunkwe każ, adotta l-miżuri kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu bis-sħiħ mal-obbligi li jirriżultaw mill-imsemmija sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, billi ma adottax il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas mill-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 260(1) TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq is-sanzjonijiet pekunjarji</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu jħallas, minn naħa, somma f’daqqa ta’ EUR 1 248, immultiplikata bin-numru ta’ jiem inkluż bejn l-għoti tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, u d-data tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tintervjeni f’din il-proċedura jew fil-mument tal-konformità sħiħa mal-imsemmija sentenza, kif ukoll, min-naħa l-oħra, pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum ta’ EUR 11 340 b’effett mid-data ta’ din is-sentenza tal-aħħar u sal-eżekuzzjoni sħiħa minn dan l-Istat Membru tal-ewwel sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>B’riferiment għal-linji gwida li jinsabu fil-komunikazzjoni tagħha tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Implimentazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [SEC (2005) 1658], kif aġġornata bil-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20100720">20 ta’ Lulju 2010</DATE>, intitolata, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Implementazzjoni tal-Artikolu 260 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea – Aġġornament tal-informazzjoni użata għall-kalkolu tas-somom f’daqqa u tal-multi li l-Kummissjoni ser tipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [SEK (2010) 923/3], il-Kummissjoni tqis li l-iffissar ta’ sanzjonijiet finanzjarji għandu jkun ibbażat fuq il-gravità tal-ksur, fuq it-tul ta’ dan tal-aħħar u fuq in-neċessità li jiġi żgurat l-effett dissważiv tas-sanzjoni biex jiġu evitati r-reċidivi.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Qabel kollox, fir-rigward tal-gravità tal-ksur, il-Kummissjoni tipproponi li tapplika sanzjonijiet ikkalkolati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ gravità ta’ 6 fuq 20, fid-dawl kemm tal-importanza tar-regoli tal-Unjoni li kienu s-suġġett tal-ksur, jiġifieri dawk ta’ direttiva intiża li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, kif ukoll tal-effetti tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza inkwistjoni fuq l-interessi ġenerali u partikolari, u tal-kobor tar-riskju tat-tniġġis li jirriżulta.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kriterju dwar it-tul tal-ksur, il-Kummissjoni ssostni li għandu jiġi kkalkolat l-ammont tas-somma f’daqqa fid-dawl tal-perijodu inkluż bejn l-għoti tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, li tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni, u d-data li fiha hija ddeċidiet li tressaq il-kawża quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-proċedura, jiġifieri madwar 59 xahar, u dan jikkorrispondi, b’applikazzjoni tal-komunikazzjoni tagħha tat-<DATE ISO="20051213">13 ta’ Diċembru 2005</DATE>, għal koeffiċjent ta’ tul ta’ 3.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna l-ħtieġa ta’ penali dissważiva ta’ natura li tiġi evitata r-reċidività, il-Kummissjoni, skont il-komunikazzjoni tal-<DATE ISO="20100720">20 ta’ Lulju 2010</DATE>, stabbilixxiet għal 1 il-fattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>n<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, ibbażat fuq il-kapaċità ta’ ħlas tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-talbiet tiegħu kemm bil-miktub kif ukoll orali, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jsostni li l-isforzi u t-titjib kif ukoll ix-xogħlijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-gravità, jew saħansitra tat-tul, tan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu. Fil-fatt, ġaladarba l-konformità ma tistax issir biss permezz ta’ att leġiżlattiv, iżda teħtieġ sett ta’ pjanijiet, ta’ abbonamenti, li għalihom huwa dovut ċertu dewmien, u ta’ xogħlijiet, minn dan jirriżulta li t-tul tat-tqegħid f’konformità huwa neċessarjament itwal milli għal sempliċi att leġiżlattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu jżid li b’konsegwenza l-livell ta’ gravità għandu jiġi evalwat. Tul itwal tat-tqegħid f’konformità fil-każ preċiż ma jiġġustifikax neċessarjament, skont dan l-Istat Membru, evalwazzjoni iktar severa tal-gravità tal-ksur u għalhekk l-impożizzjoni ta’ somma f’daqqa ogħla.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Ir-Renju Unit iqis li l-Kummissjoni għandha tipprovdi, fil-kuntest ta’ proġetti ta’ infrastruttura fuq skala kbira, bħal dawk inkwistjoni f’dan il-każ, terminu ta’ eżekuzzjoni raġonevoli meta jitqiesu l-parametri kollha, bħad-disinn tal-proġett, l-implementazzjoni teknika tiegħu jew in-natura tal-preskrizzjonijiet leġiżlattivi li tagħhom għandha tiġi żgurata l-osservanza. Il-Kummissjoni għandha wkoll, jekk ikun il-każ, tieħu inkunsiderazzjoni l-avvenimenti li ma humiex imputabbli lill-Istat Membru kkonċernat, bħall-każijiet ta’ katastrofi naturali. Fost l-elementi li jippermettu li tiġi evalwata n-natura raġonevoli jew le ta’ terminu għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji previsti mid-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali. Finalment, ir-Renju Unit isostni li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tipprova li ż-żmien meħud biex tiġi eżegwita sentenza b’rikonoxximent tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma huwiex raġonevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont ir-Renju Unit, il-Kummissjoni għandha tkun lesta tagħti lill-Istat Membru kkonċernat terminu raġonevoli għat-twettiq mhux biss tax-xogħlijiet minimi neċessarji, iżda wkoll ta’ proġett iktar ambizzjuż u li jibbenefika lill-ambjent li Stat Membru jista’ jixtieq li jwettaq bil-għan li jikkonforma ruħu ma’ sentenza mogħtija abbażi tal-Artikolu 258 TFUE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li rrikonoxxiet li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma kkonformax ruħu mas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, li tagħha l-Kummissjoni tfittex l-eżekuzzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ timponi fuq dak l-Istat Membru, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 260(2) TFUE, il-ħlas ta’ somma f’daqqa jew ta’ penalità.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, id-data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 260(1) TFUE hija dik tal-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-ittra ta’ intimazzjoni mibgħuta skont din id-dispożizzjoni (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Il‑Kummissjoni vs Spanja, punt 67, u Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka, punt 23). Madankollu, meta, bħal f’dan il-każ, il-proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu tkun inbdiet abbażi tal-Artikolu 228(2) KE, id-data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu hija dik tal-iskadenza tat-terminu<?PAGE NO="8"?> stabbilit fl-opinjoni motivata maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jiġifieri l-<DATE ISO="20091201">1 ta’ Diċembru 2009</DATE> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20111117">17 ta’ Novembru 2011</DATE>, Il‑Kummissjoni vs L‑Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-496/09" PAGE.ECR="I-11483" YEAR="2011">C-496/09, Ġabra p. I-11483</REF.DOC.ECR>, punt 27).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-pagamenti ta’ penalità</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-prinċipju tal-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, l-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità, bħala prinċipju hija ġġustifikata biss sakemm jippersisti n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu bbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza preċedenti sal-eżami tal-fatti mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda, C-374/11, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, f’dan il-każ, li, fil-mument ta’ dan l-eżami kif ukoll fid-data tas-seduta, il-miżuri neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, kienu għadhom ma ġewx adottati kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-kundanna tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ħlas ta’ penalità tikkostitwixxi mezz finanzjarju xieraq sabiex tiżgura l-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-ammont tal-pagamenti tal-penalità</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha f’dan il-qasam, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tistabbilixxi l-pagamenti ta’ penalità b’tali mod li dawn ikunu, minn naħa, adattati għaċ-ċirkustanzi u, min-naħa l-oħra, proporzjonati man-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat u mal-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru kkonċernat (ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kriterji li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tiġi żgurata n-natura koerċitiva tal-pagamenti ta’ penalità fid-dawl tal-applikazzjoni uniformi u effettiva tad-dritt tal-Unjoni huma, bħala prinċipju, it-tul tal-ksur, il-livell ta’ gravità tiegħu, u l-kapaċità ta’ ħlas tal-Istat Membru inkwistjoni. Għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kriterji l-Qorti tal-Ġustizzja hija msejħa tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fuq l-interessi pubbliċi u privati inkwistjoni kif ukoll l-urġenza li l-Istat Membru kkonċernat jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu (ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20121211">11 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 119 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni tissuġġerixxi li jittieħed inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità għal kuljum, it-tnaqqis progressiv tan-numru ta’ e.p. li ma jikkonformawx, jiġifieri mhux miġbur jew mhux ittrattat jew ittrattat b’mod mhux sodisfaċenti. Dan jippermetti li jittieħed inkunsiderazzjoni l-progress imwettaq mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu bil-għan li tiġi eżegwita s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħha, il-Kummissjoni tipproponi li tiġi adattata s-sistema ta’ kalkolu tal-pagamenti tal-penalità mal-għan li ma jiġix ippenalizzat il-Gran Dukat tal-Lussemburgu billi teżiġi li jħallas għall-ksur ikkonstatat mill-Qorti tal-Ġustizzja li kien waqaf matul il-perijodu neċessarju biex tintwera l-konformità inkwistjoni, jiġifieri meta, fl-aħħar ta’ dan il-perijodu, jirriżulta li t-trattament applikat kien konformi mad-Direttiva 91/271 matul l-imsemmi perijodu.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-Kummissjoni tipproponi li ma jiġix ikkunsidrat fil-kalkolu tal-ammont tal-pagamenti ta’ penalità, matul perijodu ta’ sitt xhur, in-numru totali ta’ e.p. ikkonċernat minn trattament terzjarju. Fl-aħħar ta’ dan il-perijodu ta’ sitt xhur, l-ewwel nett, jekk ir-riżultati huma konformi mad-Direttiva 91/271, fir-rigward tal-frekwenza tal-kampjuni u l-valuri korretti, l-impjant ta’ trattament ikun allura kkunsidrat bħala li japplika trattament konformi u l-e.p. korrispondenti mnaqqsa b’mod definittiv mill-kalkolu tal-pagamenti tal-penalità. It-tieni nett, jekk ir-riżultati fuq is-sitt xhur juru li t-tħaddim tal-impjant ta’ trattament ma huwiex konformi, l-e.p. korrispondenti jiġu għalhekk integrati mill-ġdid fil-kalkolu tal-pagamenti ta’ penalità. Finalment, it-tielet nett, f’każ ta’ riżultati medjokri iżda li jistgħu jkunu konformi fuq perijodu ta’ tnax-il xahar bħal ma tindikah id-Direttiva 91/271, jista’ jiġi deċiż perijodu ġdid ta’ sospensjoni ta’ sitt xhur. Fl-ipoteżi ta’ assenza ta’ konformità kkonfermata, l-e.p. korrispondenti jerġgħu għalhekk jiġu integrati mill-ġdid fil-kalkolu tal-pagamenti ta’ penalità u jkunu għalhekk dovuti għall-perijodu kollu ta’ sospensjoni ta’ tnax-il xahar.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa minnu li, skont il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, iċ-ċaħdiet tal-e.p. mhux konformi fil-Lussemburgu naqsu matul is-sena 2011, liema fatt inaqqas ir-rata ta’ nuqqas ta’ konformità (fi e.p.) minn 64 % għal 21 %, madankollu, għandhom jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi aggravanti kkonstatati mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif ikkonstatat il-Kummissjoni, iktar minn ħames snin għaddew mis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq. Il‑Gran Dukat tal-Lussemburgu kellu, sa dan il-jum, iktar milli biżżejjed żmien biex jeżegwixxi bis-sħiħ din is-sentenza, billi d-Direttiva 91/271 tipprovdi inizjalment ħames snin biex jissodisfa l-obbligi tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, meta indikaw it-territorju sħiħ nazzjonali bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>żona sensittiva<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, l-awtoritajiet Lussemburgiżi ddeċidew li l-massa ta’ ilma tal-wiċċ kienet diġà affettwata jew setgħet tiġu affettwata f’qasir żmien minn fenomenu ta’ ewtrofiżazzjoni. Din l-indikazzjoni, ikkonfermata permezz ta’ ittra tal-1999 ta’ dawn l-istess awtoritajiet lill-Kummissjoni, twassal għal kunsiderazzjoni li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma kienx jista’ jinjora n-neċessità li wieħed jipproċedi bix-xogħlijiet li jippermettu li l-impjanti ta’ trattament tiegħu jsiru konformi mad-dritt tal-Unjoni, mill-inqas mill-1999.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-pagamenti ta’ penalità ma jistgħux jiġu sospiżi jew imnaqqsa qabel il-Gran Dukat tal-Lussemburgu ma jkunx ħa l-miżuri kollha neċessarji li jinkludu l-eżekuzzjoni tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, u, b’konsegwenza, l-eżekuzzjoni tal-obbligi previsti mid-Direttiva 91/271.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-impożizzjoni tas-somma bħal dik issuġġerita mill-Kummissjoni ma tiħux debitament inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu kien diġà eżegwixxa parti importanti tal-obbligi tiegħu, b’mod li tali impożizzjoni ma hijiex proporzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha ta’ din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ ammont ta’ EUR 2 800 kuljum b’effett mill-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza sad-data li fiha l-Gran Dukat tal-Lussemburgu jkun ikkonforma ruħu mas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, hija xierqa biex tinkiseb l-eżekuzzjoni ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq is-somma f’daqqa</P></TI></TITLE><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa hija bbażata essenzjalment fuq l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi tal-Istat Membru kkonċernat fuq l-interessi privati u pubbliċi, b’mod partikolari meta n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu jkun kompla għal żmien twil wara s-sentenza li kienet inizjalment ikkonstatatu (sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka, iċċitata iktar ’il fuq, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-eventwalità ta’ tali kundanna u l-iffissar tal-ammont eventwali tal-ħlas ta’ somma f’daqqa għandhom, f’kull każ, jibqgħu l-funzjoni tal-elementi kollha rilevanti li jkunu relatati kemm mal-karatteristiċi tan-nuqqas ikkonstatat kif ukoll mal-aġir speċifiku tal-Istat Membru kkonċernat mill-proċedura mibdija abbażi tal-Artikolu 260 KE (sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka, iċċitata iktar ’il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, din id-dispożizzjoni tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tiddeċiedi jekk hemmx lok li timponi tali sanzjoni jew le u li tiddetermina, skont il-każ, l-ammont tagħha. B’mod partikolari, il-kundanna ta’ Stat Membru għall-ħlas ta’ somma f’daqqa ma jistax ikollha natura awtomatika (sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka, iċċitata iktar ’il fuq, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għalhekk, il-proposti tal-Kummissjoni ma jistgħux jivvinkolaw lill-Qorti tal-Ġustizzja u jikkostitwixxu biss indikazzjonijiet (ara, f’dan is-sens, sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Repubblika Ċeka, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-osservazzjonijiet tal-Grand Dukat tal-Lussemburgu u tar-Renju Unit skont liema l-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura, bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, terminu ta’ eżekuzzjoni raġonevoli, skont il-kobor u d-diffikultà tat-twettiq ta’ dawn il-proġetti, fejn it-tul tal-ksur li jibda jiġi evalwat biss qabel l-iskadenza ta’ dan it-terminu, għandu jiġi kkonstatat li n-natura, il-kumplessità, l-ispiża u t-tul tat-twettiq tal-imsemmija proġetti mill-Istat Membru kkundannat għandhom jiġu kkunsidrati kemm fl-evalwazzjoni tan-neċessità li tiġi imposta somma f’daqqa kif ukoll fl-iffissar tal-ammont tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa, mill-fajl sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu jwettaq attwalment sforzi u investimenti importanti biex tiġi eżegwita s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrilevat li, wara li ngħatat din is-sentenza, in-numru ta’ agglomerazzjonijiet li ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/271, kienu ġew imnaqqsa għal sitt agglomerazzjonijiet fuq it-tnax eżistenti.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Filwaqt li għandu jiġi enfasizzat dan l-isforz ta’ investiment innegabbli, hemm lok ukoll li jiġi rrilevat li, billi kklassifika t-territorju sħiħ tiegħu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>żona sensittiva<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, skont l-Artikolu 5(1) tal-imsemmija direttiva u l-Anness II tagħha, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu rrikonoxxa n-neċessità ta’ protezzjoni ambjentali ikbar tat-territorju tiegħu. Issa, l-assenza ta’ trattament tal-ilma urban mormi jikkostitwixxi ħsara partikolarment kbira fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat mis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, dam madwar seba’ snin, li huwa eċċessiv, anki jekk għandu jiġi rrikonoxxut li l-kompiti li għandhom jiġu eżegwiti jeħtieġu perijodu sinjifikattiv ta’ diversi snin u li l-eżekuzzjoni ta’ din is-sentenza għandha titqies li hija avvanzata.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, fid-dawl tat-tul eċċessiv tal-ksur, li huwa ġġustifikat, f’din il-kawża, li tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ħlas ta’ somma f’daqqa.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi preċedenti, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li saret evalwazzjoni ġusta taċ-ċirkustanzi tal-każ billi tistabbilixxi għal EUR 2 000 000 l-ammont tas-somma f’daqqa li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jħallas.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant hemm lok li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu jiġi kkundannat iħallas lill-Kummissjoni fuq il-kont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 000 000.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li l-Kummissjoni talbet il-kundanna tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, u peress li ġie kkonstatat in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, dan tal-aħħar għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż. Skont l-Artikolu 140(1) tal-istess regoli, li jipprovdi li l-Istati Membri li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, hemm lok li r-Renju Unit jiġi kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi ma adottax il-miżuri kollha neċessarji sabiex jeżegwixxi s-sentenza tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu (C‑452/05), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 260(1) TFUE.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jiġi kkundannat iħallas lill-Kummissjoni, fil-kont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, is-somma f’daqqa ta’ EUR 2 000 000.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti sal-jum ta’ meta tingħata din is-sentenza, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu għandu jiġi kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, penalità ta’ EUR 2 800 għal kuljum ta’ dewmien fl-implementazzjoni neċessarja sabiex jikkonforma ruħu mas-sentenza tat-<DATE ISO="20061123">23 ta’ Novembru 2006</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq, li tibda tiddekorri mid-data ta’ għoti tas-sentenza f’din il-kawża, sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Il-Lussemburgu, iċċitata iktar ’il fuq.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>