<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-590/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0590</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:150">EU:C:2022:150</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220303">3.3.2022</DATE> – Kawża C‑590/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Presidenza del Consiglio dei Ministri <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (tobba speċjalisti mħarrġa)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It‑Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20220303">3 ta’ Marzu 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi relatati mal-attivitajiet tat-tobba</KEYWORD><KEYWORD>Direttivi 75/363/KEE u 82/76/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Taħriġ ta’ tabib speċjalista</KEYWORD><KEYWORD>Remunerazzjoni xierqa</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni tad-Direttiva 82/76/KEE għat-taħriġ li nbeda qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħha u li tkompla wara d-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑590/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (il‑Qorti tal-Kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20200922">22 ta’ Settembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20201110">10 ta’ Novembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Presidenza del Consiglio dei Ministri,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’ Economia e delle Finanze,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">QA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">JA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero della Salute</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">UK <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P><P><HT TYPE="BOLD">IG <HT TYPE="ITALIC">et,</HT></HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan (Relatur) u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal UK <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u IG <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, minn M. Tortorella, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Cherubini, Procuratore dello Stato, u F. Fedeli, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Armati u L. Malferrari, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 189 kif ukoll tal-Artikoli 13 u 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE tas‑<DATE ISO="19820126">26 ta’ Jannar 1982</DATE> li temenda d-Direttiva 75/362/KEE dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ titoli oħra ta’ tabib u li tinkludi miżuri intiżi sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll id-Direttiva 75/363/KEE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ tabib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="043" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="1982">ĠU 1982 L 43, p. 21</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, il-Presidenza del Consiglio dei Ministri (il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, l-Italja), il-Ministero dell’Economia e delle Finanze (il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, l-Italja), QA, JA, il-Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (il-Ministeru għall-Edukazzjoni, għall-Universitajiet u għar-Riċerka, l-Italja) u l-Ministero della Salute (il-Ministru għas-Saħħa, l-Italja) u, min-naħa l-oħra, UK <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u IG <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>tobba speċjalisti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), dwar l-obbligu li dawn tal-aħħar jingħataw remunerazzjoni xierqa, fis-sens tal-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE tas‑<DATE ISO="19750616">16 ta’ Ġunju 1975</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ tabib (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="167" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="1975">ĠU 1975, L 167, p. 14</REF.DOC.OJ>), kif emendata mid-Direttiva 82/76 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Direttiva 75/363 emendata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll il-kumpens għad-dannu li jqisu li ġarrbu minħabba l-assenza ta’ traspożizzjoni xierqa u fil-ħin tad-Direttiva 82/76.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 75/363</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 75/363 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li t-taħriġ li jwassal għal diploma, ċertifikat jew titolu ieħor ta’ tabib speċjalista, ikun jissodisfa r-rekwiżiti segwenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikun jinvolvi t-twettiq b’suċċess ta’ sitt snin studju fi ħdan l-istruttura tal-kors ta’ taħriġ msemmi fl-Artikolu 1;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikun jinvolvi istruzzjoni teoretika u prattika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ikun kors full-time bis-superviżjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi kompetenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>isir f’ċentru universitarju, fi sptar edukattiv jew, fejn xieraq, fi stabbiliment tas-saħħa approvat għal dan l-iskop mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>ikun jinvolvi l-parteċipazzjoni personali tat-tabib li qiegħed jitħarreġ sabiex isir speċjalista fix-xogħol u fir-responsabilitajiet tal-istabbilimenti kkonċernati.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-prinċipju ta’ taħriġ full-time kif previst fl-Artikolu 2(1)(c), u sakemm il-Kunsill jieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu taħriġ ta’ speċjalista part-time, taħt kundizzjonijiet approvati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta taħriġ fuq bażi full-time ma jkunx prattiku għal raġunijiet ġustifikabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perijodu totali ta’ taħriġ speċjalizzat ma jistax jitqassar skont il-paragrafu 1. Il-livell tat-taħriġ ma jistax jiġi kompromess, la min-natura part‑time tiegħu u lanqas mit-twettiq ta’ attività professjonali privata b’remunerazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mhux iktar tard minn erba’ snin wara n-notifika ta’ din id-direttiva u fid-dawl ta’ konstatazzjoni ta’ eżami mill-ġdid fuq proposta tal-Kummissjoni, u b’kunsiderazzjoni tal-possibbiltà ta’ taħriġ part-time għandu jibqa’ jeżisti f’ċerti ċirkustanzi li għandhom jiġu eżaminati separatament għal kull speċjalizzazzjoni, il-Kunsill għandu jiddeċiedi jekk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhomx jinżammu jew jiġu emendati.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Bħala miżura tranżitorja u b’deroga mill-Artikoli 2(1)(c) u 3, l-Istati Membri li l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jippermettu metodu ta’ taħriġ speċjalizzat part-time fiż-żmien tan-notifika ta’ din id-direttiva jistgħu jibqgħu japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-kandidati li bdew it-taħriġ tagħhom bħala speċjalisti mhux iktar tard minn erba’ snin wara<?PAGE NO="4"?> n-notifika ta’ din id-direttiva. Dan il-perijodu jista’ jiġi estiż jekk il-Kunsill ma jkunx ħa deċiżjoni skont l-Artikolu 3(3).<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Direttiva 75/363 ġiet innotifikata lill-Istati Membri fl‑<DATE ISO="19760620">20 ta’ Ġunju 1976</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 82/76</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 82/76, l-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 75/363 ġie ssostitwit bit-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li t-taħriġ li jwassal għal diploma, ċertifikat jew titolu ieħor ta’ tabib speċjalista, ikun jissodisfa r-rekwiżiti segwenti:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ikun kors full-time bis-superviżjoni tal-awtoritajiet jew tal-korpi kompetenti skont il-punt 1 tal-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]”</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 82/76, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 75/363 ġie ssostitwit bit-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-prinċipju ta’ taħriġ full-time kif previst fl-Artikolu 2(1)(c), u sakemm il-Kunsill jieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jippermettu taħriġ ta’ speċjalista part-time, taħt kundizzjonijiet approvati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta taħriġ fuq bażi full-time ma jkunx prattiku għal raġunijiet individwali ġustifikabbli.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-taħriġ part-time għandu jingħata bi qbil mal-punt 2 tal-Anness u jkun ta’ standard kwalitattiv ekwivalenti għat-taħriġ full-time. Dan l-istandard ta’ taħriġ ma għandux ikun imfixkel, jew bin-natura tal-part-time tiegħu jew bl-attwazzjoni ta’ attività professjonali privata b’remunerazzjoni.</ALINEA><ALINEA>It-perijodu totali tat-taħriġ speċjalizzat ma jistax jitnaqqas minħabba li dan isir fuq bażi part-time.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kunsill għandu jiddeċiedi, mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="19890125">25 ta’ Jannar 1989</DATE>, jekk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2 għandhomx jinżammu jew ikunu emendati, fid-dawl ta’ konstatazzjoni ta’ eżami mill-ġdid u fuq proposta tal-Kummissjoni, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-possibbiltà ta’ taħriġ part-time għandha tibqa’ teżisti f’ċerti ċirkustanzi li għandhom jiġu eżaminati separatament għal kull speċjalizzazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 82/76, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/363 ġie ssostitwit bit-test li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Bħala miżura tranżitorja u b’deroga mill-Artikoli 2(1)(c) u 3, l-Istati Membri li l-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jippermettu metodu ta’ taħriġ speċjalizzat part-time fiż-żmien tan-notifika [tad-Direttiva 75/363] jistgħu jibqgħu japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-kandidati li bdew it-taħriġ tagħhom bħala speċjalisti mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="19831231">31 ta’ Diċembru 1983</DATE>.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Kull Stat Membru ospitanti huwa awtorizzat jitlob lill-benefiċjarji tal-paragrafu preċedenti jipprovdu, minbarra d-diplomi, iċ-ċertifikati u t-titoli l-oħra ta’ kwalifiki formali, attestazzjoni li tiċċertifika li minn tal-inqas għal tliet snin konsekuttivi mill-ħames snin qabel il-ħruġ tal-attestazzjoni huma kienu legalment jaħdmu bħala speċjalisti fil-qasam ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tad-Direttiva 82/76 żied mad-Direttiva 75/363 anness intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Karatteristiċi tat-taħriġ full-time u tat-taħriġ part-time ta’ tobba speċjalisti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Dan l-anness kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Taħriġ full-time ta’ tobba speċjalisti</ALINEA><ALINEA>Taħriġ bħal dan għandu jsir f’postijiet speċifiċi rrikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.</ALINEA><ALINEA>Dan għandu jinvolvi l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet mediċi kollha tad-dipartiment fejn isir it-taħriġ, inklużi d-dmirijiet ‘on-call’, b’mod li l-ispeċjalista apprendist jiddedika għal dan it-taħriġ prattiku u teoretiku l-attività professjonali kollha tiegħu tul il-ġimgħa standard ta’ xogħol u tul is-sena kollha skont id-dispożizzjonijiet miftiehma mal-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk, dan it-taħriġ għandu jingħatalu remunerazzjoni xierqa.</ALINEA><ALINEA>Dan it-taħriġ jista’ jiġi interrott għal raġunijiet ta’ servizz militari, missjonijiet xjentifiċi, tqala jew mard. Il-perijodu totali tat-taħriġ ma jistax jitnaqqas għal raġunijiet ta’ interruzzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Taħriġ part-time ta’ tobba speċjalisti</ALINEA><ALINEA>Dan it-taħriġ għandu jissodisfa l-istess rekwiżiti bħat-taħriġ full-time, li huwa distint biss mill-possibbiltà li l-parteċipazzjoni f’attivitajiet mediċi tiġi limitata għal perijodu ta’ mill-inqas nofs dak previst fil-punt 1 tat-tieni paragrafu.</ALINEA><ALINEA>L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-perijodu totali u l-kwalita tat-taħriġ part-time tal-ispeċjalisti ma jkunux inqas minn dawk tat-taħriġ full-time.</ALINEA><ALINEA>Konsegwentement, għandha tingħata remunerazzjoni xierqa għal taħriġ part-time bħal dan.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 tad-Direttiva 82/76 kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>It-taħriġ part-time ta’ tobba speċjalisti li jkun nbeda qabel l‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE> skont l-Artikolu 3 tad-[Direttiva 75/363] jista’ jitwettaq konformement ma’ din tal-aħħar.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 82/76:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ din id-direttiva mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="19821231">31 ta’ Diċembru 1982</DATE>. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Id-Direttiva 82/76 ġiet innotifikata lill-Istati Membri fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE> u daħlet fis-seħħ fl-istess jum, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 191 tat-Trattat KEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-Direttiva 75/363 emendata tħassret fil‑<DATE ISO="19930415">15 ta’ April 1993</DATE> permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE tal‑<DATE ISO="19930405">5 ta’ April 1993</DATE> biex tiffaċilità l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent tad-diplomi, ċertifikati u prova oħra ta’ kwalifiki formali tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 86), li hija stess tħassret<?PAGE NO="6"?> bid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20050907">7 ta’ Settembru 2005</DATE> dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="255" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 255, p. 22</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="271" PAGE.FIRST="18" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 271, p. 18</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="098" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 98, p. 28</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="305" PAGE.FIRST="115" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 305, p. 115</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-Direttiva 82/76 ġiet trasposta fid-dritt Taljan permezz tad-decreto legislativo n. 257 – Attuazione della direttiva n. 82/76/CEE del Consiglio del <DATE ISO="19820126">26 gennaio 1982</DATE>, recante modifica di precedenti direttive in tema di formazione dei medici specialisti, a norma dell’art. 6 della legge <DATE ISO="19901229">29 dicembre 1990</DATE>, n. 428 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 257 li Jittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE tas‑<DATE ISO="19820126">26 ta’ Jannar 1982</DATE> li Temenda d-Direttivi Preċedenti fil-Qasam tat-Taħriġ tat-Tobba Speċjalisti, Abbażi tal-Artikolu 6 tal-Liġi dwar l-interess Komunitarju tad‑<DATE ISO="19901229">29 ta’ Diċembru 1990</DATE>, Nru 428), tat‑<DATE ISO="19910808">8 ta’ Awwissu 1991</DATE> (GURI Nru 191, tas‑<DATE ISO="19910816">16 ta’ Awwissu 1991</DATE>). Dan id-Digriet Leġiżlattiv daħal fis-seħħ ħmistax-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu u ġie ssostitwit sussegwentement mid-decreto legislativo n. 368 – Attuazione della direttiva 93/16/CEE in materia di libera circolazione dei medici e di reciproco riconoscimento dei loro diplomi, certificati ed altri titoli e delle direttive 97/50/CE, 98/21/CE, 98/63/CE e 99/46/CE che modificano la direttiva 93/16/CEE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 368, li Jittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE fil-Qasam tal-Moviment Liberu tat-Tobba u r-Rikonoxximent tad-Diplomi, Ċertifikati u Titoli Oħra, u tad-Direttivi 97/50/KE, 98/21/KE, 98/63/KE u 99/46/KE li Jemendaw id-Direttiva 93/16/KEE), tas‑<DATE ISO="19990817">17 ta’ Awwissu 1999</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 250, tat‑<DATE ISO="19991023">23 ta’ Ottubru 1999</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 8.2 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 257 kien jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tiegħu japplikaw b’effett mis-sena akkademika 1991/1992.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>It-tobba speċjalisti inkwistjoni kollha segwew taħriġ fl-Italja fil-mediċina speċjalizzata. Uħud minn dawn it-tobba bdew it-taħriġ tagħhom qabel l‑1982, oħrajn iktar tard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20080416">16 ta’ April 2008</DATE>, it-tobba speċjalisti inkwistjoni adixxew lit-Tribunale di Roma (il-Qorti Distrettwali ta’ Ruma, l-Italja) b’rikorsi kontra l-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri, il-Ministeru għall-Edukazzjoni, għall-Universitajiet u għar-Riċerka, il-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll il-Ministeru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, intiżi sabiex dawn l-awtoritajiet jiġu kkundannati, minn naħa, iħallsuhom remunerazzjoni xierqa, fis-sens tal-anness tad-Direttiva 75/363 emendata, għat-taħriġ li kienu wettqu bħala tobba speċjalisti, u min-naħa l-oħra, jikkumpensaw id-dannu li huma jqisu li ġarrbu minħabba n-nuqqas ta’ traspożizzjoni xierqa u fil-ħin tad-Direttiva 82/76.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza mogħtija fl‑2012, it-Tribunale di Roma (il-Qorti Distrettwali ta’ Ruma) ċaħdet dawn it-talbiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Corte d’appello di Roma (il-Qorti tal-Appell ta’ Ruma, l-Italja), adita b’appelli kontra din is-sentenza, permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20160927">27 ta’ Settembru 2016</DATE>, ikkonfermat l-imsemmija sentenza fir-rigward tat-tobba speċjalisti inkwistjoni li kienu bdew it-taħriġ tagħhom qabel is-sena universitarja 1983/1984, kif ukoll dawk li kienu segwew korsijiet ta’ speċjalizzazzjoni mhux previsti mid-Direttiva 75/363 emendata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri adixxiet lill-qorti tar-rinviju, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), b’appell minn din is-sentenza. Barra minn hekk, ċertu numru ta’ tobba speċjalisti inkwistjoni ppreżentaw appell inċidentali kontra l-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-kawżi prinċipali jirrigwardaw l-evalwazzjoni tas-sistema legali applikabbli għat-taħriġ ta’ tobba speċjalisti li nbeda qabel l‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE> u li tlesta wara din id-data. Din il-qorti tindika li, wara li ngħatat is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija għamlet distinzjoni, abbażi ta’ din is-sentenza, bejn sitwazzjonijiet differenti li jistgħu japplikaw għal tobba speċjalisti. B’mod iktar partikolari, it-tobba speċjalisti li bdew it-taħriġ tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 82/76, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, ma kellhom dritt għall-ebda remunerazzjoni għat-taħriġ tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dan il-każ, teżisti diverġenza fl-interpretazzjoni fi ħdan id-diversi awli tal-qorti tar-rinviju dwar jekk tobba li jkunu segwew taħriġ fil-mediċina speċjalizzata, bħat-tobba speċjalisti inkwistjoni, jistgħux jinvokaw, abbażi tad-dritt tal-Unjoni, remunerazzjoni għat-taħriġ tagħhom li nbeda qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 82/76.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>It-tielet paragrafu tal-Artikolu 189 [TUE] u l-Artikoli 13 u 16 tad-[Direttiva 82/76] jipprekludu interpretazzjoni fis-sens li d-dritt għal remunerazzjoni xierqa previst fl-Artikolu 13 [ta’ din id-direttiva] favur tobba li jeżerċitaw attivitajiet ta’ taħriġ, full-time jew part-time, u bil-kundizzjoni li r-rekwiżiti l-oħra kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni u mill-ġurisprudenza Ewropea jiġu ssodisfatti, jingħata wkoll lil tobba li kienu sottoskritti fi skola ta’ speċjalizzazzjoni qabel l-1982 u li kienu qegħdin isegwu taħriġ fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dritt għal kumpens għad-dannu kkawżat mit-traspożizzjoni tardiva tad-Direttiva [82/76] mill-Istat Taljan jingħata, konsegwentement, ukoll lil dawn il-professjonisti tas-saħħa, fir-rigward tal-proporzjon tal-kumpens attribwibbli għall-perijodu mill‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE> ’il quddiem?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja tissottometti din il-kawża għal proċedura mħaffa skont l-Artikolu 105(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tagħha. Insostenn tat-talba tagħha, din il-qorti ssostni li, fid-dawl tad-diverġenzi fl-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli f’dan il-każ mid-diversi awli tal-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni), kif ukoll tan-numru kunsiderevoli ta’ kawżi attwalment pendenti quddiem din il-qorti, li jixhdu sitwazzjoni ta’ inċertezza gravi u persistenti fir-rigward tal-portata tal-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-persuni kkonċernati jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, jeżisti interess li jiġu esklużi d-dubji dwar l-interpretazzjoni korretta ta’ din il-leġiżlazzjoni u għalhekk li jitneħħew inċertezzi serji dwar kwistjonijiet fundamentali ta’ importanza nazzjonali, inkluż kostituzzjonali, bħal dawk sottostanti d-domandi preliminari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, meta n-natura tal-kawża teżiġi li din tiġi ttrattata f’qasir żmien, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li jissuġġetta rinviju għal deċiżjoni preliminari għal proċedura mħaffa li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20201214">14 ta’ Diċembru 2020</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, wara li sema’ lill-Imħallef Relatur u lill-Avukat Ġenerali, li jiċħad it-talba għal proċedura mħaffa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li n-numru kunsiderevoli ta’ persuni jew ta’ sitwazzjonijiet ġuridiċi potenzjalment ikkonċernati mid-deċiżjoni li qorti tar-rinviju għandha tagħti wara li tkun ressqet talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jistax, bħala tali, jikkostitwixxi ċirkustanza eċċezzjonali ta’ natura li tiġġustifika r-rikors għal proċedura mħaffa. L-istess japplika għan-numru kbir ta’ kawżi li jistgħu jiġu sospiżi fl-istennija tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija dwar ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>OTP Jelzálogbank <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑932/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:673">EU:C:2021:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li s-sempliċi interess tal-partijiet fil-kawża, filwaqt li huwa leġittimu, li jiddeterminaw malajr kemm jista’ jkun il-portata tad-drittijiet li huma jisiltu mid-dritt tal-Unjoni ma huwiex ta’ natura li jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ċirkustanza eċċezzjonali, fis-sens tal-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Energieversorgungscenter Dresden-Wilschdorf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑938/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:908">EU:C:2021:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li diverġenza fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni fi ħdan qrati nazzjonali ma tistax tkun suffiċjenti, waħedha, sabiex jiġi ġġustifikat li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari jiġi suġġett għal proċedura mħaffa. L-importanza li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi fl-Unjoni Ewropea tad-dispożizzjonijiet kollha li jagħmlu parti mill-ordinament ġuridiku tagħha hija fil-fatt inerenti għal kull talba mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210902">2 ta’ Settembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>OTP Jelzálogbank <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑932/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:673">EU:C:2021:673</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm ġie deċiż li, meta kawża tqajjem inċertezzi serji li jolqtu kwistjonijiet fundamentali tad-dritt kostituzzjonali nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni, jista’ jkun neċessarju, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ tali kawża, li din tiġi ttrattata fi żmien qasir, konformement mal-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura (digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181019">19 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wightman <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑621/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:851">EU:C:2018:851</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), madankollu mit-talba tal-qorti tar-rinviju ma jirriżultax li ċ-ċirkustanzi invokati fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, li jirrigwardaw essenzjalment il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-persuna kkonċernata tislet mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni, huma ta’ natura li jiġġustifikaw tali trattament.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. Għal<?PAGE NO="9"?> dan il-għan, jekk ikun meħtieġ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211026">26 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>PL Holdings</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑109/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:875">EU:C:2021:875</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 3(1) u (2) kif ukoll l-Anness tad-Direttiva 75/363 emendata għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull perijodu ta’ taħriġ ta’ tabib speċjalista full-time jew part-time li nbeda fl‑1982 u ssokta sal‑1990 għandu, fil-prinċipju, ikun suġġett għal remunerazzjoni xierqa, fis-sens tal-imsemmi anness (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dawn l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fir-rigward ta’ tali taħriġ, ir-remunerazzjoni għandha titħallas għall-perijodu bejn l‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE> sa tmiem it-taħriġ segwit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk, għall-finijiet tal-kumpens għad-dannu kkawżat min-nuqqas ta’ traspożizzjoni xierqa u fil-ħin tal-obbligu ta’ remunerazzjoni previst mid-Direttiva 82/76, l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni hekk adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja tapplikax ukoll fir-rigward tat-taħriġ mibdi qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76 u li tkompla wara l-iskadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu għat-traspożizzjoni tagħha. Fil-fatt, kuntrarjament għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), uħud mit-tobba speċjalisti inkwistjoni bdew l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom qabel l‑1982 u għalhekk qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 82/76.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jitqies li d-domandi magħmula, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, huma intiżi, essenzjalment, li jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 3(1) u (2), kif ukoll l-anness tad-Direttiva 75/363 emendata għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, minn naħa, kull taħriġ full-time jew part-time ta’ tabib speċjalista, li nbeda qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76 u li tkompla wara l-iskadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, għandu jkun is-suġġett ta’ remunerazzjoni xierqa, fis-sens ta’ dan l-anness, u min-naħa l-oħra, jekk tali remunerazzjoni xierqa għandhiex, f’dan il-każ, titħallas għall-perijodu ta’ taħriġ jew biss b’effett mill-imsemmija data ta’ skadenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti, imħassra fil‑<DATE ISO="19930415">15 ta’ April 1993</DATE> permezz tad-Direttiva 93/16, it-taħriġ li jwassal għal diploma, ċertifikat jew titolu speċjalizzat ieħor, kemm jekk full-time jew part-time, normalment huwa suġġett għal remunerazzjoni xierqa (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-obbligu, għall-Istati Membri li jiżguraw remunerazzjoni xierqa japplika biss fir-rigward ta’ speċjalizzazzjonijiet mediċi komuni għall-Istati Membri kollha jew għal tnejn jew iktar minnhom u msemmija fl-Artikoli 5 jew 7 tal-Direttiva tal-Kunsill 75/362/KEE tas‑<DATE ISO="19750616">16 ta’ Ġunju 1975</DATE> li tikkonċerna r-rikonoxximent reċiproku ta’ diplomi, ċertifikati u provi oħrajn tal-kwalifiki formali tat-tobba, inklużi miżuri sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="167" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1975">ĠU 1975, L 167, p. 1</REF.DOC.OJ>) (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan l-obbligu ta’ ħlas għal perijodi ta’ taħriġ relatati ma’ speċjalizzazzjonijiet mediċi previst fl-Anness tad-Direttiva 75/363 emendata huwa, fih innifsu, inkundizzjonat u suffiċjentement preċiż (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-obbligu ta’ remunerazzjoni, li ma kienx previst inizjalment mid-Direttiva 75/363, ġie introdott bid-Direttiva 82/76, li daħlet fis-seħħ fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE> u li, skont l-Artikolu 16 tagħha, l-Istati Membri kellhom jikkonformaw magħha mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="19821231">31 ta’ Diċembru 1982</DATE> (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk perijodi ta’ taħriġ full-time jew part-time ta’ tabib speċjalista li nbeda qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76 u li tkompla wara l-iskadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-imsemmija direttiva, hemm lok li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dispożizzjoni legali ġdida tapplika b’effett mid-dħul fis-seħħ tal-att li jistabbilixxiha u, filwaqt li ma tapplikax għal sitwazzjonijiet legali li tnisslu u saru definittivi taħt il-liġi preċedenti, hija tapplika għall-effetti futuri tagħhom, kif ukoll għal sitwazzjonijiet legali ġodda. Il-pożizzjoni tkun differenti jekk ir-regola ġdida jkollha dispożizzjonijiet speċjali li jiddeterminaw speċifikament il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tagħha <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, billi jattribwixxulha effett retroattiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>E.B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:17">EU:C:2019:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-iskrizzjoni fi stabbiliment ta’ taħriġ speċjalizzat qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76, sabiex jiġi segwit taħriġ skont il-kundizzjonijiet applikabbli dak iż-żmien, tat lok għal sitwazzjoni legali li saret definittiva qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Tali iskrizzjoni, kif ukoll il-perijodi ta’ taħriġ marbuta magħha, għalhekk ma jistgħux, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċjali f’dan is-sens fid-Direttiva 82/76, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din tal-aħħar għall-perijodu qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>E.B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:17">EU:C:2019:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Kien biss fl-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 82/76, jiġifieri b’effett mill‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, li din id-direttiva daħlet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni l-effetti ta’ iskrizzjoni li saret qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190115">15 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>E.B.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑258/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:17">EU:C:2019:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-taħriġ li tkompla wara d-data ta’ skadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, tali inklużjoni kompliet tipproduċi l-effetti tagħha matul it-tul kollu ta’ dan it-taħriġ, wara l-imsemmija data ta’ skadenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li jitqies li s-sitwazzjoni ta’ tabib li ssottoskriva fi stabbiliment ta’ taħriġ fil-mediċina speċjalizzata qabel id‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE> tikkostitwixxi sitwazzjoni li nħolqot qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 82/76, iżda li l-effetti futuri tagħha huma rregolati minn din id-direttiva b’effett mill-iskadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Konsegwentement, peress li, kif jirriżulta mill-punt 34 ta’ din is-sentenza, kull taħriġ full-time u part-time ta’ tabib speċjalista li nbeda fl‑1982 għandu, għall-perijodu mill‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE> sat-tmiem tat-taħriġ segwit, ikun suġġett għal remunerazzjoni xierqa, fis-sens tal-anness tad-Direttiva 75/363 emendata, tali obbligu ta’ remunerazzjoni japplika wkoll, bl-istess kundizzjonijiet, għat-taħriġ li nbeda qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li r-regoli tranżitorji li jinsabu fl-Artikoli 12 u 14 tad-Direttiva 82/76 ma jistgħux jitqiesu bħala li llimitaw temporanjament l-obbligu li titħallas remunerazzjoni xierqa lit-tobba fir-rigward tat-taħriġ tagħhom part-time fil-mediċina speċjalizzata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward, barra minn hekk, tal-possibbiltà, għat-tobba speċjalisti inkwistjoni, li jiksbu kumpens adegwat għad-dannu kkawżat minħabba n-nuqqas ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 82/76 fir-rigward tal-perijodi ta’ taħriġ full-time jew part-time ta’ tabib speċjalizzat li nbeda qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76 u li tkompla wara l-iskadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu ta’ traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, għandu jitfakkar li, fil-każ fejn, minħabba l-assenza ta’ miżuri nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 82/76, ir-riżultat preskritt minn din id-direttiva ma jistax jintlaħaq permezz tal-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali konformement mad-dritt tal-Unjoni, dan tal-aħħar jimponi fuq l-Istat Membru kkonċernat li jikkumpensa d-dannu li huwa kkawża lill-individwi minħabba n-nuqqas ta’ traspożizzjoni tal-imsemmija direttiva, sa fejn dawn it-tliet kundizzjonijiet huma ssodisfatti, jiġifieri li d-dispożizzjoni li nkisret għandha l-għan li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi u li l-kontenut tagħhom jista’ jiġi identifikat, li l-ksur huwa suffiċjentement serju u li ma hemm ebda rabta kawżali diretta bejn il-ksur tal-obbligu impost fuq l-Istat u d-dannu mġarrab mill-persuni leżi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja humiex issodisfatti sabiex, skont id-dritt tal-Unjoni, tiskatta r-responsabbiltà ta dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 3(1) u (2) kif ukoll l-anness tad-Direttiva 75/363 emendata, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull taħriġ full-time jew part-time ta’ tabib speċjalista, li nbeda qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76 u li tkompla wara l-iskadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, għandu, għall-perijodu ta’ dan it-taħriġ mill‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE> sa tmiem l-imsemmi taħriġ, ikun is-suġġett ta’ remunerazzjoni xierqa, fis-sens ta’ dan l-anness, bil-kundizzjoni li dan it-taħriġ ikun jirrigwarda speċjalizzazzjoni medika komuni għall-Istati Membri kollha jew għal tnejn jew iktar minnhom u li jissemma fl-Artikoli 5 jew 7 tad-Direttiva 75/362.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(1)(c), l-Artikolu 3(1) u (2) kif ukoll l-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 75/363/KEE tas‑<DATE ISO="19750616">16 ta’ Ġunju 1975</DATE> dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-attivitajiet ta’ tabib, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 82/76/KEE tas‑<DATE ISO="19820126">26 ta’ Jannar 1982</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li kull taħriġ full-time jew part-time ta’ tabib speċjalista, li nbeda qabel id-dħul fis-seħħ, fid‑<DATE ISO="19820129">29 ta’ Jannar 1982</DATE>, tad-Direttiva 82/76 u li tkompla wara l-iskadenza, fl‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE>, tat-terminu għat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, għandu, għall-perijodu ta’ dan it-taħriġ mill‑<DATE ISO="19830101">1 ta’ Jannar 1983</DATE> sa tmiem l-imsemmi taħriġ, ikun is-suġġett ta’ remunerazzjoni xierqa, fis-sens ta’ dan l-anness, bil-kundizzjoni li dan it-taħriġ ikun jirrigwarda speċjalizzazzjoni medika komuni għall-Istati Membri kollha jew għal tnejn jew iktar minnhom u li jissemma fl-Artikoli 5 jew 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/362/KEE tas‑<DATE ISO="19750616">16 ta’ Ġunju 1975</DATE> dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, taċ-ċertifikati u ta’ titoli oħra ta’ tabib u li tinkludi miżuri intiżi sabiex jiġi faċilitat l-eżerċizzju effettiv tad-dritt ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>