European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4727

2.9.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Mejju 2026

li tagħti struzzjonijiet lill-Amministratur Ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni biex idaħħal korrezzjonijiet fit-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali tal-Belġju, tal-Irlanda, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Polonja, tas-Slovakkja u tal-Finlandja fir-Reġistru tal-Unjoni

(C/2026/4727)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1122 tat-12 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-funzjonament tar-Reġistru tal-Unjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(3), it-tieni subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ssottomettew lill-Kummissjoni l-lista tal-installazzjonijiet fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 (3), il-Kummissjoni ma ressqet l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-listi tal-installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE kif sottomessi mill-Belġju, mill-Bulgarija, miċ-Ċekja, mid-Danimarka, mill-Ġermanja, mill-Estonja, mill-Irlanda, mill-Greċja, minn Spanja, minn Franza, mill-Kroazja, mill-Italja, minn Ċipru, mil-Latvja, mil-Litwanja, mil-Lussemburgu, mill-Ungerija, min-Netherlands, mill-Awstrija, mill-Polonja, mill-Portugall, mir-Rumanija, mis-Slovenja, mis-Slovakkja, mill-Finlandja u mill-Iżvezja, ħlief kif stabbilit fl-Artikolu 1 u fl-Annessi ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

L-Istati Membri ddeterminaw u nnotifikaw l-ammonti annwali preliminari ta’ kwoti bla ħlas għal kull installazzjoni bl-użu tal-valuri tal-parametru referenzjarju riveduti ddeterminati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 (4), skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (5).

(4)

Fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/927 (6), ġie ddeterminat li ma kien jeħtieġ jiġi applikat l-ebda aġġustament għall-ammonti annwali preliminari tal-kwoti bla ħlas skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, peress li d-domanda ma qabżitx l-ammont massimu.

(5)

Il-Belġju nnotifika xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tiegħu b’ittra bid-data tal-4 ta’ Lulju 2025. Għall-installazzjoni BE-224, ġie kkoreġut l-istatus ta’ ġeneratur tal-elettriku. Għall-installazzjoni BE-205758, ġiet ikkoreġuta l-importazzjoni tas-sħana mhux tal-ETS tas-subinstallazzjoni tal-aċidu nitriku. Għall-installazzjoni BE-205758, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil.

(6)

L-Irlanda nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tas-17 ta’ Frar 2026. Mal-installazzjoni IE-2 żdiedet subinstallazzjoni tal-ġipsum sekondarju mnixxef.

(7)

Spanja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tal-25 ta’ Marzu 2026. Għall-installazzjoni ES-519, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. Għall-installazzjoni ES-758, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Mal-installazzjoni ES-758 żdiedet subinstallazzjoni tas-sħana mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għall-installazzjoni ES-90021, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Mal-installazzjoni ES-90021 żdiedet subinstallazzjoni tas-sħana mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għall-installazzjoni ES-90030, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Mal-installazzjoni ES-90030 żdiedu subinstallazzjoni tas-sħana mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali.

(8)

Franza nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha permezz ta’ ittra bid-data tat-2 ta’ April 2026. Mal-installazzjoni FR-55 żdiedet subinstallazzjoni tal-fjuwil mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għall-installazzjoni FR-55, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għall-installazzjoni FR-204907, ġie kkoreġut l-istatus tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess. Mal-installazzjoni FR-204921 żdiedu subinstallazzjoni tal-fjuwil mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għall-installazzjoni FR-204921, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess. Għall-installazzjoni FR-206303, ġie kkoreġut l-istatus tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. Mal-installazzjoni FR-206360 żdiedet subinstallazzjoni tal-fjuwil. Is-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess tneħħiet mill-installazzjoni FR-206360.

(9)

L-Italja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tas-7 ta’ April 2026. Mal-installazzjoni IT-352 żdiedet subinstallazzjoni tas-sħana. Għall-installazzjoni IT-941, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana. Mal-installazzjoni IT-941 żdiedet subinstallazzjoni tal-fjuwil.

(10)

Il-Polonja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittri bid-dati tal-15 ta’ Jannar 2026, tad-19 ta’ Jannar 2026 u tas-27 ta’ Marzu 2026. Għall-installazzjoni PL-240, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjonijiet tas-sħana. Għall-installazzjoni PL-456, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali. Is-subinstallazzjoni tas-sħana tneħħiet mill-installazzjoni PL-456. Għall-installazzjoni PL-202254, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Is-subinstallazzjoni tas-sħana mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, is-subinstallazzjoni tal-fjuwil mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u s-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tneħħew mill-installazzjoni PL-202254. Mal-installazzjoni PL-202254 żdiedu subinstallazzjoni tal-idroġenu, subinstallazzjoni tas-sħana ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

(11)

Is-Slovakkja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha, permezz ta’ ittra bid-data tal-31 ta’ Marzu 2026. Għall-installazzjoni SK-17, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tal-ġir. Għall-installazzjonijiet SK-118, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. Għall-installazzjoni SK-176, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil. Mal-installazzjoni SK-176 żdiedet subinstallazzjoni tas-sħana. Għall-installazzjoni SK-197, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil.

(12)

Il-Finlandja nnotifikat xi bidliet fit-tabella tal-allokazzjoni nazzjonali tagħha permezz ta’ ittra bid-data tal-31 ta’ Marzu 2026. Għall-installazzjoni FI-239, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali. Is-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess tneħħiet mill-installazzjoni FI-395. Għall-installazzjoni FI-396, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Mal-installazzjoni FI-396 żdiedet subinstallazzjoni tas-sħana mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għall-installazzjoni FI-397, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana u tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali. Is-subinstallazzjoni tal-kartun mhux miksi tneħħiet mill-installazzjoni FI-397. Mal-installazzjoni FI-397 żdiedet subinstallazzjoni tal-fjuwil. Għall-installazzjoni FI-399, ġie kkoreġut il-livelli ta’ attività storiku tas-subinstallazzjonijiet tas-sħana. Għall-installazzjoni FI-404, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tat-tessut. Is-subinstallazzjoni tal-ġir tneħħiet mill-installazzjoni FI-406. Is-subinstallazzjoni tas-sħana ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tneħħiet mill-installazzjoni FI-435. Għall-installazzjoni FI-435, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tas-sħana mhux ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għall-installazzjoni FI-471, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tal-karta fina mhux miksija u tas-subinstallazzjoni tal-karta fina miksija. Għall-installazzjoni FI-476, ġew ikkoreġuti l-livelli ta’ attività storiċi tas-subinstallazzjoni tas-sħana, tas-subinstallazzjoni tat-tisħin distrettwali, tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil u tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess. Għall-installazzjoni FI-476, ġew ikkoreġuti l-importazzjoni tas-sħana mhux tal-ETS u l-fattur ta’ skambjabbiltà tal-elettriku tas-subinstallazzjoni tal-gass ta’ sinteżi. Għall-installazzjoni FI-610, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess. Is-subinstallazzjoni tal-emissjonijiet minn proċess tneħħiet mill-installazzjoni FI-623. Għall-installazzjoni FI-623, ġie kkoreġut il-fattur ta’ skambjabbiltà tal-elettriku tas-subinstallazzjoni tal-krekkjar bil-fwar. Għall-installazzjoni FI-205649, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tal-ġipsum sekondarju mnixxef. Għall-installazzjoni FI-206161, ġie kkoreġut il-livell ta’ attività storiku tas-subinstallazzjoni tal-fjuwil.

(13)

It-tabelli tal-allokazzjoni nazzjonali nnotifikati huma f’konformità mal-Artikolu 10c tad-Direttiva 2003/87/KE, mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 u mad-Deċiżjoni (UE) 2021/355.

(14)

Għalhekk, jixraq li l-amministratur ċentrali jingħata struzzjonijiet biex idaħħal dawk il-korrezzjonijiet fir-Reġistru tal-Unjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-amministratur ċentrali tar-Reġistru tal-Unjoni qed jingħata l-istruzzjoni biex idaħħal il-korrezzjonijiet tat-tabelli tal-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Belġju, tal-Irlanda, ta’ Spanja, ta’ Franza, tal-Italja, tal-Polonja, tas-Slovakkja u tal-Finlandja bl-ammonti annwali finali għall-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025, kif stabbilit fl-Anness, fir-Reġistru tal-Unjoni.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kummissjoni

Wopke HOEKSTRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.

(2)   ĠU L 177, 2.7.2019, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1122/oj.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/355 tal-25 ta’ Frar 2021 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali bla ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’konformità mal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 26.2.2021, p. 221, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/355/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/447/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/331/oj).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/927 tal-31 ta’ Mejju 2021 li tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-aġġustament ta’ allokazzjonijiet bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 (ĠU L 203, 9.6.2021, p. 14, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/927/oj).


ANNESS I

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Belġju

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

BE000000000205758

205758

EuroChem Antwerpen NV

EuroChem Antwerpen NV

284 836

284 836

284 836

284 836

284 836

1 424 180

BE000000000000224

224

AB INBEV site Leuven

INBEV Belgium bvba

5 310

5 310

5 310

5 310

5 310

26 550


TOTAL

290 146

290 146

290 146

290 146

290 146

1 450 730


ANNESS II

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: L-Irlanda

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

IE000000000000002

2

Kingscourt Works

Saint-Gobain Construction Products (Ireland) Limited

8 048

8 048

8 048

8 048

8 048

40 240


TOTAL

8 048

8 048

8 048

8 048

8 048

40 240


ANNESS III

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Spanja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

ES000000000000519

519

URSA IBÉRICA AISLANTES, S.A.

URSA IBÉRICA AISLANTES, S.A.

15 227

15 227

15 227

15 227

15 227

76 135

ES000000000000758

758

GUARDIAN INDUSTRIES NAVARRA, S.L

GUARDIAN INDUSTRIES NAVARRA, S.L

91 894

91 894

91 894

91 894

91 894

459 470

ES000000000090021

90021

MASOL IBERIA BIOFUEL, S.L.U.

MASOL IBERIA BIOFUEL, S.L.U.

16 366

16 366

16 366

16 366

16 366

81 830

ES000000000090030

90030

Ciudad Agroalimentaria de Tudela S.L.

Ciudad Agroalimentaria de Tudela S.L.

6 872

6 696

6 520

6 343

6 166

32 597


TOTAL

130 359

130 183

130 007

129 830

129 653

650 032


ANNESS IV

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Franza

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

FR000000000000055

55

Tereos Starch & Sweeteners Europe Etablissement de Nesle (80190)

Tereos Starch & Sweeteners

112 869

112 869

112 869

112 869

112 869

564 345

FR000000000204907

204907

ELKEM SILICONES Site de ST Fons

ELKEM SILICONES SAS France

14 764

14 764

14 764

14 764

14 764

29 555

FR000000000204921

204921

ELKEM SILICONES Site de Roussillon

ELKEM Silicones France

61 836

61 836

61 836

61 836

61 836

2 738 985

FR000000000206303

206303

ArcelorMittal Construction France Site 1 Contrisson

ArcelorMittal Construction France Site 1 Contrisson

14 496

14 496

14 496

14 496

14 496

 

FR000000000206360

206360

POLYCHIM Industrie

POLYCHIM Industrie

3 546

3 546

3 546

3 546

3 546

17 730


TOTAL

207 511

207 511

207 511

207 511

207 511

3 350 615


ANNESS V

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: L-Italja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

IT000000000000352

352

Cartiera di Ferrara S.p.a.

Cartiera di Ferrara S.p.a.

0

13 795

13 795

13 795

13 795

55 180

IT000000000000941

941

Centrale produzione vapore stabilimento di San Pietro di Morubio

ITAL GREEN OIL SRL

7 122

7 122

7 122

7 122

7 122

35 610


TOTAL

7 122

20 917

20 917

20 917

20 917

90 790


ANNESS VI

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Polonja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

PL000000000000240

240

CIEPŁOWNIA KONSTANTYNOWSKA - PABIANICE

Zakład Energetyki Cieplnej Sp. z o.o.

7 756

7 756

7 756

7 756

7 756

38 780

PL000000000000456

456

Elektrociepłownia

ArcelorMittal Poland S.A.

1 593

1 552

1 511

1 470

1 429

7 555

PL000000000202254

202254

Wydział Blach Transformatorowych Stalprodukt S.A.

STALPRODUKT S.A.

31 914

31 914

31 914

31 914

31 914

159 570


TOTAL

41 263

41 222

41 181

41 140

41 099

205 905


ANNESS VII

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Is-Slovakkja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

SK000000000000017

17

Calmit, spol. s r. o., Závod Zirany

Calmit, spol. s r. o.

30 330

30 330

30 330

30 330

30 330

151 650

SK000000000000118

118

SLOVMAG, a.s. Lubeník

SLOVMAG, a.s. Lubeník

43 087

43 087

43 087

43 087

43 087

215 435

SK000000000000176

176

Výroba keramických výrobkov vypaľovaním - Pezinská tehelňa

Pezinské tehelne - Paneláreň, a.s.

4 754

4 754

4 754

4 754

4 754

23 770

SK000000000000197

197

Tehelňa Močarmany

Leier Baustoffe SK s.r.o.

7 906

7 906

7 906

7 906

7 906

39 530


TOTAL

86 077

86 077

86 077

86 077

86 077

430 385


ANNESS VIII

Tabella tal-allokazzjoni nazzjonali għall-perjodu 2021–2025 skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE

Stat Membru: Il-Finlandja

ID tal-Installazzjoni

ID tal-installazzjoni (reġistru tal-Unjoni)

Isem l-installazzjoni

Isem l-operatur

Kwantità li għandha tiġi allokata

Kwantità li għandha tiġi allokata skont l-installazzjoni

2021

2022

2023

2024

2025

FI000000000000623

623

Borealis Polymers Oy:n tuotantolaitokset

Borealis Polymers Oy

577 263

577 263

577 263

577 263

577 263

2 886 315

FI000000000000395

395

Heinolan Flutingtehdas

Stora Enso Oyj

53 556

53 556

53 556

53 556

53 556

267 780

FI000000000000476

476

Laanilan teollisuusalue

Laanilan Voima Oy

81 681

81 681

81 681

81 681

81 681

408 405

FI000000000000610

610

Tornion voimalaitos

Tornion Voima Oy

80 891

78 812

76 733

74 655

72 576

383 667

FI000000000000406

406

Pietarsaaren tehtaat

UPM-Kymmene Oyj

153 549

153 549

153 549

153 549

153 549

767 745

FI000000000000471

471

Jämsänkosken paperitehdas ja voimalaitos

UPM-Kymmene Oyj

153 448

153 448

153 448

153 448

153 448

767 240

FI000000000000404

404

Rauman tehtaat

UPM-Kymmene Oyj

213 642

213 642

213 642

213 642

213 642

1 068 210

FI000000000206161

206161

Yara Suomi Oy Siilinjärvi

Yara Suomi Oy

129 403

129 403

129 403

129 403

129 403

647 015

FI000000000000396

396

Stora Enso Oyj, Imatran tehtaat

Stora Enso Oyj

247 791

247 791

247 791

247 791

247 791

1 238 955

FI000000000000435

435

Stora Enso Publication Papers Oy Ltd, Anjalan tehtaat

Stora Enso Publication Papers Oy Ltd

144 180

144 180

144 180

144 180

144 180

720 900

FI000000000000397

397

MM Kotkamills Boards Oy

MM Kotkamills Boards Oy

166 661

166 661

166 661

166 661

166 661

833 305

FI000000000000239

239

Aittaluodon voimalaitos

Pori Energia Oy

26 034

25 365

24 695

24 026

23 358

123 478

FI000000000000399

399

Stora Enso Oyj Varkauden tehtaat

Stora Enso Oyj

83 794

83 794

83 794

83 794

83 794

418 970

FI000000000205649

205649

Saint-Gobain Rakennustuotteet Oy, Gyproc Kipsilevytehdas

Saint-Gobain Finland Oy

3 589

3 589

3 589

3 589

3 589

17 945


TOTAL

2 115 482

2 112 734

2 109 985

2 107 238

2 104 491

10 549 930


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4727/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)