|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2184 |
4.9.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2184
tat-3 ta’ Settembru 2024
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet Suidae kollha
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
Tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer kollha, fejn jintalab li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf bil-mikotossini”. |
|
(4) |
L-użu ta’ dan l-addittiv, kif indikat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2009 (2) li jistabbilixxi l-grupp funzjonali “sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf bil-mikotossini”, jenħtieġ li jtejjeb il-kwalità tal-għalf għan-nutrizzjoni tal-annimali li huwa legalment fis-suq, billi jipprovdi garanziji addizzjonali għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali. |
|
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tat-30 ta’ Jannar 2024 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 hija sikura sa 60 U/kg ta’ għalf komplet għall-ħnienes miftuma u mhux miftuma, għall-ħnieżer tas-simna u għall-ispeċijiet porċini minuri kollha li qed jikbru, u li l-użu tagħha fin-nutrizzjoni tal-annimali skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti huwa sikur għall-konsumaturi u għall-ambjent. Fl-assenza ta’ data adegwata, l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni la dwar is-sikurezza tal-addittiv fil-livell tal-użu massimu propost (360 U/kg) u lanqas dwar is-sikurezza għall-majjaliet u għall-ispeċijiet porċini riproduttivi minuri. Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 titqies bħala sensitizzatur respiratorju, għalkemm l-esponiment bl-inalazzjoni huwa improbabbli, la hija irritant tal-ġilda u lanqas tal-għajnejn, filwaqt li ma setgħet tasal għall-ebda konklużjoni dwar il-potenzjal tagħha ta’ sensitizzazzjoni tal-ġilda. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li s-sustanza hija effikaċi fit-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-fumoniżini fl-għalf meta tiżdied fil-livell tal-użu minimu ta’ 60 U/kg ta’ għalf għas-Suidae kollha. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Sussegwentement, l-applikant irtira l-applikazzjoni għall-majjaliet u għall-ispeċijiet porċini riproduttivi minuri. |
|
(7) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 jissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dik is-sustanza jiġi awtorizzat għall-ħnienes u għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet Suidae kollha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa għall-prevenzjoni ta’ effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u tal-grupp funzjonali “Sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf bil-mikotossini”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2009 tat-12 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-twaqqif ta’ grupp funzjonali ġdid ta’ additivi tal-għalf (ĠU L 118, 13.5.2009, p. 66, http://data.europa.eu/eli/reg/2009/386/oj).
(3) EFSA Journal 2024;22(3), e8614.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: sustanzi għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni tal-għalf bil-mikotossini: fumoniżini |
||||||||||||||
|
1m04 |
Esterażi tal-fumoniżina EC 3.1.1.87 |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta’ esterażi tal-fumoniżina prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 b’minimu ta’ 1 200 U (1) /g. Forma solida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Esterażi tal-fumoniżina (EC 3.1.1.87) prodotta bil-Komagataella phaffii NCAIM (P) Y001485 Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni tal-attività tal-esterażi tal-fumoniżina B1 fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf kompost: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja marbuta mad-detezzjoni bil-fluworexxenza (HPLC-FLD) abbażi tal-kwantifikazzjoni tal-fumoniżina B1 idrolizzata rrilaxxata mill-azzjoni tal-enzimi fuq il-fumoniżina B1 b’pH 6,0 u f’37 °C. |
Ħnienes tal-ispeċijiet Suidae kollha Ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet Suidae kollha |
— |
60 |
60 |
|
l-24 ta’ Settembru 2034 |
||||||
(1) Unità (U) waħda hija l-ammont ta’ enzimi li jirrilaxxaw μmol wieħed ta’ HFB1 fil-minuta minn 100 μM ta’ FB1 f’50 mM ta’ bafer tal-fosfat b’pH 6,0 f’37 °C.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2184/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)