European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5259

29.9.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12040 — SAMSUNG ELECTRONICS / FLÄKTGROUP)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5259)

1.   

Fid-19 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Samsung Electronics Europe Holding Coöperatief U.A. (in-Netherlands), ikkontrollata minn Samsung Electronics Co., Ltd. (“Samsung Electronics”, il-Korea t’Isfel),

—

FläktGroup Holding GmbH, ikkontrollata minn Fusilli AcquiCo S.à r.l. (u fl-aħħar mill-aħħar Triton Fund IV) (“FläktGroup”, il-Ġermanja).

Samsung Electronics se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ FläktGroup.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Samsung Electronics hija fornitur ta’ apparat elettroniku għall-konsumatur, teknoloġija tal-informazzjoni u sistemi ta’ komunikazzjoni mobbli, soluzzjonijiet ta’ apparat, pannelli OLED, inter alia, għal smartphones, kif ukoll prodotti awtomobilistiċi,

—

FläktGroup jiżviluppa, jimmanifattura u jikkummerċjalizza soluzzjonijiet tat-teknoloġija tal-ajru li jipprovdu kumdità tal-arja interna u sikurezza kontra n-nirien għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, prinċipalment għal użu mhux residenzjali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12040 — SAMSUNG ELECTRONICS / FLÄKTGROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5259/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)