European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/2855

8.5.2024

P9_TA(2023)0393

Ftehim ta’ Sħubija UE-Madagascar dwar is-Sajd Sostenibbli u l-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027)

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Novembru 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja, ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027) (09525/2023 – C9-0223/2023 – 2023/0117(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2024/2855)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (09525/2023),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar (09007/2023),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v)), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0223/2023),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0299/2023),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ Madagascar.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2855/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)