|
26.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 198/28 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 723/2008
tal-25 ta’ Lulju 2008
li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Afuega'l Pitu (DPO), Mazapán de Toledo (IĠP), Agneau de Lozère (IĠP), Oignon doux des Cévennes (DPO), Butelo de Vinhais jew Bucho de Vinhais jew Chouriço de Ossos de Vinhais (IĠP), Chouriça Doce de Vinhais (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talbiet imressqa minn Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Afuega'l Pitu” u “Mazapán de Toledo”, it-talbiet imressqa minn Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Agneau de Lozère” u “Oignon doux des Cévennes” u t-talbiet imressqa mill-Portugall għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Butelo de Vinhais” jew “Bucho de Vinhais” jew “Chouriço de Ossos de Vinhais” u “Chouriça Doce de Vinhais” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma kienet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma rreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 417/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).
(2) ĠU C 268, 10.11.2007, p. 28 (Afuega'l Pitu), ĠU C 267, 9.11.2007, p. 50 (Mazapán de Toledo), ĠU C 267, 9.11.2007, p. 46 (Agneau de Lozère), ĠU C 270, 13.11.2007, p. 15 (Oignon doux des Cévennes), ĠU C 268, 10.11.2007, p. 36 (Butelo de Vinhais ou Bucho de Vinhais ou Chouriço de Ossos de Vinhais), ĠU C 268, 10.11.2007, p. 33 (Chouriça Doce de Vinhais).
ANNESS
1. Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.1. Laħam (u interjuri) frisk/i
FRANZA
Agneau de Lozère (IĠP)
Klassi 1.2. Prodotti abbażi tal-laħam (imsajjar, immellaħ, iffumigat, eċċ.)
IL-PORTUGALL
Butelo de Vinhais jew Bucho de Vinhais jew Chouriço de Ossos de Vinhais (IĠP)
Chouriça Doce de Vinhais (IĠP)
Klassi 1.3. Ġobnijiet
SPANJA
Afuega'l Pitu (DPO)
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex
FRANZA
Oignon doux des Cévennes (DPO)
2. Oġġetti ta’ l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:
Klassi 2.4. Ħobż, prodotti ta' l-għaġina, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara
SPANJA
Mazapán de Toledo (IĠP)