30.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 256/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10300 — TIAA/AP1/AP2/GPIF/Courbevoie)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 256/08)

1.   

Fit-22 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Teachers Insurance and Annuity Association of America (“TIAA”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Första AP-fonden (“AP1”, l-Isvezja),

—

Andra AP-fonden (“AP2”, l-Isvezja),

—

Government Pension Investment Fund (“GPIF”, il-Ġappun),

—

Assi tal-proprjetà immobbli li jinsabu f’Courbevoie (“Courbevoie”, Franza), li bħalissa huma proprjetà ta’ Rivoli Avenir Patrimoine, SCPI (Franza) u Edissimmo, SCPI (Franza), li t-tnejn huma ġestiti minn Amundi Immobilier, SA (Franza).

TIAA, API, AP2 u GPIF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Courbevoie.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

TIAA: organizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji li primarjament tipprovdi prodotti ta’ investiment fl-oqsma akkademiċi, tar-riċerka, mediċi u kulturali fl-Istati Uniti tal-Amerka,

—

AP1 u AP2: aġenziji tal-gvern li jiġġestixxu l-kapital bafer fis-sistema tal-pensjonijiet tal-introjtu nazzjonali Svediża. Il-portafoll globali tal-AP1 jikkonsisti f’ekwitajiet u titoli bi dħul fiss flimkien ma’ proprjetà immobbli, infrastruttura, fondi ta’ ekwità privata u fondi spekulattivi. AP1 hija attiva fl-Isvezja, Franza, il-Ġermanja, u n-Netherlands kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerka u l-Asja. Il-portafoll globali ta’ AP2 jikkonsisti, fost l-oħrajn, f’ekwitajiet, titoli ta’ dħul fiss, investimenti alternattivi bħal proprjetà immobbli, derivattivi u muniti. AP2 hija attiva fl-Isvezja, fil-Polonja, fil-Lussemburgu kif ukoll fl-Istati Uniti tal-Amerka, fil-Brażil u fl-Asja. AP1 u AP2 huma kompletament indipendenti minn xulxin,—

—

GPIF: aġenzija amministrattiva inkorporata, stabbilita mill-Gvern tal-Ġappun biex tiġġestixxi u tinvesti l-fondi ta’ riżerva tal-pensjonijiet tal-pjanijiet tal-pensjonijiet tal-gvern. Il-portafoll tal-investiment globali tagħha jinkludi interessi fl-ekwitajiet u l-bonds domestiċi u internazzjonali Ġappuniżi, l-infrastruttura (inkluża l-enerġija rinnovabbli, l-ajruporti u l-assi tal-portijiet), l-assi tal-proprjetà immobbli u l-fondi ta’ ekwità privata,

—

Courbevoie: assi tal-proprjetà immobbli (dedikat għall-użu tal-uffiċċju), li jinsab f’1, place Jean Millier, 92400 Courbevoie (Hauts-de-Seine), Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10300 — TIAA/AP1/AP2/GPIF/Courbevoie

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.