<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-220/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CO0220</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:120">EU:C:2012:120</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>DIGRIET TAL-<DATE ISO="20120301">1.3.2012</DATE> — KAWŻA C-220/11</P><P>STAR COACHES</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva dwar il-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Skema speċjali ta’ tassazzjoni għall-aġenziji tal-ivvjaġġar</KEYWORD><KEYWORD>Provvista lill-aġenziji tal-ivvjaġġar ta’ servizz ta’ trasport bix-xarabank bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe servizz ieħor</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-220/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20110428">28 ta’ April 2011</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20110511">11 ta’ Mejju 2011</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Star Coaches s. r. o.</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn U. Lõhmus, President tal-Awla, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P><P>peress li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tipproponi li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,</P><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċizjoni preliminari hija dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="347" DATE.PUB="2006">ĠU L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Star Coaches s. r. o. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Star Coaches<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu [Direttorat tal-Finanzi għall-belt ta’ Praga (Ir-Repubblika Ċeka)] fir-rigward tal-avviż għall-irkupru tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) maħruġ kontra Star Coaches għax-xahar ta’ Jannar tal-2008.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT, li jinsab taħt it-Titolu XII ta’ din id-direttiva, Kapitolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Skema speċjali għall-aġenti tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="306.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom japplikaw skema speċjali tal-VAT, skond dan il-Kapitolu, għal transazzjonijiet imwettqa minn aġenti ta’ l-ivjaġġar li jkollhom x’jaqsmu ma’ konsumaturi f’isimhom u li jużaw provvisti ta’ merkanzija jew servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli oħrajn, fil-provvediment tal-faċilitajiet ta’ l-ivvjaġġar.</ALINEA><ALINEA>Din l-iskema speċjali m’għandhiex tapplika għall-aġenti ta’ l-ivvjaġġar li jaġixxu biss bħala intermedjarji u li għalihom japplika l-punt (ċ) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 79 għall-finijiet tal-kalkulazzjoni ta’ l-ammont tat-taxxa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="306.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, operaturi turistiċi għandhom jitqiesu bħala aġenti ta’ l-ivvjaġġar.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 307 tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Transazzjonijet li jsiru, skond il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 306, mill-aġent ta’ l-ivvjaġġar fir-rigward ta’ vjaġġ għandhom ikunu kkunsidrati bħala servizz uniku pprovdut mill-aġent ta’ l-ivvaġġjar lill-vjaġġatur.</ALINEA><ALINEA>Is-servizz uniku għandu jkun taxxabbli fl-Istat Membru li fih l-aġent ta’ l-ivvjaġġar ikun stabilixxa n-negozju tiegħu jew għandu l-istabbiliment fiss minn fejn l-aġent ta’ l-ivvjaġġar wettaq il-provvista ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 308 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-ammont taxxabbli u l-prezz mingħajr VAT, fit-tifsira tal-punt (8) ta’ l-Artikolu 226, fir-rigward tas-servizz uniku pprovdut mill-aġent ta’ l-ivvjaġġar għandu jkun il-marġni ta’ l-aġent ta’ l-ivvjaġġar, jiġifieri, id-differenza bejn l-ammont totali, mingħajr VAT, li għandu jitħallas mill-vjaġġatur u l-ispiża reali għall-aġent ta’ l-ivvjaġġar tal-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi pprovduti minn persuni taxxabbli oħrajn, fejn dawk it-transazzjonijiet huma għall-benefiċċju dirett tal-vjaġġatur.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 310 tad-Direttiva dwar il-VAT jiddikjara:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-VAT imposta lill-aġent ta’ l-ivvjaġġar minn persuni taxxabbli oħra għal transazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 307 u li huma ta’ benefiċċju dirett għall-vjaġġatur m’għandhomx ikunu jistgħu jitnaqqsu jew tingħata rifużjoni fi kwalunkwe Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ċek</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Liġi Nru 235/2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Liġi dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) tinkludi l-Artikolu 89, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Skema speċjali għas-servizzi tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li fil-verżjoni tiegħu li kienet fis-seħħ fl-2008, kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1)</NO.P><TXT>L-iskema speċjali għandha tiġi applikata mill-fornitur ta’ servizz tal-ivvjaġġar li jaġixxi fil-konfront tal-klijent f’ismu proprja meta jipprovdi lil dan tal-aħħar servizz ta’ vjaġġar.</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Għall-iskopijiet ta’ din il-liġi, japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>fornitur ta’ servizzi tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> ifisser persuna taxxabbli li tipprovdi lill-klijent b’servizz tal-ivvjaġġar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>klijent’ ifisser il-persuna li tiġi pprovduta bis-servizz tal-ivvjaġġar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>provvista tal-ivvjaġġar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser provvista lill-klijent ta’ servizz li jinkludi taħlita ta’ servizzi tat-turiżmu u, jekk ikun il-każ, ta’ oġġetti, jekk is-servizzi għat-turiżmu u l-oġġetti individwali jkunu mixtrija mingħand persuni taxxabbli oħra; il-provvista tal-ivvjaġġar hija kkunsidrata bħala provvista ta’ servizz uniku minkejja li, għat-twettiq tal-provvista tal-ivvjaġġar, jintużaw bosta servizzi għat-turiżmu u, jekk ikun il-każ, diversi oġġetti mixtrija mingħand persuni taxxabbli oħra; hija wkoll ikkwalifikata bħala provvista tal-ivvjaġġar il-provvista lill-klijent ta’ servizz li jinkludi x-xiri ta’ servizz ta’ turiżmu wieħed biss, li jikkonsisti f’akkomodazzjoni jew trasport.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Star Coaches teżerċita attività ta’ trasport ta’ persuni permezz tax-xarabanks fir-Repubblika Ċeka u bejn l-Istati Membri. Hija tiżgura dan it-trasport jew permezz tax-xarabanks tagħha stess jew billi tagħmel użu mis-sottokuntratturi, li huma kumpanniji tat-trasport li l-attivitajiet tagħhom huma suġġetti għall-VAT. Il-klijentela tagħha hija esklużivament magħmula minn aġenziji tal-ivvjaġġar stabbiliti fir-Repubblika Ċeka jew fi Stati Membri oħra. Fir-rigward tal-klijenti tagħha, Star Coaches taġixxi dejjem f’isimha stess. Meta din tal-aħħar tagħmel użu minn sottokuntrattur, hija tistabbilixxi għall-klijenti tagħha fattura fejn tissemma l-VAT u titlob ir-rimbors tat-taxxa żejda fuq il-bażi tal-iskema ġenerali tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Star Coaches naqqset ripetutament l-ammonti sostanzjali u żejda tal-VAT. F’dan ir-rigward, il-Finanční úřad pro Prahu 5 (uffiċċju għall-finanzi Nru 5 għall-belt ta’ Praga) qies li din il-kumpannija kienet tipprovdi servizzi tal-ivvjaġġar u li ma kellhiex tapplika l-iskema ġenerali tal-VAT, iżda l-iskema speċjali stabbilita għall-aġenziji tal-ivvjaġġar prevista fl-Artikolu 89 tal-Liġi dwar il-VAT. Fil-<DATE ISO="20080625">25 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dan l-uffiċċju ħareġ avviż għall-irkupru tal-VAT għax-xahar ta’ Jannar tas-sena 2008.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Star Coaches ippreżentat ilment kontra dan l-avviż għall-irkupru. Peress li dan l-ilment ġie miċħud permezz ta’ deċiżjoni tal-Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, hija ppreżentat rikors quddiem Městský soud v Praze li ċaħditu permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20100618">18 ta’ Ġunju 2010</DATE>. Għalhekk Star Coaches appellat quddiem il-qorti tal-kassazzjoni Nejvyšší správní soud.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji fir-rigward tal-applikazzjoni tal-iskema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar prevista fl-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Hija tinnota, fl-ewwel lok, differenza bejn il-verżjoni Ċeka ta’ din id-dispożizzjoni u l-Artikolu 89 tal-Liġi dwar il-VAT li ttrasponiet fid-dritt nazzjonali l-imsemmija dispożizzjoni. Filwaqt li din tal-aħħar tittratta s-servizzi pprovduti lill-passiġġieri, l-Artikolu 89 ikopri dawk ipprovduti lill-klijenti tal-aġenziji tal-ivvjaġġar, terminu li jkopri mhux biss lill-passiġġieri iżda wkoll lil persuni oħra. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza madankollu li jeżistu wkoll differenzi bejn il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT u dawk tal-Artikolu 26 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>is-Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), li kienet tapplika qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva dwar il-VAT, peress li ċerti verżjonijiet jużaw it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>klijent<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> filwaqt li oħrajn jużaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>passiġġier<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Hija tippreċiża li diversi Stati Membri, fosthom<?PAGE NO="4"?> ir-Repubblika Ċeka fil-fatt huma suġġetti għal kawża għal nuqqas tat-twettiq ta’ obbligu mressqa kontrihom mill-Kummissjoni Ewropea talli użaw it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>klijent<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u għalhekk kienu ħadu inkunsiderazzjoni, skont il-Kummissjoni Ewropea, ċirku kbir wisq ta’ persuni.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fit-tieni lok, jekk, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT ikun jirreferi għall-klijenti ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, impriża bħal ma’ hija dik ta’ Star Coaches għandhiex tikkwalifika bħala aġenzija tal-ivvjaġġar fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Hija ssostni li, fl-opinjoni tagħha, dan ma huwiex il-każ peress li din l-impriża sempliċement tipprovdi servizz ta’ trasport bl-esklużjoni tat-tipi l-oħra kollha ta’ servizzi għat-turisti. Minn dan jirriżulta li l-kawża preżenti għandha tkun meqjusa distinta minn dik li tat lok għas-sentenza tat-12 ta’ Novembre 1992, Van Ginkel (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-163/91" PAGE.ECR="I-5723" YEAR="1992">C-163/91, Ġabra p. I-5723</REF.DOC.ECR>), fejn, minbarra l-akkomodazzjoni, l-impriża inkwistjoni kienet tipprovdi wkoll għas-servizzi ta’ informazzjoni, ta’ konsulenza u ta’ riservazzjoni f’lukanda.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT hija neċessarja għas-soluzzjoni tal-kawża li tressqet quddiemha, in-Nejvyšší správní soud iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.CONSID><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 306 tad-[Direttiva dwar il-VAT] japplika biss fuq servizzi pprovduti minn aġenziji tal-ivvjaġġar lill-konsumaturi finali ta’ servizz tal-ivvjaġġar (lill-passiġġieri) jew ukoll fuq is-servizzi pprovduti lil persuni oħra (lill-klijenti)?</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Kumpannija tat-trasport li sempliċement tipprovdi trasport ta’ persuni billi tipprovdi trasport bix-xarabank lil aġenziji tal-ivvjaġġar (mhux direttament lill-passiġġieri) u li ma tipprovdix servizzi oħra (akkomodazzjoni, informazzjoni, konsulenza eċċ), tista’ titqies bħala aġenzija tal-ivvjaġġar għall-finijiet tal-Artikolu 306 tad-[Direttiva dwar il-VAT]?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></TXT></NP></CONSID></GR.CONSID></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz tal-ewwel domanda tagħha, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-iskema speċjali tal-VAT imsemmija fl-Artikoli 306 sa 310 tad-Direttiva dwar il-VAT u, permezz tat-tieni domanda tagħha, dwar il-kamp ta’ applikazzjoni personali ta’ din l-iskema.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa xieraq li fl-ewwel lok tingħata risposta lit-tieni domanda, billi jiġi vverifikat jekk l-imsemmija skema speċjali tapplikax għall-impriża bħal dik ta’ Star Coaches, qabel ma tiġi eżaminata, fit-tieni lok u jekk ikun il-każ, l-ewwel domanda dwar il-portata tal-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ din l-iskema.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ li r-risposta għad-domanda għal deċiżjoni preliminari tkun tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali, f’kull ħin tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, li jkun fih riferiment għall-ġurisprudenza kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan huwa l-każ fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, ir-risposta għat-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju tista’ kjarament tiġi dedotta mill-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva, dispożizzjoni li t-termini tagħha huma msemmija fl-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT. Il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 26 tista’ konsegwentement tiġi trasposta għal dan l-istess kunċett skont l-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Huwa xieraq li jiġi mfakkar, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li l-għan tal-iskema speċjali tal-VAT stabbilita fl-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva huwa li r-regoli applikabbli jiġu adattati għan-natura speċifika tal-attività tal-aġenziji tal-ivvjaġġar u tal-operaturi turistiċi. Is-servizzi li<?PAGE NO="5"?> jipprovdu dawn l-impriżi huma kkaratterizzati mill-fatt li spiss jikkonsistu f’numru ta’ servizzi, b’mod partikolari, fil-qasam tat-trasport u tal-akkomodazzjoni, li jkunu pprovduti kemm ġewwa kif ukoll barra t-territorju tal-Istat Membru fejn l-impriża jkollha n-negozju tagħha jew ikollha stabbiliment fiss. L-applikazzjoni tar-regoli ġenerali dwar il-post tat-tassazzjoni, l-ammont taxxabbli u t-tnaqqis tat-taxxa tal-input tinvolvi, minħabba l-multipliċità tas-servizzi u l-postijiet fejn jiġu pprovduti, diffikultajiet prattiċi għal dawn l-impriżi li jkunu ta’ natura tali li jostakolaw l-eżerċizzju tal-attività tagħhom (ara s-sentenzi Van Ginkel, iċċitata iktar ’il fuq, punti 13 sa 15; tat-<DATE ISO="19981022">22 ta’ Ottubru 1998</DATE>, Madgett u Baldwin, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-308/96+C-94/97" PAGE.ECR="I-6229" YEAR="1998">C-308/96 u C-94/97, Ġabra p. I-6229</REF.DOC.ECR>, punt 18, kif ukoll tad-<DATE ISO="20030619">19 ta’ Ġunju 2003</DATE>, First Choice Holidays, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-149/01" PAGE.ECR="I-6289" YEAR="2003">C-149/01, Ġabra p. I-6289</REF.DOC.ECR>, punti 23 u 24).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu, il-fatt li l-aġenziji tal-ivvjaġġar jiffukaw biss sabiex jipprovdu akkomodazzjoni għall-vaganzi lill-passiġġieri ma huwiex biżżejjed sabiex dan is-servizz jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva. Fil-fatt, is-servizz ipprovdut mill-aġenzija jista’, anki f’każ bħal dan, ma jkunx biss servizz uniku, peress li jkun jista’ jinkludi, minbarra l-kiri tal-akkomodazzjoni, servizzi bħal dawk ta’ informazzjoni u konsulenza li permezz tagħhom l-aġenzija tal-ivvjaġġar tipproponi għażla eventwali għall-vaganzi u għar-riżervazzjoni tal-akkomodazzjoni (sentenza Van Ginkel, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, indipendentement mill-kwalità formali tal-operatur ekonomiku, ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-iskema speċjali applikabbli għall-aġenziji tal-ivvjaġġar u għall-operaturi turistiċi, huma applikabbli wkoll fl-ipoteżi fejn l-operatur ekonomiku ma jkunx aġent tal-ivvjaġġar jew operatur turistiku, skont is-sens li ġeneralment jingħata lil dawn it-termini, iżda jeffettwa tranżazzjonijiet identiċi fil-kuntest ta’ attività oħra (ara s-sentenzi Madgett u Baldwin, iċċitata iktar ’il fuq, punti 20 u 21, kif ukoll tat-<DATE ISO="20051013">13 ta’ Ottubru 2005</DATE>, ISt, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-200/04" PAGE.ECR="I-8691" YEAR="2005">C-200/04, Ġabra p. I-8691</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk ma huwiex eskluż li s-servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri permezz ta’ xarabanks, li, meta ma jagħmlux użu mix-xarabanks tagħhom stess, iżda jużaw is-servizzi ta’ trasport ta’ sottokuntratturi suġġetti għall-VAT, ikunu suġġetti għal skema speċjali skont l-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT. Iċ-ċirkustanza li tali servizzi ma jinkludux servizzi ta’ akkomodazzjoni ma tistax tkun biżżejjed sabiex jiġi eskluż li jaqgħu<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, f’konformità mal-pożizzjoni adottata mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Van Ginkel, iċċitata iktar ’il fuq, huwa xorta meħtieġ li dawn is-servizzi ma jiġux ridotti għal servizz uniku u li jkunu jinkludu, minbarra t-trasport, servizzi oħra bħal dawk ta’ informazzjoni u konsulenza fir-rigward ta’ bosta għażliet għall-vaganzi u r-reżervazzjoni ta’ vjaġġi permezz tax-xarabank. Fil-fatt il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma setax jiġi dedott minn din is-sentenza Van Ginkel li s-servizzi kollha iżolati pprovduti minn aġenzija tal-ivvjaġġar jew minn operaturi turistiċi jaqgħu taħt l-iskema speċjali prevista fl-Artikolu 26 tas-Sitt Direttiva (sentenza tad-<DATE ISO="20101209">9 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Minerva Kulturreisen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-31/10" PAGE.ECR="I-12889" YEAR="2010">C-31/10, Ġabra I-12889</REF.DOC.ECR>, punt 19). Din il-kunsiderazzjoni tiġi applikata bl-istess mod għal operatur ekonomiku li la huwa aġenzija tal-ivvjaġġar u lanqas operatur turistiku skont is-sens ġenerali li normalment jingħata lil dawn it-termini.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward ta’ Star Coaches, il-qorti tar-rinviju tindika li hija tipprovdi unikament servizz ta’ trasport lill-aġenziji tal-ivvjaġġar bl-esklużjoni ta’ kull servizz ieħor. Din il-qorti żżid espressament li l-imsemmija kumpannija ma tipprovdi l-ebda servizz bħal dak tal-akkomodazzjoni, ta’ informazzjoni jew ta’ konsulenza.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li s-servizzi pprovduti minn Star Coaches ma huma bl-ebda mod identiċi għal dawk offruti minn aġenzija tal-ivvjaġġar jew minn operatur turistiku.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li kumpannija tat-trasport li l-uniku rwol tagħha huwa li tiżgura t-trasport ta’ persuni billi tipprovdi trasport permezz tax-xarabanks lill-aġenziji tal-ivvjaġġar u li ma tipprovdi l-ebda servizz ieħor, bħal dak tal-akkomodazzjoni, attività ta’ informazzjoni jew ta’ konsulenza, ma tkunx qegħdha tagħmel attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskema speċjali tal-aġenżiji tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 306 tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għat-tieni domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Kumpannija tat-trasport li l-uniku rwol tagħha huwa li tiżgura t-trasport ta’ persuni billi tipprovdi trasport permezz tax-xarabanks lill-aġenziji tal-ivvjaġġar u li ma tipprovdi l-ebda servizz ieħor, bħal dak tal-akkomodazzjoni, attività ta’ informazzjoni jew ta’ konsulenza, ma tkunx qegħdha tagħmel attivitajiet li jaqgħu taħt l-iskema speċjali tal-aġenżiji tal-ivvjaġġar skont l-Artikolu 306 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>