|
11.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 417/78 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2020/1863 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-14 ta’ Mejju 2020
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA) għas-sena finanzjarja 2018
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2018, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0061/2020), |
|
A. |
billi, skont id-dikjarazzjoni tad-dħul u l-infiq tagħha (1), il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) għas-sena finanzjarja 2018 kien jammonta għal EUR 28 793 243, li jirrappreżenta tnaqqis ta’ 6,31 % meta mqabbel mal-2017; billi l-parti l-kbira tal-baġit tal-Aġenzija tiġi mill-baġit tal-Unjoni (2); |
|
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2018 (ir-“rapport tal-Qorti”), sostniet li għandha fil-pussess tagħha aċċertamenti raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi huma legali u regolari; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
1. |
Jinnota b’sodisfazzjon li l-isforzi ta’ monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2018 irriżultaw f’rata ta’ implimentazzjoni tal-baġit ta’ 99,98 %, li meta mqabbla mal-2017 tirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta’ 0,02 %; jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 88,96 %, li tirrappreżenta żieda ta’ 1,66 % meta mqabbla mal-2017; |
|
2. |
Jinnota r-rwol tal-Aġenzija fl-iżgurar tas-sikurezza u l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja Ewropea u fit-titjib tal-kompetittività tat-trasport ferrovjarju ma’ mezzi oħra ta’ trasport, permezz tat-tnaqqis fl-ostakli amministrattivi u tekniċi, l-inkoraġġiment tad-dħul fis-suq u l-iżgurar tan-nondiskriminazzjoni, l-infiq tal-flejjes pubbliċi b’mod aktar effiċjenti fuq servizzi pubbliċi tat-trasport ferrovjarju u permezz ta’ governanza aħjar tal-infrastrutturi; jappoġġja l-viżjoni tal-Kummissjoni ta’ sistema ferrovjarja Ewropea minn ta’ quddiem fid-dinja f’dak li jikkonċerna l-prestazzjoni tas-sikurezza; |
|
3. |
Jilqa’ r-rwol tal-Aġenzija fis-segwitu mogħti lill-iżvilupp, l-ittestjar u l-implimentazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-proġetti speċifiċi tal-ERTMS; jinnota, barra minn hekk, li r-Raba’ Pakkett Ferrovjarju jinkludi pilastru tekniku li jsaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija billi jintroduċi kompiti ġodda biex jiżguraw implimentazzjoni uniformi tal-qafas tal-UE; jenfasizza li, hekk kif l-Aġenzija tingħata responsabbiltajiet akbar, ikollha bżonn tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex twettaq il-kompiti ġodda u addizzjonali tagħha b’mod effikaċi u effiċjenti; |
|
4. |
Ifakkar li l-ERTMS hija kruċjali għall-ksib ta’ Żona Ferrovjarja Unika Ewropea; jenfasizza, għaldaqstant, li koordinazzjoni ottimizzata tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-ERTMS li tiżgura ERTMS unika, trasparenti, stabbli, aċċessibbli f’termini ekonomiċi u interoperabbli fl-Ewropa kollha hija prijorità ewlenija; |
|
5. |
Jinnota li, wara l-mandat imkabbar tal-Aġenzija fir-Regolament il-ġdid tagħha, fl-2019 l-Aġenzija se tibda tiġbor tariffi u imposti għall-kompiti ta’ ċertifikazzjoni, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi ta’ daqs medju (SMEs); jinnota li, skont ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), it-tariffi u l-imposti jirrappreżentaw dħul assenjat għall-Aġenzija; jinnota li xi emendi tar-regoli ta’ implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tal-Aġenzija huma meħtieġa u jinnota, mir-risposta tal-Aġenzija, li din ressqet talba għal deroga lill-Kummissjoni għal dak il-għan; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-implimentazzjoni ta’ din is-sistema l-ġdida; |
|
6. |
Jistieden lill-Aġenzija tqis il-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs matul il-proċess ta’ ċertifikazzjoni, b’mod partikolari billi tnaqqas il-piżijiet amministrattivi u finanzjarji tagħhom; |
Prestazzjoni
|
7. |
Jinnota li l-Aġenzija tuża ġabra ta’ Indikaturi Ferrovjarji fl-attivitajiet operattivi kollha tagħha bħala Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs) biex tivvaluta l-valur miżjud li joffru l-attivitajiet tagħha u indikaturi oħra biex ittejjeb il-ġestjoni baġitarja tagħha; |
|
8. |
Iħeġġeġ lill-Aġenzija timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; |
|
9. |
Jirrikonoxxi li l-Aġenzija kellha livell sodisfaċenti ta’ twettiq tal-KPIs tagħha u tal-objettivi tagħha għar-riżultati, filwaqt li kkompletat bis-sħiħ l-attivitajiet inizjali wara d-dħul fis-seħħ tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju; jinnota li l-Aġenzija laħqet l-objettiv tagħha għall-ħruġ fil-ħin ta’ rapporti, pariri u opinjonijiet f’95 % tal-każijiet; jirrimarka li l-Aġenzija ma laħqitx l-objettiv li tikseb 90 % tar-riżultati kollha bl-użu tal-ippjanar finanzjarju u tar-riżorsi umani, u 79,75 % biss ġew kategorizzati bħala miksuba bis-sħiħ; |
|
10. |
Jilqa’ l-kooperazzjoni kontinwa tal-Aġenzija mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fil-kondiviżjoni tas-servizzi tal-kontabbiltà; iħeġġeġ ukoll lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltajiet ta’ kondiviżjoni tar-riżorsi għal kompiti li jikkoinċidu fost aġenziji oħra b’attivitajiet simili; iħeġġeġ lill-Aġenzija tipprova tikseb b’mod attiv aktar kooperazzjoni u kooperazzjoni usa’ mal-aġenziji kollha tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Aġenzija teżamina l-possibbiltà ta’ kondiviżjoni tal-persunal f’ċerti oqsma tekniċi, amministrattivi u mhux speċjalizzati, b’enfasi partikolari fuq l-iżvilupp tal-kollaborazzjoni mal-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà b’sede f’Pariġi; |
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Aġenzija taħdem favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi tagħha; |
|
12. |
Jinnota li l-objettiv stabbilit mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni li jinħoloq suq ferrovjarju uniku Ewropew ma ntlaħaqx; jistieden lill-Aġenzija tiffoka l-isforzi u l-pubblikazzjonijiet tagħha fuq dan il-qasam; |
|
13. |
Jinnota li l-għan tat-trasferiment tat-traffiku mit-toroq għall-ferroviji jista’ jintlaħaq biss jekk tiġi stabbilita żona ferrovjarja Ewropea kompetittiva; jistieden lill-Aġenzija tfassal ġabra ta’ miżuri maħsuba biex jiżguraw li fil-futur, it-trasport ferrovjarju jkun jista’ jiġi inkorporat fil-ktajjen loġistiċi moderni; |
|
14. |
Jirrimarka li l-ħames snin li ġejjin se jkunu kruċjali għall-futur tas-settur ferrovjarju u li l-Aġenzija trid tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa sabiex taffronta l-isfidi li ġejjin; |
|
15. |
Jinnota li ntlaħqu l-limiti massimi indikattivi ta’ 10 % użati mill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta l-eżekuzzjoni tal-baġit fil-livell tar-riporti għat-Titolu 1 (persunal) u ta’ 20 % għat-Titolu 2 (amministrazzjoni); jinnota b’dispjaċir li ma ntlaħaqx il-limitu massimu indikattiv għat-Titolu 3 (30 % għall-infiq operattiv); |
|
16. |
Jinnota li r-riżultati tal-eżerċizzju annwali ta’ valutazzjoni komparattiva fir-rigward tal-persunal huma simili għal dawk tal-2017 billi 18,4 % tal-persunal ingħataw xogħol amministrattiv (18,18 % fl-2017), 69,7 % ingħataw kompiti operattivi (70,16 %), u 11,90 % tal-persunal ingħataw kompiti ta’ kontroll u kompiti finanzjarji (11,67 %); |
|
17. |
Jilqa’ l-isforzi kontinwi tal-Aġenzija biex tipprepara għall-kompiti l-ġodda tagħha kif definiti fir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju u biex, f’Ġunju 2019, tassumi r-rwol tagħha ta’ awtorità tal-UE responsabbli għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ vetturi ferrovjarji, ta’ ċertifikati uniċi ta’ sikurezza għal impriżi ferrovjarji u ta’ approvazzjonijiet ta’ tagħmir fuq l-art fl-ambitu tal-ERTMS; jilqa’ b’mod partikolari l-fatt li t-testi ġuridiċi u d-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija kollha ġew adottati fil-ħin u li l-Aġenzija ppubblikat il-gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-vetturi; jilqa’ l-miżuri l-oħra meħuda mill-Aġenzija biex tipprepara għall-kompiti l-ġodda tagħha (interazzjoni attiva mal-partijiet ikkonċernati, każijiet ta’ tagħlim u testijiet mhux uffiċjali, monitoraġġ pilota tal-Awtoritajiet Nazzjonali għas-Sikurezza); jilqa’ l-iżvilupp ta’ one-stop shop;
jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija bdiet taħdem fuq l-armonizzazzjoni ta’ aktar minn 14 000 regola nazzjonali li jirregolaw it-trasport ferrovjarju;
|
|
18. |
Jinnota li l-Aġenzija tiżvolġi rwol essenzjali fit-tneħħija tal-ostakli burokratiċi fil-qasam tat-trasport ferrovjarju transfruntier; |
|
19. |
Jinnota li, kemm mil-lat tal-infrastruttura u kemm mil-lat tal-vetturi ferrovjarji, sar ftit wisq progress biex jiġi introdott it-tagħmir meħtieġ għall-ERTMS fl-Ewropa, u jistieden lill-Aġenzija tipproponi miżuri biex tħaffef dak il-proċess; |
|
20. |
Jiddispjaċih li fl-2018 ġew irreġistrati 37 każ ta’ nuqqas ta’ konformità, inklużi 18-il każ b’impatt finanzjarju (erbgħa minnhom kienu jinvolvu ammonti ogħla minn EUR 15 000); jitlob lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-ġestjoni tagħha kif ukoll il-proċeduri ta’ akkwist; |
|
21. |
Jinnota li l-Aġenzija pproponiet li teżamina mill-ġdid il-Qafas għal Imġiba Amministrattiva Tajba; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta dwar l-iżvilupp ta’ dan il-qafas fir-rapport annwali li jmiss tagħha; jilqa’ l-fatt li l-Aġenzija kompliet it-taħriġ dwar l-etika u dwar il-ġlieda kontra l-frodi; jilqa’ l-fatt li ebda każ ta’ frodi suspetti ma ġie trażmess lill-OLAF; jinnota li l-każ irrapportat fl-2017 għadu qed jiġi investigat; |
|
22. |
Jilqa’ l-eżitu pożittiv tal-awditu ta’ konferma ISO 9001; |
Politika dwar il-persunal
|
23. |
Jinnota li, fil-31 ta’ Diċembru 2018, it-tabella tal-persunal kienet eżegwita bil-perċentwal ta’ 89,19 %, u ġew irreklutati 132 aġent temporanju mill-148 aġent temporanju awtorizzat skont il-baġit tal-Unjoni (meta mqabbla mal-139 post awtorizzat fl-2017); jinnota li, barra minn hekk, 31 aġent kuntrattwali u 2 esperti nazzjonali sekondati ħadmu għall-Aġenzija fl-2018; |
|
24. |
Jinnota bi tħassib il-bilanċ inugwali bejn il-ġeneri rrappurtat għall-2018 għall-maniġers superjuri (5 irġiel u mara waħda) u għall-Bord ta’ Tmexxija (40 raġel u 15-il mara); |
|
25. |
Jinnota li l-Aġenzija adottat politika dwar il-protezzjoni tad-dinjità ta’ persuni u l-prevenzjoni tal-fastidju, li l-counsellors kunfidenzjali jiġu promossi u li l-persunal jitħeġġeġ jindirizza l-kwistjonijiet tagħhom lilhom; jinnota li ġie rrappurtat każ wieħed ta’ allegat fastidju, iżda ħadd ma ġie investigat u ħadd ma tressaq il-qorti; |
Akkwist
|
26. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija ma qabblitx sistematikament il-prezzijiet u ż-żidiet ddebitati mal-istimi u l-fatturi li nħarġu mill-fornitur lill-kuntrattur qafas għall-akkwist tal-liċenzji tas-software; jirrikonoxxi li l-Aġenzija applikat il-kuntratt qafas tal-Kummissjoni u tistenna l-kuntratt qafas il-ġdid li fih huwa previst ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni; jistieden lill-Aġenzija tadatta l-kontrolli ex ante fuq il-pagamenti li jsiru fl-ambitu tal-kuntratti qafas u tiżgura li jkun hemm proċedura kompetittiva għall-akkwisti kollha; |
|
27. |
Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, l-Aġenzija, permezz ta’ emenda għal kuntratt dirett għall-organizzazzjoni ta’ konferenza, iddeċidiet li tikkuntratta u tħallas is-servizzi relatati kollha b’mod separat, u dan wassal għal qsim artifiċjali tal-kuntratt, biex b’hekk il-kuntratt u l-pagamenti relatati kollha saru irregolari; jieħu nota tat-tweġiba tal-Aġenzija li biħsiebha tħejji termini ta’ referenza għall-iffirmar ta’ kuntratt qafas għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza
|
28. |
Jinnota li l-Aġenzija ppubblikat fis-sit web tagħha d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta’ interess tal-Bord ta’ Tmexxija u tal-membri tal-persunal u s-CVs tal-membri tal-Bord ta’ Tmexxija tagħha u ta’ parti mill-persunal maniġerjali tagħha; jilqa’ l-fatt li, minn Ġunju 2019, il-maniġment superjuri kollu u l-membri tal-persunal kollha tal-Aġenzija jridu jiffirmaw dikjarazzjoni annwali tal-kunflitti ta’ interess; |
|
29. |
Jinnota li, skont l-Aġenzija, il-Qafas għal Imġiba Amministrattiva Tajba fis-seħħ jinkludi miżuri stretti dwar il-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess li jirrigwardaw individwi involuti fil-kompiti l-ġodda previsti fir-Raba’ Pakkett Ferrovjarju; jinnota wkoll li nstabu diffikultajiet prattiċi fir-rigward tal-qafas u għalhekk huwa soġġett għal proposta riveduta; jinnota li l-każ ta’ frodi suspetti rrappurtat fl-2017 għadu qed jiġi investigat mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi; jinnota li, minn dak iż-żmien, ma ġie rrappurtat ebda każ ieħor ta’ frodi suspetti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni; |
|
30. |
Jinnota li l-Aġenzija adottat linji gwida dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, li ġew ippubblikati fil-21 ta’ Novembru 2018; |
Kontrolli interni
|
31. |
Jinnota l-fatt li, wara r-riorganizzazzjoni tal-Aġenzija, l-uffiċjal tal-kontabbiltà huwa marbut direttament fil-livell amministrattiv mad-direttur eżekuttiv fil-livell amministrattiv u m’għadux inkarigat mit-tim tal-Finanzi u l-Akkwist; |
|
32. |
Jinnota li fl-2018, inħareġ rapport tal-awditjar dwar “Il-Ġestjoni tal-Programmi, tal-Proġetti u tas-Servizzi fl-Aġenzija” mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni u li l-Aġenzija ħejjiet pjan ta’ azzjoni biex tindirizza kwalunkwe qasam potenzjali għal titjib; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar il-miżuri li ttieħdu f’dan ir-rigward; |
Kummenti oħra
|
33. |
Jinnota li, sa tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni (is-16 ta’ Ġunju 2019), l-Aġenzija se tinbidel minn korp b’sempliċi rwol fit-tħejjija u d-disseminazzjoni tal-politiki, għal awtorità li taħdem direttament għas-settur fir-rigward ta’ awtorizzazzjonijiet għal ċertifikati ta’ sikurezza u vetturi ferrovjarji; jinnota, f’dan ir-rigward, li r-riorganizzazzjoni tal-Aġenzija ppermettiet il-bidliet meħtieġa biex tiġi żgurata l-ġestjoni tal-applikazzjonijiet il-ġodda, bl-għajnuna tal-esperti, u l-iżvilupp kemm ta’ programm ta’ taħriġ kif ukoll ta’ sistema ta’ monitoraġġ; |
|
34. |
Jinnota li, fil-15 ta’ April 2019, l-Aġenzija ffirmat il-ftehim dwar is-sede mal-awtoritajiet Franċiżi; jirrikonoxxi li d-deċiżjoni dwar is-sede doppja hija deċiżjoni tal-Kunsill li l-Aġenzija jeħtiġilha tapplika; |
|
35. |
Jistieden lill-Aġenzija tiffoka fuq it-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħha lill-pubbliku, u tikkomunika mal-pubbliku permezz tal-midja soċjali u mezzi oħra tal-midja; |
|
36. |
Jirreferi, rigward kummenti oħrajn ta’ natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Mejju 2020 (4) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 79.
(2) ĠU C 108, 22.3.2018, p. 77, sussidju mill-Kummissjoni (EUR 28 135 398), kontribuzzjoni ta’ pajjiżi terzi (EUR 657 845, innota li dan l-ammont huwa iżgħar mis-sena ta’ qabel).
(3) Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).
(4) Testi adottati, P9_TA(2020)0121.