European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4272

6.8.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(M.12498 — ACS AIID / TELEFÓNICA / BANCO SANTANDER / SETT / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/4272)

1.   

Fl-24 ta’ Lulju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AI Infrastructure Development, S.L. (“ACS AIID”, Spanja), ikkontrollata minn ACS, Actividades de Construcción y Servicios, S.A. (flimkien mas-sussidjarji tagħha, “Grupo ACS”, Spanja),

—

Telefónica Infra, S.L.U. (“Telefonica”, Spanja), ikkontrollata minn Telefónica, S.A. (flimkien mas-sussidjarji tagħha, “Grupo Telefónica”, Spanja),

—

Entidad Pública Empresarial Sociedad Española para la Transformación Tecnológica, E.P.E. (“SETT”, Spanja),

—

Banco Santander, S.A. (“Banco Santander”, Spanja),

—

Sociedad Gigafactoría Española de Inteligencia Artificial, S.L. (“JV”, Spanja).

ACS AIID, Telefónica, SETT u Banco Santander se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Grupo ACS hija operatur globali tal-infrastruttura. Hija attiva fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-konċessjonijiet, u tas-servizzi ambjentali u industrijali. Grupo ACS tikkontrolla ACS AIID, kumpanija maħluqa ġdida għall-promozzjoni, id-disinn, il-kostruzzjoni (u/jew il-lokazzjoni), il-kummerċjalizzazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta’ ċentru tad-data wieħed jew aktar u l-infrastruttura kollha tal-IT miżmuma f’ċentri tad-data bħal dawn, u kwalunkwe attività oħra relatata maċ-ċentri tad-data.

—

Grupo Telefónica hija operatur globali tat-telekomunikazzjoni u fornitur ta’ networks tat-telefonija mobbli, u għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’Madrid. L-attivitajiet tagħha jiffukaw fuq il-forniment ta’ servizzi ta’ konnettività u soluzzjonijiet diġitali kemm lil individwi privati kif ukoll lil kumpaniji u amministrazzjonijiet pubbliċi.

—

SETT hija korporazzjoni tal-Istat li tiffinanzja u tinvesti (normalment bħala koinvestitur) f’teknoloġiji avvanzati u trasformattivi marbuta mat-trasformazzjoni diġitali, it-telekomunikazzjoni u t-teknoloġiji diġitali rivoluzzjonarji l-ġodda.

—

Banco Santander huwa grupp finanzjarju globali li jopera bħala bank u fornitur ta’ servizzi finanzjarji, attiv fis-setturi tal-operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, is-servizzi bankarji korporattivi u l-investiment, il-ġestjoni tal-assi u l-assigurazzjoni.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ JV huma li ġejjin: il-bini u t-tħaddim ta’ ċentri tad-data.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12498 — ACS AIID / TELEFÓNICA / BANCO SANTANDER / SETT / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4272/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)