31997R1056



Official Journal L 154 , 12/06/1997 P. 0021 - 0021


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/97

tal-11 ta' Ġunju 1997

li jadatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar it-tagħmir ta' reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 ta' l-20 ta' Diċembru 1985 dwar tagħmir ta' reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2479/95 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 17 ta' dan,

Billi huwa meħtieġ li tkun eliminata kull possibbiltà ta' frodi fl-użu ta' tagħmir ta' reġistrazzjoni elettroniku fit-trasport tat-toroq;

Billi r-Regolament (KE) Nru 2479/95 jagħmilha obbligatorja li jkunu protetti l-cables li jgħaqqdu t-tagħmir ta' reġistrazzjoni lit-transmitter sakemm protezzjoni ekwivalenti kontra manipulazzjoni tkun garantita b'mezzi oħrajn (per eżempju b'monitorjar elettroniku bħal ma hu sinjal ta' encryption); billi kument, li jikkonsisti minn konnezzjonijiet issiġillati huwa meqjus li jkun kontinwu;

Billi t-tagħmir ta' reġistrazzjoni installat fil-vetturi kollha l-ġodda li jiddaħħlu għas-servizz għall-ewwel darba wara l-1 ta' Jannar 1996 għandu jkunu konformi mar-Regolament preżenti;

Billi l-manifatturieri ta' l-industrija u l-vetturi bil-mutur esperjenzaw problemi serji bl-installazzjoni ta' cables miksijin fil-kategorija tal-vetturi M 1 u N 1, fejn l-impulsi tal-ħeffa/distanza jkunu ġġenerati minn sensors integrati jew sensors ta' l-ABS;

Billi dawn is-sensors mhumiex iddisinjati għall-installazzjoni ta' cable miksi; billi huwa meħtieġ li jkun permess illi l-cable miksi m'għandux ikunu obbligatorju għall-konnessjoni bejn is-sensor u l-adapter imma biss mill-adapter lit-tagħmir ta' reġistrazzjoni; billi huwa konsegwentement meħtieġ li jkun emendat ir-Regolament għalhekk;

Billi l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni mogħtija mill-Kumitat għall-adattament tar-Regolament (KE) Nru 3821/85 tal-progress tekniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Il-paragrafi segwenti għandhom jiżdiedu mal-punt 5 tal-Kapitolu V, ta' l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85.

"Għall-iskop ta' l-applikazzjoni tal-punt preżenti, vetturi M 1 u N 1 huma dawk imfissrin fil-Parti A ta' l-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [3]. Għal dawk il-vetturi li huma mgħammrin bit-takografi skond ir-Regolament u mhumiex iddisinjati biex jinstallaw cable miksi bejn is-sensors tad-distanza u l-ħeffa u t-tagħmir ta' reġistrazzjoni, imbagħad adapter għandu jitpoġġa kemm jista' jkun viċin possibbli tas-sensors tad-distanza u l-ħeffa.

Il-cable miksi għandu jitpoġġa mill-adapter għat-tagħmir ta' reġistrazzjoni."

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika sa mill-1 ta' Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-11 ta' Ġunju 1997.

Għall-Kummissjoni

Neil Kinnock

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 370, tal-31. 12. 1985, p. 8.

[2] ĠU L 256, tas-26. 10. 1995, p. 8.

[3] ĠU L 42, tat-23. 2. 1970, p. 1.

--------------------------------------------------