|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2724 |
8.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11896 — CARNIVAL / RCCL / MSC / GBSY JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2724)
1.
Fit-28 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Carnival Corporation (“Carnival”, il-Panama), parti minn Carnival Corporation & plc (l-Ingilterra u Wales), |
|
— |
Royal Caribbean Cruises Ltd. (“RCCL”, il-Liberja), |
|
— |
MSC Cruises SA (“MSC Cruises”, l-Iżvizzera), ikkontrollata minn MSC Mediterranean Shipping Company Holding SA (l-Iżvizzera), |
|
— |
Grand Bahamas Shipyard Ltd. (“GBSY”, il-Bahamas), ikkontrollata b’mod konġunt minn Carnival u RCCL. |
Carnival, RCCL u MSC Cruises se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ GBSY.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Carnival huwa parti mill-akbar kumpanija globali tal-kruċieri u fost l-akbar kumpaniji tal-ivvjaġġar għad-divertiment, |
|
— |
RCCL hija kumpanija azzjonarja globali tal-kruċieri li topera kruċieri oċeaniċi taħt tliet ditti bi sjieda sħiħa, Royal Caribbean International, Celebrity Cruises, u Silversea Cruises. Hija għandha wkoll sehem ta’ 50 % ta’ impriża konġunta li topera d-ditti Ġermaniżi TUI Cruises u Hapag-Lloyd Cruises, |
|
— |
MSC Cruises hija parti minn negozju globali involut fit-trasport u l-loġistika, |
|
— |
GBSY hija impriża konġunta eżistenti b’funzjoni sħiħa li topera faċilità għat-tiswija tal-bastimenti fil-port ta’ Freeport, il-Bahamas. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11896 — CARNIVAL / RCCL / MSC / GBSY JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2724/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)