27.5.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9677— DIC/BASF Colors & Effects)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 177/04)

1.   

Fil-15 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

The DIC Corporation (“DIC”, il-Ġappun),

—

BASF Colors & Effects (“BCE”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn BASF SE,

DIC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ BCE kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

DIC: il-produzzjoni u l-bejgħ tal-linka għall-istampar, pigmenti organiċi u reżini sintetiċi. Fir-rigward tal-pigmenti u koloranti oħra, DIC hija prinċipalment attiva permezz tas-sussidjarja proprjetà kollha kemm hi tagħha, Sun Chemical Corporation.

—

BCE: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ pigmenti u koloranti oħra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9677 — DIC/BASF Colors & Effects

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).