Official Journal L 231 , 13/09/2000 P. 0005 - 0005
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1929/2000 tat-12 ta Settembru 2000 li jemenda Regolament (KE) Nru 2603/1999 li jniżżel regoli dwar it-transizzjoni tas-support ta’ żvilupp rurali provdut mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 kif jirrigwarda t-trasformazzjoni ta’ rabtiet agro-ambjentali taħt Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta Mejju 1999 dwar is-support għal żvilupp rurali mill-Fond ta’ Gwida u Garanzija Agrikulturali Ewropea (FAEGG) u li jemenda u jabolixxi ċerti regolamenti [1], u partikolarment l-Artikolu 53(1) tar-Regolament, Billi: (1) Regolamenti kurrenti ma jippermettux it-trasformazzjoni ta’ rabtiet agro-ambjentali taħt Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 [2], kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2772/95 [3], f’rabta ġdida taħt ir-Regolament il-ġdid (KE) Nru 1257/1999. L-Artikolu 13 ta’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/96 [4], kif emendat b’Regolament (KE) Nru 435/97 [5], li jqiegħed regolamenti dettaljati għall-applikazzjoni ta’ Regolament (KEE) Nru 2078/92 jiddikjara li rabta tista’ tiġi trasformata f’rabta oħra biss fi żmien perjodu ta’ ħames snin. (2) Biex jiggarantixxi implimentazzjoni aħjar tal-perjodu ta’ programmar ġdid fir-rigward ta’ miżuri agro-ambjentali, Pajjiżi Membri m’għandhomx jitħallew jawtorizzaw it-trasformazzjoni ta’ rabta agro-ambjentali kuntrattata fuq bażi ta’ regolamenti qodma f’rabta ġdida ta’ ħames snin jew aktar taħt Regolament (KE) Nru 1257/1999 sakemm ir-rabta l-ġdida ma tkunx definittivament ta’ ġid għall-ambjent. (3) Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Strutturi Agrikulturali u Żvilupp Rurali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-aħħar ta’ l-Artikolu 3, il-paragrafu li ġej jiġi miżjud ma’ Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2603/1999 [6]: "4. Qabel l-aħħar tal-perjodu għat-twettiq ta’ rabta taħt Regolament (KEE) Nru 2078/92, Pajjiżi Membri li daħlu għal din ir-rabta jistgħu jawtorizzaw it-trasformazzjoni ta’ din ir-rabta f’rabta ġdida għal ħames snin jew aktar taħt Regolament (KE) Nru 1257/1999 provdut li: (a) dan it-trasferiment huwa bla dubju ta’ benefiċċju għall-ambjent, u (b) ir-rabta eżistenti hi sinifikattivament rafforzata." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Japplika mill-1 ta Jannar 2000. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 12 ta Settembru 2000. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 80. [2] ĠU L 215, tat-30.7.1992, p. 91. [3] ĠU L 288, ta’ l-1.12.1995, p. 35. [4] ĠU L 102, tal-25.4.1996, p. 19. [5] ĠU L 67, tas-7.3.1997, p. 2. [6] ĠU L 316, ta’ l-10.12.1999, p. 26. --------------------------------------------------