European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5041

15.9.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12083 – SANMINA / ZT)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5041)

1.   

Fit-8 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sanmina Corporation (“ Sanmina ”, l-Istati Uniti),

—

ZT Group Int.’ l (“ ZT ”, l-Istati Uniti), ikkontrollat minn Advanced Micro Devices (“ AMD ”, l-Istati Uniti). Wara ristrutturar reċenti, in-negozju tal-iddisinjar tas-servers u s-servizzi relatati ta’ ZT ġew trasferiti lil AMD, filwaqt li ZT żammet in-negozju tagħha tal-manifattura tas-servers.

Sanmina se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ ZT.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Sanmina hija fornitur globali ta’ soluzzjonijiet integrati ta’ manifattura, komponenti, prodotti u tiswija, loġistika u servizzi ta’ wara l-bejgħ fl-industrija tal-elettronika, primarjament għal networks industrijali, mediċi, tad-difiża u ajruspazjali, awtomobilistiċi, ta’ komunikazzjoni u ta’ infrastruttura tal-cloud,

—

ZT hija fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ servers mibnija apposta għaċ-ċentri tad-data, b’mod partikolari l-fornituri tas-servizzi tal-cloud.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12083 — SANMINA / ZT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5041/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)