|
15.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 187/67 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
ta' l-24 ta' April 2007
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima VII – Kumitat tar-Reġjuni
(2008/504/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (C6 0470/2006) (2),
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005, u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikularment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6 0106/2007),
|
1. |
Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kumitat tar-Reġjuni għas-sena finanzjara 2005; |
|
2. |
Jagħti l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti ta' l-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u li jippubblikahom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Harald RØMER
(2) ĠU C 264, 31.10.2006, p. 1.
(3) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 10.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
ta' l-24 ta' April 2007
b'osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali minnha dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima VII – Kumitat tar-Reġjuni
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (C6 0470/2006) (2),
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005, u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Istituzzjonijiet li jkunu qed jiġu verifikati (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni għall-affidabilità tal-kontijiet u għal-legalità u għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet bażiċi, ipprovduti mill-Qorti ta' l-Awdituri bi qbil ma' l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsidra l-Artikoli 272(10), 274, 275 u 276 tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u partikularment l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6 0106/2007),
|
1. |
Jinnota li fl-2005 il-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) kellu approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli li jammontaw għal total ta' EUR 69 570 456,32 b'rata ta' utilizzazzjoni ta' 96,650000 %; |
|
2. |
Jinnota li wara l-introduzzjoni tal-kontabilità tad-dovut (accrual accounting) b'effett mill-1 ta' Jannar 2005, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kumitat tar-Reġjuni juru bilanċ ekonomiku pożittiv għas-sena (EUR 4 050 062,65) u totali identiċi ta' assi u obbligazzjonijiet (EUR 118 221 197,95); |
|
3. |
Jinnota r-rimarka mill-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri fil-paragrafu 10.18 tar-Rapport Annwali tiegħu ta' l-2005 li wara l-verifika DAS tal-Qorti ta' l-Awdituri ta' 2004 u żewġ verifiki interni, l-amministrazzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni talbet lil ċerti benefiċjarji ta' trasferimenti sostanzjali ta' salarji biex iressqu evidenza supplimentari, u bosta trasferimenti li ma kinix saru b'mod regolari qabel Mejju 2004 u/jew trasferimenti li l-benefiċjarji tagħhom ma ressqux evidenza suffiċjenti twaqqfu; fl-2005, skond ir-Rapport tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, l-amministrazzjoni ma rkuprat l-ebda somom li tħallsu iżżejjed, minkejja li skond l-Artikolu 85 tar-Regolamenti ta' l-Istaff, “kwalunkwe somma li tkun tħallset iżżejjed għandha tiġi rkuprata jekk min ikun irċieviha kien jaf li ma kien hemm l-ebda raġuni xierqa għall-ħlas jew jekk il-fatt tal-ħlas żejjed kien b'mod evidenti ta' natura li ma setax ikun mhux infurmat dwarha”; jinnota li r-risposta tal-Kumitat tar-Reġjuni, li hija inkluża fir-Rapport tal-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri, tgħid li l-verifika interna fuq it-trasferimenti tas-salarji li ntalbet mis-Segretarju Ġenerali tlestiet fi Frar 2006, u li l-amministrazzjoni issa qiegħda tipproċedi bl-irkupru tas-somom imħallsa iżżejjed li jikkonċernaw numru limitat ta' uffiċjali; |
|
4. |
Jinnota li fir-rapport ta' l-Awditur Intern tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-awtorità ta' kwittanza tat-18 ta' Mejju 2006 dwar verifiki magħmulin fl-2005 (skond l-Artikolu 86(4) tar-Regolament Finanzjarju), l-Awditur Intern tal-Kumitat tar-Reġjuni għamlet il-punti li ġejjin:
|
|
5. |
Jinnota li n-nuqqasijiet li nstabu fir-rigward tat-trasferimenti sostanzjali ta' salarji ma wasslux biex l-uffiċjal li awtorizza permezz ta' delega jħoss il-ħtieġa li jżid xi riżerva jew osservazzjoni mad-dikjarazzjoni ta' l-assikurazzjoni tiegħu mehmuża mar-rapport ta' attività tal-Kumitat tar-Reġjuni (CoR); |
|
6. |
Jinnota li hekk kif sar jaf b'din il-problema, is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni talab minnufih lill-Awditur Intern ta' dak iż-żmien biex ikompli x-xogħol tiegħu fuq it-trasferimenti sostanzjali ta' salarji; |
|
7. |
Jinnota li hekk kif is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni ġie informat dwar din il-kwistjoni, huwa adotta interpretazzjoni restrittiva tar-regoli relevanti tar-Regolamenti ta' l-Istaff li ġew emendati dan l-aħħar, u ordna biex isir l-irkupru ta' l-ammonti kollha li kienu meqjusin bħala mħallsa indebitament; jinnota li wħud mill-uffiċjali li ġew obbligati jħallsu qegħdin jikkontestaw il-mod kif is-Segretarju Ġenerali qed jinterpreta r-regoli rilevanti u rreferew il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja; |
|
8. |
Jappoġġja l-intenzjoni tas-Segretarju Ġenerali li jaħtar inkjesta amministrattiva u jistenna li jibda proċeduri dixxiplinarji bbażat fuq ir-rapport ta' l-OLAF rigward l-istaff inkwistjoni; jitlob li ssir prosekuzzjoni stretta fil-każi kollha li fihom tiġi provata imġiba qarrieqa; |
|
9. |
Jinnota bi tħassib li ma kienx possibbli li l-postijiet vakanti jimtlew kollha mil-listi ta' riżerva magħmulin wara l-kompetizzjonijiet ta' l-EPSO; jistaqsi lill-Kumitat tar-Reġjuni biex janaliżża r-raġunijiet għan-nuqqas ta' kandidati kwalifikati u biex jinforma lill-kumitat kompetenti; |
|
10. |
Jinnota, fil-kuntest ta' paragrafu 8 tar-riżoluzzjoni ta' kwittanza tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar ir-rinnovament tal-bini Belliard I u II (6), li matul l-2006, żewġ kumpaniji ta' konsulenti esterni taw ċertifikat ta' konformità pożittiv li attesta li x-xogħol fuq il-bini sar skond l-ispeċifikazzjonijiet; jirrimarka li l-Qorti Ewropea ta' l-Awdituri se tippubblika dalwaqt rapport speċjali dwar in-nefqa ġenerali ta' l-istituzzjonijiet ta' l-UE fuq il-bini tagħhom; |
|
11. |
Jinnota li l-koperazzjoni amministrattiva bejn il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (EESC) għandha tkun ta' benefiċċju liż-żewġ kumitati u ta' vantaġġ finanzjarju dawk li jħallsu t-taxxi fl-UE; jinsisti li kwalunkwe struttura ġdida li tiġi applikata għall-koperazzjoni amministrattiva bejn iż-żewġ kumitati għandha tipproduċi benefiċċji finanzjarji u organizzattivi; jitlob li ż-żewġ kumitati jsibu mod xieraq biex ikomplu l-koperazzjoni amministrattiva; |
|
12. |
Ifakkar li l-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, permezz tas-servizzi konġunti tagħhom, jimmaniġġjaw ċerti attivitajiet flimkien (traduzzjoni, stampar, bini, sigurtà, librerija, akkwisti, catering, uxxiera, servizzi mediċi, karozzi u xufiera, informatika, eċċ.), u li dan l-aħħar il-ftehima ta' koperazzjoni tagħhom ġiet imġedda għal sitt xhur (bil-possibilità li tiġi estiża għal sitt xhur oħra) sakemm tittieħed deċiżjoni dwar jekk din il-koperazzjoni għandhiex titkompla fil-ġejjieni; |
|
13. |
Jistieden lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-EESC, wara li kkunsidra d-diverġenzi sostanzjali bejn is-sejbiet tar-rapporti tas-servizzi konġunti u ż-żewġ rapporti esterni tal-Kumitat tar-Reġjuni, sabiex jagħmlu analiżi konġunta ibbażata fuq “benchmarks” xierqa – jekk meħtieġa bl-għajnuna tal-Qorti ta' l-Awdituri – ta' l-ispejjeż preċiżi, tal-benefiċċji u tat-tifdil iġġenerati bil-kooperazzjoni u sabiex ir-riżultati ta' l-eżami tagħhom jippreżentawhom lill-kumitat kompetenti sal-31 ta' Ottubru 2007. |
(2) ĠU C 264, 31.10.2006, p. 1.
(3) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 1.
(4) ĠU C 263, 31.10.2006, p. 10.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1).