|
30.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/82 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Lulju 2009
li timmodifika d-Deċiżjoni 2006/433/KE li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta' emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2002
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 5866)
(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2009/580/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/745/KE tat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità lill-Ġermanja għall-ispejjeż imġarrba fit-teħid ta' miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fl-2002 (2). |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/433/KE ffissat l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità għan-nefqa marbuta mal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-2002 (3). |
|
(4) |
Il-kontribuzzjoni msemmija hawn fuq irriżultat mill-applikazzjoni li l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw b’konformità mad-Deċiżjoni 2003/745/KE fid-19 ta’ Novembru 2003. F’din l-applikazzjoni saret referenza għal xi fajls li għadhom miftuħa. Dawn il-fajls ġew solvuti biss fis-27 ta’ Diċembru 2007. Il-ħlas li rriżulta sar mill-awtoritajiet Ġermaniżi fit-8 ta’ Jannar 2008. Fid-dawl tar-referenza espliċita għall-fajls miftuħa fl-applikazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni tqis li ż-żmien meħtieġ biex tintlaħaq soluzzjoni fir-rigward tagħhom għandu jitqies bħala dewmien iġġustifikat sew fil-ħlas, li jawtorizza l-applikazzjoni ta’ rata ta’ tnaqqis żero skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2003/745/KE. |
|
(5) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2008, il-Ġermanja ppreżentat applikazzjoni uffiċjali addizzjonali għal ħlas lura kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2003/745/KE. L-ammonti fit-talba addizzjonali huma relatati mal-ispejjeż li ma tħallsux lura inizjalment mill-awtoritajiet Ġermaniżi. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2003/745/KE u b’mod partikolari l-Artikoli 2(b) u (c) u l-Artikolu 4 tagħha għandhom japplikaw kif xieraq għal din l-applikazzjoni addizzjonali. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fid-Deċiżjoni 2006/433/KE għandu jiġi mmodifikat. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/433/KE qed jitbiddel b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità għan-nefqa marbuta mal-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Ġermanja fl-2002 skont id-Deċiżjoni 2003/745/KE hija ffissata għal EUR 970 167,31.
Billi żewġ pagamenti ta’ EUR 460 000 u EUR 465 808,47 diġà ngħataw, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità huwa ffissat għal EUR 44 358,84.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2009.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.