|
18.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1406
tat-3 ta’ Awwissu 2022
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-metossifenożid, għall-propoksur, għall-ispinosad u għat-tiram f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a), l-Artikolu 18(1)(b) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-metossifenożid u l-ispinosad ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Għall-propoksur u t-tiram, l-MRLs ġew stabbiliti fl-Anness II u fil-Parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, skont il-prodott. |
|
(2) |
Għall-metossifenożid, fil-kuntest tal-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ dik is-sustanza attiva (3), li tikkonferma d-doża aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) eżistenti u li tistabbilixxi doża akuta ta’ referenza aktar baxxa (ARfD). |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tipprovdi opinjoni motivata, li tivvaluta r-riskji li l-MRLs attwali għall-metossifenożid jistgħu joħolqu għall-konsumaturi, fid-dawl tal-ARfD aktar baxxa msemmija hawn fuq. |
|
(4) |
Fl-opinjoni motivata tagħha (4), l-Awtorità identifikat riskji inaċċettabbli fir-rigward tal-MRLs attwali għal-larinġ, il-grejpfrut, il-mandolin, il-lanġas, il-ħawħ, it-tuffieħ, it-tadam u l-brokkoli. L-Istati Membri ġew ikkonsultati u ġew mitluba jirrappurtaw il-Prattiki Agrikoli Tajbin (GAPs) ta’ riżerva li jista’ jkollhom li ma jwasslux għal riskju inaċċettabbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri identifikaw tali GAP ta’ riżerva għat-tadam biss. L-awtorità mbagħad wettqet kalkolu tal-esponiment filwaqt li qieset id-data dwar ir-residwi tal-GAP ta’ riżerva għat-tadam u l-fattur tat-tqaxxir għall-frott taċ-ċitru stabbilit matul l-evalwazzjoni bejn il-pari tas-sustanza. Minkejja dan, għall-frott taċ-ċitru (il-larinġ, il-grejpfrut, il-mandolin), l-Awtorità madankollu spjegat li l-MRLs eżistenti huma sikuri meta jintuża l-fattur tat-tqaxxir stabbilit matul l-evalwazzjoni bejn il-pari. Għall-prodotti kkonċernati l-oħra kollha, l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-limitu ta’ determinazzjoni (LOD) rilevanti. |
|
(5) |
Għall-propoksur, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità, f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, biex tivvaluta l-proprjetajiet tossikoloġiċi, tidderiva l-valuri tossikoloġiċi ta’ referenza u tevalwa l-MRLs eżistenti, peress li s-sustanza qatt ma ġiet ivvalutata fl-UE u s-sejbiet ġew irrappurtati reċentement. Fl-opinjoni motivata tagħha (5), l-Awtorità ma setgħetx tidderiva valuri tossikoloġiċi ta’ referenza tal-UE għall-propoksur u, għalhekk, ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar is-sikurezza tal-MRLs għall-konsumaturi. L-awtorità kkonkludiet li kienet meħtieġa kunsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Minn perspettiva ta’ ġestjoni tar-riskju, fin-nuqqas ta’ tali data, għall-prodotti kollha, ma jistax jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi. Billi l-użi għal din is-sustanza ma għadhomx awtorizzati fl-Unjoni, jenħtieġ li l-MRLs jiġu stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-LOD. |
|
(6) |
Għall-ispinosad, fil-kuntest tal-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-Awtorità ppreżentat konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ dik is-sustanza attiva (6), li għall-ewwel darba, tistabbilixxi ARfD. |
|
(7) |
F’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità tivvaluta r-riskji li l-MRLs attwali għall-ispinosad jistgħu joħolqu għall-konsumaturi fid-dawl tal-ARfD l-ġdida. |
|
(8) |
Fl-opinjoni motivata (7) tagħha, l-Awtorità identifikat ir-riskji għall-konsumaturi għall-bżar ħelu, għall-ħass, għall-indivja tal-werqa wiesgħa, għall-ispinaċi, għall-weraq tas-selq u għaċ-ċikwejra. L-Istati Membri ġew ikkonsultati u ġew mitluba jirrappurtaw GAPs ta’ riżerva li jista’ jkollhom li ma jwasslux għal riskju inaċċettabbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri identifikaw GAPs ta’ riżerva għall-prodotti kollha kkonċernati. Għalhekk, l-Awtorità rrakkomandat li jitbaxxew l-MRLs għal dawk il-prodotti. Għal dawk il-prodotti, l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-livell identifikat mill-Awtorità. |
|
(9) |
Rigward it-tiram, l-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar l-MRLs eżistenti f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (8). It-tiram ma għadhiex approvata fl-Unjoni u l-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza ġew revokati. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) tiegħu, l-MRLs stabbiliti għat-tiram fl-Anness II u fil-parti B tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jitħassru. L-awtorità vvalutat ukoll it-tolleranzi tal-importazzjoni eżistenti għat-tiram iżda, fin-nuqqas ta’ data tossikoloġika għall-metabolit M1 tagħha, l-Awtorità ma setgħetx tiffinalizza l-valutazzjoni tar-riskju għall-konsumatur u kkonkludiet li kienet meħtieġa kunsiderazzjoni ulterjuri mill-maniġers tar-riskju. Minn perspettiva tal-ġestjoni tar-riskju, fin-nuqqas ta’ tali data u filwaqt li jitqiesu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tat-tiram, għall-prodotti kollha, ma jistax jiġi eskluż riskju għall-konsumaturi u l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fl-LOD. |
|
(10) |
Rigward il-prodotti li fuqhom mhux awtorizzat l-użu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti kkonċernat, u li għalihom ma jeżistu l-ebda tolleranzi tal-importazzjoni jew limiti massimi tar-residwi fil-Codex (CXLs), l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-LOD speċifiku jew jenħtieġ li japplika l-MRL prestabbilit, kif previst fl-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Rigward għadd ta’ sustanzi, il-laboratorji kkonkludew li għal ċerti prodotti bażiċi, l-iżvilupp tekniku jirrikjedi li jiġu stabbiliti LODs speċifiċi. |
|
(12) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tal-kwistjoni kkunsidrata, il-modifiki x-xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(13) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u tqiesu l-kummenti tagħhom. |
|
(14) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan. |
|
(15) |
Sabiex il-prodotti jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati, ipproċessati u kkunsmati b’mod normali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew manifatturati qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom l-informazzjoni turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(16) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu konformi mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew manifatturati fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel it-28 ta’ Frar 2023, ħlief għall-metossifenożid fil-lanġas, fil-ħawħ, fit-tuffieħ u fil-brokkoli, għall-propoksur fuq il-prodotti kollha u għat-tiram fuq il-prodotti kollha.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-28 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 070, 16.3.2005, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309 24.11.2009, p. 1).
(3) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva metossifenożid. EFSA Journal 2017;15(9):4978.
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Focused assessment of certain existing MRLs of concern for methoxyfenozide. EFSA Journal 2020;18(12):6330.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the toxicological properties and maximum residue levels for propoxur. EFSA Journal 2021;19(1):6374.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva spinosad. EFSA Journal 2018;16(5):5252.
(7) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Focused assessment of certain existing MRLs of concern for spinosad. EFSA Journal 2021;19(2):6404.
(8) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Reasoned opinion on the review of the existing maximum residue levels for thiram according to Article 12 of Regulation (EC) No 396/2005. EFSA Journal 2021;19(1):6391.
ANNESS
L-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, il-kolonni għall-metossifenożid u għall-ispinosad huma sostitwiti b’dan li ġej: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fl-Anness II, jitħassru l-kolonni għall-propoksur u t-tiram. |
|
(3) |
fil-Parti B tal-Anness III jitħassru l-kolonni għall-propoksur u t-tiram. |
|
(4) |
fl-Anness V, jiżdiedu l-kolonni għall-propoksur u t-tiram: “Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Il-limitu tal-kwantifikazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.
(*2) Jindika l-limitu l-aktar baxx tad-determinazzjoni analitika
(2) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.