|
16.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUPOL COPPS/1/2013
tad-9 ta’ Lulju 2013
li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
(2013/378/UE)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tt-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont id-Deċiżjoni 2013/354/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap ta' Missjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK estendiet il-mandat tal-EUPOL COPPS sat-30 ta' Ġunju 2014. |
|
(3) |
Fit-3 ta' Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà adotta d-Deċiżjoni EUPOL COPPS/1/2012 (2), li taħtar lis-Sur Kenneth DEANE bħala Kap ta' Missjoni tal-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013. |
|
(4) |
Fl-14 ta' Ġunju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Kenneth DEANE bħala Kap ta' Missjoni tal-EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Kenneth DEANE bħala Kap ta' Missjoni tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) huwa b'dan estiż sat-30 ta' Ġunju 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
W. STEVENS