<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.1000948301.case.xml"><NO.CASE>C-535/07</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62007CJ0535</NO.CELEX><NO.SEQ>0015.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-9514</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-9553</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>40</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20101014">14.10.2010</DATE> — KAWŻA C-535/07</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs L-AWSTRIJA</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20101014">14 ta’ Ottubru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-535/07,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 226KE, imressaq fit-<DATE ISO="20071130">30 ta’ Novembru 2007</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn R. Sauer u D. Recchia, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija,</HT> irrappreżentata minn E. Riedl u E. Pürgy kif ukoll minn K. Drechsel, bħala aġenti, b’indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><?PAGE NO="I-9515"?><INTERVENERS><P>sostnuta minn:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja,</HT> irrappreżentata minn M. Lumma u J. Möller, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tar-Raba’ Awla, li qed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, L. Bay Larsen (Relatur) u C. Toader, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20090709">9 ta’ Lulju 2009</DATE>,</VISA><?PAGE NO="I-9516"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20100225">25 ta’ Frar 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta naqset li tinnomina (sit ta’ Hanság fil-Land ta’ Burgenland) jew tiddelimita (sit ta’ Niedere Tauern fil-Land ta’ Steiermark) b’mod korrett, konformi ma’ kriterji ornitoloġiċi, l-iktar territorji adatti fl-Awstrija, fin-numru u fid-daqs, bħala żoni ta’ protezzjoni speċjali (iktar ’il quddiem iż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ŻPS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) għall-konservazzjoni ta’ speċi tal-għasafar skont l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE>, dwar il-konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 98, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u</P></ITEM><ITEM><P>meta naqset li tipprovdi protezzjoni legali għal parti miż-ŻPS li diġà ġew innominati, konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u fawna u flora selvaġġi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din,</P></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="I-9517"?><P>ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawk id-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-direttivi.</P></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>B’digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20080526">26 ta’ Mejju 2008</DATE>, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tħalliet tintervjeni insostenn tat-talbiet tar-Repubblika tal-Awstrija.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> jiddisponi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[l]-istati membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iżommu l-popolazzjoni għall-ispeċi li ssir referenza għalihom fl-artikolu 1 fil-livell li jikorrispondi partikolarment għall-ħtiġiet ekoloġiċi, xjentifiċi u kulturali, filwaqt li tittieħed kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet ekonomiċi u rekreazzjonali, jew biex tkun adattata l-popolazzjoni ta’ dawn l-ispeċi għal dak il-livell<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> jipprovdi li, fid-dawl tal-ħtiġiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jippreservaw, iżommu jew jirripristinaw diversità suffiċjenti u żoni ta’ habitats għall-ispeċi kollha ħajjin tal-għasafar selvaġġi li jgħixu fit-territorju Ewropew tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat KE. Skont il-paragrafu 2(a) tal-istess artikolu, il-miżuri biex jippreservaw, iżommu jew jirripristinaw diversità suffiċjenti u żoni ta’ habitats b’mod partikolari jinkludi l-kreazzjoni ta’ żoni protetti</TXT></NP><?PAGE NO="I-9518"?><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (2) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> jiddisponu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ispeċi msemmija fl-anness i għandhom ikunu s-suġġetti ta’ miżuri speċjali ta’ konservazzoni li jikonċernaw il-habitats tagħhom bil-għan li tkun assigurata s-sopravvivenza u r-riproduzzjoni tagħhom fiż-żona tad-distribuzzjoni tagħhom.</P><P>F’ konnessjoni ma’ dan, għandu jittieħed kont ta’ l-:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ispeċi fil-perikolu ta’ l-estinzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ispeċi vulnerabbli għat-tibdil speċifiku fil-habitats tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>ispeċi kkunsidrati rari minħabba popolazzjonijiet żgħar jew distribuzzjoni lokali ristretta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ispeċi oħra li jkollhom bżonn attenzjoni partikolari għar-raġunijiet tan-natura speċifika tal-habitats tagħhom.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Drawwiet u varjazzjonijiet fil-livelli tal-populazzjoni għandhom ikunu meħuda in konsiderazzjoni bħala sfond għal evalwazzjonijiet.</P><?PAGE NO="I-9519"?><P>L-istati membri għandhom jikklassifikaw partikolarment l-aktar territorji tajbin fin-numru u daqs bħala żoni speċjali tal-protezzjoni għall-konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċi, b’ konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom ta’ protezzjoni fiż-żona ġeografika tal-baħar u ta’ l-art fejn tapplika din id-direttiva.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-istati membri għandhom jieħdu miżuri simili għall-ispeċi migratorji regolari mhux elenkati fl-anness i, billi jżommu f’moħħom il-bżonn tagħhom għal protezzjoni fiż-żona ġeografika tal-baħar u ta’ l-art fejn tapplika din id-direttiva, rigward iż-żoni ta’ tagħmmir, tbiddil u żoni fejn iqattgħu ix-xitwa u postijiet ta’ waqfien tul ir-rotot migratorji tagħhom. Għal dan il-għan, l-istati membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni fl-artijiet niedja u partikolarment għall-artijiet niedja ta’ importanza internazzjonali.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fir-rigward taż-żoni ta’ protezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fuq, l-istati membri għandhom jieħdu l-passi xierqa biex jevitaw tniġġis jew deterjorazzjoni tal-habitat jew kwalunkwe tfixkil li jaffettwa l-għasafar, sakemm dawn jistgħu ikunu sinifikanti fil-kuntest ta’ l-għanijiet ta’ dan l-artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jipprovdi li għandu jiġi stabbilit netwerk ekoloġiku Ewropew koerenti ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni taħt l-isem ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Natura 2000<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li għandu jinkludi ż-ŻPS ikklassifikati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9520"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw, fiż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni, id-deterjorament ta’ l-habitat naturali u l-habitat tal-ispeċi kif ukoll t-tfixkil tal-ispeċi li għalihom ġew nominati dawk iż-żoni, safejn dak it-tfixkil jista’ jkun sinifikanti fir-rigward tal-għanijiet ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[l]-obbligi li joħorġu mill-Artikolu 6(2), (3) u (4) ta’ din id-Direttiva għandhom jissostitwixxu kull obbligu li joħroġ mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tad-[Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>] dwar iż-żoni klassifikati skont l-Artikolu 4(1) jew meqjusa bl-istess mod skont l-Artikolu 4(2) tiegħu, mid-data tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jew mid-data tal-klassifikazzjoni jew l-għarfien minn Stat Membru taħt [id-Direttiva <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/>], meta d-data tal-aħħar tiġi aktar tard<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20011023">23 ta’ Ottubru 2001</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lir-Repubblika tal-Awstrija fejn indikat li din tal-aħħar ma kinitx ikklassifikat bħala ŻPS l-iktar territorji adatti fin-numru u fid-daqs, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda n-nomina tas-sit ta’ Hanság u d-delimitazzjoni tas-sit ta’ Niedere Tauern. Barra minn dan, il-Kummissjoni iżżid li dan l-Istat Membru kien għadu ma issodisfax bis-sħiħ ir-rekwiżiti tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li tiżgura protezzjoni legali taż-ŻPS fl-Awstrija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9521"?><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija wieġbet għal din l-intimazzjoni billi ttrasmettiet lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, lista ta’ żoni differenti ta’ konservazzjoni ta’ għasafar mas-sistema tagħhom ta’ protezzjoni legali. B’dan il-mod, hija enfasizzat in-nomina sħiħa jew parzjali ta’ ċerti ŻPS bħala park nazzjonali, riserva naturali, żona ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ, patrimonju naturali jew żona ta’ trankwillità u, fl-istess ħin, l-eżistenza ta’ liġijiet jew ta’ regoli ppromulgati fil-Länder differenti marbuta mal-protezzjoni tan-natura.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Insegwitu, fit-<DATE ISO="20041018">18 ta’ Ottubru 2004</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat lir-Repubblika tal-Awstrija ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali li tissostitwixxi l-ewwel ittra ta’ intimazzjoni u li tenfasizza li l-klassifikazzjoni kif ukoll id-delimitazzjoni taż-ŻPS baqgħu żbaljati u li l-miżuri ta’ protezzjoni legali għal dawk iż-żoni speċifiċi kienu nieqsa. Il-Kummissjoni b’mod partikolari nnutat li s-sit ta’ Hanság kien għadu ma ġiex ikklassifikat bħala ŻPS u li estensjoni tas-sit ta’ Niedere Tauern kienet għadha ma seħħetx. Hija indikat ukoll li ż-żoni Awstrijaċi ta’ konservazzjoni ta’ għasafar kienu jew essenzjalment protetti permezz ta’ liġijiet relattivament antiki, jew, f’xi każijiet, imċaħħda minn protezzjoni legali. Fil-parti l-kbira tal-istrumenti ta’ protezzjoni, l-għan ta’ konservazzjoni u ta’ protezzjoni speċifika għall-ispeċi ta’ għasafar li għandhom jiġu kkonservati u protteti mhux se jkunu dixxernibbli. F’dan ir-rigward, kien meħtieġ, skont il-Kummissjoni, li l-qafas regolatorju jipprovdi għallinqas għal kjarifika dwar l-għanijiet ta’ protezzjoni speċifika tal-għasafar, u dan anki meta l-livell ta’ protezzjoni jkun fil-prinċipju suffiċjenti, permezz ta’ projbizzjonijiet ta’ intervent u ta’ obbligi ta’ konservazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tagħha tal-<DATE ISO="20041221">21 ta’ Diċembru 2004</DATE>, ir-Repubblika tal-Awstrija ttrasmettiet l-osservazzjonijiet tagħha li fihom, b’mod partikolari tirreferi għall-kwistjoni tal-protezzjoni legali tas-siti kkonċernati billi tagħti spjegazzjonijiet ta’ natura ġenerali kif ukoll spjegazzjonijiet speċifiċi għall- Länder differenti. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, dan l-Istat Membru jsostni li l-fatt li l-indikazzjoni espliċita ta’ għanijiet ta’ konservazzjoni jew ta’ protezzjoni jinsabu fl-att legali użat bħala strument ta’ protezzjoni ma jistax ikun deċiżiv.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9522"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Billi ma kinitx issodisfatta bl-osservazzjonijiet ippreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija, il-Kummissjoni, fil-<DATE ISO="20061215">15 ta’ Diċembru 2006</DATE>, bagħtet opinjoni motivata lil dan l-Istat Membru fejn stednitu jikkonforma mal-obbligi tiegħu fi żmien xahrejn mill-ġurnata li fiha jirċievi dan l-avviż. Fih, ġie rrilevat li, fir-rigward tas-siti ta’ Hanság u ta’ Niedere Tauern, dan l-Istat Membru ma kkonformax ruħu mal-obbligi tiegħu. Dwar l-istatus legali taż-żoni protetti ikkonċernati, ġie ppreċiżat li, b’mod ġenerali, jiġifieri wkoll f’każijiet fejn ŻPS ġiet stabbilita fuq riserva diġà eżistenti u li kienet tibbenefika minn protezzjoni legali nazzjonali jew reġjonali iktar stretta, inklużjoni tal-għanijiet ta’ konservazzjoni, jiġifieri dawk li jikkonċernaw kemm l-ispeċi ta’ għasafar u r-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-protezzjoni ta’ dawn kif ukoll mar-ripristin tal-habitats tagħhom, permezz tal-miżuri u l-obbligi korrispondenti, għandhom ikunu element essenzjali tal-liġijiet relatati ma’ dawn iż-żoni protetti. Madankollu, numru kbir ta’ ŻPS għadhom nieqsa minn kull leġiżlazzjoni speċifika li tiżgura l-protezzjoni speċjali tal-għasafar ikkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Billi l-Kummissjoni ma kinitx konvinta mill-osservazzjonijiet tar-Repubblika tal-Awstrija, bi tweġiba għal din l-opinjoni motivata, hija ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel ilment, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> minħabba fin-nuqqas li tikklassifika s-sit ta’ Hanság bħala ŻPS u d-delimitazzjoni żbaljata taż-ŻPS ta’ Niedere Tauern</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jimponi lill-Istati Membri obbligu li jikklassifikaw bħala ŻPS l-iktar territorji adatti fin-numru<?PAGE NO="I-9523"?> u fid-daqs għall-konservazzjoni tal-ispeċji msemmija fl-Anness I għal din id-direttiva u li, taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu, l-Istati Membri għandhom ukoll jikklassifikaw bħala ŻPS iż-żoni ta’ riproduzzjoni, tal-ħrif u ta’ fejn iqattgħu x-xitwa tagħhom regolarment l-ispeċji migratorji li mhux elenkati f’dan l-Anness, kif ukoll il-postijiet fejn jieqfu biex jistrieħu matul ir-rotot migratorji tagħhom (sentenza tas-<DATE ISO="20030306">6 ta’ Marzu 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/00" PAGE.ECR="I-2187" YEAR="2003">C-240/00, Ġabra p. I-2187</REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq in-nuqqas ta’ klassifikazzjoni tas-sit ta’ Hanság bħala ŻPS</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika tal-Awstrija ma ssodisfatx l-obbligu tagħha li tikklassifika s-sit ta’ Hanság, skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>. Fil-fatt, dan is-sit kien identifikat bħala l-iktar adatt għall-protezzjoni ta’ ċerti speċji ta’ għasafar bħal, b’mod partikolari, il-pitarrun (<HT TYPE="ITALIC">Otis tarda</HT>), il-bugħadam griż (<HT TYPE="ITALIC">Circus pyargus</HT>) u l-kokka tal-widnejn qosra (<HT TYPE="ITALIC">Asio flammeus</HT>).</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija wieġbet li s-sit ta’ Hanság ma jistax iktar, attwalment, jiġi kkunsidrat bħala s-sit l-iktar adatt għall-konservazzjoni tal-ispeċi msemmija mill-Kummissjoni. Territorji oħra minbarra dan is-sit saru iktar importanti għal dawn l-ispeċji. Madankollu, dan l-Istat jirrikonoxxi li twessigħ tal-limiti ta’ dan is-sit, li l-parti prinċipali tiegħu hija diġà suġġetta għas-sistema ta’ protezzjoni prevista fl-Artikolu 6(2) sa (4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> minħabba li nnominata bħala sit Natura 2000, huwa fiżikament iġġustifikat. Billi dan is-sit Natura 2000 u l-popolazzjonijiet tal-ispeċji ta’ għasafar misjuba hemm diġà ġew suġġetti għas-sistema ta’ protezzjoni<?PAGE NO="I-9524"?> stabbilita minn dawn id-dispożizzjonijiet, dewmien f’dan ir-rigward, skont l-Istat Membru konvenut, ma fih ebda riskju. Barra minn dan, l-ebda deterjorament ma seħħ fis-sit ta’ Hanság. Fl-aħħar nett, permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Gvern tal-Land ta’ Burgenland, tat-<DATE ISO="20080603">3 ta’ Ġunju 2008</DATE>, li ġie nnotifikat lill-Kummissjoni, dan is-sit ġie ddikjarat, bl-applikazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>żona Ewropea ta’ konservazzjoni Waasen-Hanság<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-Repubblika tal-Awstrija tikkunsidra li, f’kull każ, il-ksur tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ma għadhiex teżisti u li, għaldaqstant, l-irtirar tar-rikors fuq dan il-punt ikun iġġustifikat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, fil-proċedura prekontenzjuża, ir-Repubblika tal-Awstrija kienet aċċettat in-neċessità li tipproċedi għall-klassifikazzjoni tas-sit ta’ Hanság bħala ŻPS u infurmat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha li tipproċedi effettivament għan-nomina ta’ dan is-sit.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn dan, huwa stabbilit li, wara l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, is-sit ta’ Hanság kien ikklassifikat, bl-applikazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, bħala “żona Ewropea ta’ konservazzjoni permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Gvern tal-Land ta’ Burgenland.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9525"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk jidher li huwa inkontestabbli li s-sit ta’ Hanság huwa wieħed mis-siti l-iktar adatti fir-rigward tal-konservazzjoni tal-ispeċji inkwistjoni, li jaqgħu taħt l-Anness I tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u li għalihom issir referenza fl-Artikolu 4(1) tiegħu, u li dan is-sit konsegwentement għandu jkun is-suġġett ta’ klassifikazzjoni bħala ŻPS skont din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu għandu jiġi evalwat skont is-sitwazzjoni tal-Istat Membru kif ġie ppreżentat f’għeluq it-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata u li l-bidliet li jkunu saru sussegwentement ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<DATE ISO="20070111">11 ta’ Jannar 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-183/05" PAGE.ECR="I-137" YEAR="2007">C-183/05, Ġabra p. I-137</REF.DOC.ECR>, punt 17), għalhekk għandu jiġi kkonstatat li, peress li l-klassifikazzjoni msemmija fil-punt 20 ta’ din is-sentenza sar wara l-għeluq ta’ dan it-terminu, l-ilment li huwa bbażat fuq il-fatt li s-sit ta’ Hanság ma kienx ikklassifikat bħala ŻPS, bi ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, huwa fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-konstatazzjoni magħmula fil-punt preċedenti ma tistax tiġi effettwata mill-fatt li r-Repubblika tal-Awstrija issa qed issostni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra l-fatt li mhux qed tissostanzja biżżejjed dawn l-allegazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward, li meta mqabbla ma’ sit ieħor, is-sit ta’ Hanság ma jibqax jitqies bħala l-iktar adatt għall-konservazzjoni tal-pitarrun, tal-bugħadam griż u tal-kokka tal-widnejn qosra.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-fatt, anki jekk stabbilit, li dan is-sit, minn naħa, kien diġà fil-parti l-kbira tiegħu protett mid-Direttiva Habitat fil-kuntest tan-netwerk Natura 2000 u, min-naħa l-oħra, ma kien sofra l-ebda deterjorament. Fil-fatt, minn naħa, is-sistemi legali tad-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> huma distinti, Stat Membru ma jistax jeżonera ruħu mill-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> billi juża miżuri differenti minn dawk previsti minnha (sentenza tat-<DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-235/04" PAGE.ECR="I-5415" YEAR="2007">C-235/04, Ġabra p. I-5415</REF.DOC.ECR>, punt 79). Min-naħa l-oħra, iċ-ċirkustanza li s-sit ikkonċernat ma sofra l-ebda deterjorament ma huwiex ta’ natura li jikkontesta l-obbligu impost fuq l-Istati Membri li jikklassifikaw<?PAGE NO="I-9526"?> siti bħala ŻPS (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-418/04" PAGE.ECR="I-10947" YEAR="2007">C-418/04, Ġabra p. I-10947</REF.DOC.ECR>, punt 38).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq id-delimitazzjoni inkorretta taż-ŻPS ta’ Niedere Tauern</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Billi ż-ŻPS ta’ Niedere Tauern, li kellha medda ta’ <FT TYPE="NUMBER">137742</FT> ettari fl-1999, ġiet imnaqqsa għal madwar <FT TYPE="NUMBER">87000</FT> ettari matul ix-xahar ta’ Mejju 2001, il-Kummissjoni ssostni li d-delimitazzjoni ta’ din iż-żona hija insuffiċjenti fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> għall-ispeċji msemmija fiha. F’dan il-każ, huma kkonċernati, b’mod partikolari, speċji bħall-birwina (<HT TYPE="ITALIC">Charadrius morinellus</HT>), is-serduq selvaġġ (<HT TYPE="ITALIC">Tetrao urogallus</HT>), il-kokka ta’ Tengalm (<HT TYPE="ITALIC">Aegolius funereus</HT>), il-kokka nana (<HT TYPE="ITALIC">Glaucidium passerinum</HT>), it-tektiek is-siġar iswed (<HT TYPE="ITALIC">Dryocopus martius</HT>), it-tektiek is-siġar bi tlett iswaba (<HT TYPE="ITALIC">Picoides tridactylus</HT>), it-tektiek is-siġar b’rasu griża (<HT TYPE="ITALIC">Picus canus</HT>) kif ukoll il-ħaġla qastanija (<HT TYPE="ITALIC">Bonasa bonasia</HT>).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Awstrija għadha ma pprovatx xjentifikament li d-delimitazzjoni oriġinali tas-sit ta’ Niedere Tauern għandu jiġi kkunsidrat bħala teknikament żbaljat.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tindika li sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-birwina, il-Land ta’ Steiermark estendiet matul is-sena 2008, iż-ŻPS ta’ Niedere Tauern.<?PAGE NO="I-9527"?> Barra minn dan, din l-estensjoni, ibbażata fuq studji xjentifiċi, tippermetti li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> billi t-territorji l-iktar adatti fin-numru u fid-daqs għall-konservazzjoni tal-ispeċji protetti kkonċernati ġew ikklassifikati bħala ŻPS.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għandu jingħad li ż-ŻPS ta’ Niedere Tauern, li l-medda tagħha għall-ewwel tnaqqset minn <FT TYPE="NUMBER">137742</FT> ettari għal madwar <FT TYPE="NUMBER">87000</FT> ettari, u wara ġiet estiża għal <FT TYPE="NUMBER">101880</FT> ettari matul is-sena 2008, jiġifieri wara l-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata, li fir-rigward tagħha għandu jiġu evalwat, kif imfakkar fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, in-nuqqas allegat mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-istess ammissjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, din l-espansjoni kienet meħtieġa sabiex tiġi żgurata protezzjoni adatta tal-birwina, speċji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ huwa meħtieġ li jiġi kkonstatat li mal-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata, il-medda taż-ŻPS inkwistjoni kienet insuffiċjenti għar-rekwiżiti ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel ilment, li jallega ksur tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, għandu jintlaqa’.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9528"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tieni lment, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, minħabba l-protezzjoni legali insuffiċjenti mogħtija lil parti ta’ ŻPS diġà kklassifikati</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li l-Kummissjoni, minn naħa, wessgħet is-suġġett tar-rikors, u min-naħa l-oħra, ma pprovdietx biżżejjed argumenti li jipprovaw l-eżistenza ta’ nuqqasijiet konkreti fir-rigward ta’ siti ta’ protezzjoni speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel punt, dan l-Istat Membru jsostni li filwaqt li l-opinjoni motivata ma kinitx tkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>leġiżlazzjonijiet dwar żoni Ewropej ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> diġà stabbiliti, ir-rikors kien jirreferi wkoll għall-allegati ksur tad-direttivi inkwistjoni li jirriżultaw minn dawn il-leġiżlazzjonijiet. Barra minn dan, l-ilmenti li jinsabu fl-opinjoni motivata huma miġbura fil-qosor fin-nuqqas ta’ rispett tal-obbligi li jifformulaw għanijiet ta’ konservazzjoni għal kull ŻPS, sabiex jiġu żgurati permezz ta’ miżuri vinkolanti, l-għanijiet ta’ protezzjoni, kif ukoll li jiġu stabbiliti mapep ta’ natura vinkolanti u li huma s-suġġett ta’ riklamar adegwat. Min-naħa l-oħra, fir-rikors, ir-rekwiżiti materjali dwar l-istatus legali taż-ŻPS twessgħu konsiderevolment fis-sens li l-Kummissjoni teżiġi li l-leġiżlazzjoni dwar dawn iż-ŻPS ikun fihom obbligi u projbizzjonijiet speċifiċi għal siti u speċji kif ukoll miżuri konkreti sabiex jiżguraw l-osservanza tad-disposizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9529"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Bħala eżempju, ir-Repubblika tal-Awstrija b’mod partikolari tindika li l-ilment ibbażat fuq li l-leġiżlazzjoni dwar żoni Ewropej ta’ konservazzjoni adottat mil-Länder ta’ Steiermark u ta’ Niederösterreich ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni ma jikkorrispondix mal-espożizzjoni tal-Kummissjoni fl-opinjoni motivata tagħha. Barra minn dan, fir-rigward tal-Land ta’ Salzburg, il-Kummissjoni ma identifikatx fl-ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali, li l-istatus legali taż-ŻPS ta’ dan il-Land kien insuffiċjenti u barra minn dan kien biss għall-ewwel darba fl-opinjoni motivata li semmet li s-sit ta’ Salzachauen, bħala ŻPS, ma kellux status ta’ protezzjoni legali suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni punt, ir-Repubblika tal-Awstrija ssostni li la l-opinjoni motivata u lanqas ir-rikors ma jippermettu li jsir magħruf li huma n-nuqqasijiet invokati mill-Kummissjoni u liema ŻPS huma kkonċernati. Konsegwentement, dan l-Istat Membru ma kienx f’pożizzjoni li jista’ jiddefendi ruħu b’mod effettiv. Barra minn dan, peress li l-kontenut u l-portata tal-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mal-obbligi imposti mid-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> ma humiex determinati, ir-Repubblika tal-Awstrija hija suġġetta, matul perijodu illimitat, għar-riskju ta’ proċedura għal nuqqas tagħha li twettaq obbligu li jirriżulta mis-sentenza li għandha tingħata li tikkonstata n-nuqqas li huwa s-suġġett ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ewwel nett fir-rigward ta’ dak li jikkonċerna l-Land ta’ Burgenland, il-Kummissjoni ma tispeċifikax liema huma s-siti li ma jibbenefikawx minn status ta’ protezzjoni adegwat. Insegwitu, il-Kummissjoni sempliċement tiddeskrivi l-istatus legali tas-siti fil-Land ta’ Oberösterreich bħala insuffiċjenti. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-Land ta’ Tirol, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq l-eżempju tas-sit ta’ Tiroler Lechtal sabiex tikkwalifika d-dispożizzjonijiet kollha li ġew adottati għall-protezzjoni tas-siti Natura 2000 ta’ Tirol tad-dispożizzjonijiet ġenerali li ma jiżgurawx status ta’ protezzjoni suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel punt, il-Kummissjoni tirribatti li r-rikors u l-opinjoni motivata huma essenzjalment identiċi f’dak li jirrigwarda l-ilment ibbażat fuq l-insuffiċjenza tal-istatus ta’ protezzjoni mogħtija lil parti miż-ŻPS diġà kklassifikati. Għalhekk,<?PAGE NO="I-9530"?> il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar żoni Ewropej ta’ konservazzjoni ma kinux esklużi mill-kwistjoni. Barra minn dan, l-obbligi u l-projbizzjonijiet relatati maż-ŻPS, fi kwalunkwe każ, jorbtu lir-Repubblika tal-Awstrija. Konsegwentement, l-argument li l-espożizzjoni tal-opinjoni motivata ma tkoprix speċifikament l-ilment ibbażat fuq il-livell insuffiċjenti ta’ protezzjoni fil-Länder ta’ Steiermark u ta’ Niederösterreich setgħet biss tiġi miċħuda. Fl-aħħar nett, jekk huwa minnu li s-sitwazzjoni legali fil-Land ta’ Salzburg mhux imsemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali, dan l-Istat Membru ma huwiex iġġustifikat li jikkonkludi li l-ilment ibbażat bħala eżempju għall-istatus ta’ protezzjoni ta’ ŻPS fil-Burgenland ma japplikax għal-leġiżlazzjoni tal-Land ta’ Salzburg, u b’mod partikolari għas-sit ta’ Salzachauen.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni punt, il-Kummissjoni ssostni li l-opinjoni motivata għandha tinftiehem b’mod iktar wiesa’, fis-sens li l-livell ta’ protezzjoni li jrid jintlaħaq ġie definit kwalitattivament minn rekwiżiti speċifiċi li jippermettu lir-Repubblika tal-Awstrija tagħraf b’mod ċar għal liema ŻPS miżuri oħra ta’ traspożizzjoni kienu neċessarji u liema forma dawn kien jeħtiġilhom. Dan huwa spjegat f’iktar dettall fit-talba għal kull Land u għal kull ŻPS ikkonċernat, mingħajr ma dan bl-ebda mod ma jibdel is-suġġett tal-kawża. Dan l-Istat Membru kien f’pożizzjoni li jiddefendi ruħu faċilment fuq dan il-punt u, barra minn dan, huwa għamel użu estensiv minn din il-possibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li r-rikors ma jħalli l-ebda dubju fuq il-fatt li, fl-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata, l-ebda ŻPS tal-Länder ta’ Burgenland u ta’ Oberösterreich ma kellha status ta’ protezzjoni adatta, żoni li għalihom ebda għan speċifiku ta’ protezzjoni jew ta’ konservazzjoni ma ġie stabbilit. Anki fil-każ tas-sit tat-Trioler Lechtal hemm nuqqas ta’ għanijiet ta’ protezzjoni u ta’ konservazzjoni speċifiċi, li jiffokaw fuq is-sitwazzjoni ta’ kull speċji ta’ għasafar. Barra minn dan, l-istatus ta’ protezzjoni kien insuffiċjenti fil-ħdax-il żona Natura 2000 innominati mill-awtoritajiet ta’ dan l-aħħar Land.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9531"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li s-suġġett ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa stabbilit bl-opinjoni motivata tal-Kummissjoni, b’mod li li r-rikors ikollu jkun ibbażat fuq l-istess raġunijiet u motivi bħal dawk ta’ din l-opinjoni (ara s-sentenza tad-<DATE ISO="20061109">9 ta’ Novembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-236/05" PAGE.ECR="I-10819" YEAR="2006">C-236/05, Ġabra p. I-10819</REF.DOC.ECR>, punt 10 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn dan, skont ġurisprudenza stabbilita, l-ittra ta’ intimazzjoni indirizzata mill-Kummissjoni lill-Istat Membru u sussegwentement l-opinjoni motivata maħruġa mill-Kummissjoni jiddefinixxu s-suġġett tal-kawża, li konsegwentement, ma jistax jiġi estiż iktar. Fil-fatt, il-possibbiltà għall-Istat Membru kkonċernat li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu tikkostitwixxi, anki jekk iqis li ma hemmx lok li jagħmel użu minnha, garanzija essenzjali meħtieġa mit-Trattat u l-osservanza tagħha hija rekwiżit formali essenzjali għar-regolarità tal-proċedura intiża sabiex jiġi kkonstatat nuqqas ta’ Stat Membru li jwettaq obbligu. Konsegwentement, l-opinjoni motivata u r-rikors tal-Kummissjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-istess ilmenti bħal dawk imsemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni li tibda l-proċedura prekontenzjuża. Jekk dan ma huwiex il-każ, irregolarità simili ma tistax tiġi kkunsidrata bħala effettiva minħabba l-fatt li l-Istat Membru konvenut ifformula osservazzjonijiet fuq l-opinjoni motivata (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-186/06" PAGE.ECR="I-12093" YEAR="2007">C-186/06, Ġabra p. I-12093</REF.DOC.ECR>, punt 15 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn dan, l-opinjoni motivata u r-rikors għandhom jippreżentaw l-ilmenti b’mod koerenti u b’mod preċiż sabiex l-Istat Membru u l-Qorti tal-Ġustizzja jkunu jistgħu jifhmu eżattament il-portata tal-ksur ikkontestat tad-dritt tal-Unjoni, kundizzjoni neċessarja sabiex l-imsemmi Stat ikun jista’ jsostni b’mod effettiv il-motivi tad-difiża tiegħu u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tivverifika l-eżistenza tan-nuqqas allegat (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 18).</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9532"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Dwar it-twessigħ tas-suġġett tar-rikors</P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li għalkemm l-opinjoni motivata tindika li numru kbir ta’ ŻPS għadhom nieqsa minn kull leġiżlazzjoni speċifika, li fl-Awstrija normalment tieħu l-forma ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>leġiżlazzjoni ta’ żona Ewropea ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-għasafar ikkonċernati, huwa fformulat f’termini li ma jeskludix li ż-ŻPS li għalihom jeżistu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>leġiżlazzjoni ta’ żona Ewropea ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> għandhom ikunu koperti minn din l-opinjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar b’mod partikolari li, bħala riżultat ta’ din l-opinjoni motivata, ir-Repubblika tal-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni dwar il-fatt li ż-żona ta’ konservazzjoni ta’ għasafar ta’ Flachwasserbiotop Neudenstein ġiet iddikjarata fl-2005, żona Ewropea ta’ konservazzjoni permezz ta’ leġiżlazzjoni tal-Land ta’ Kärntner tat-<DATE ISO="20050523">23 ta’ Mejju 2005</DATE> (LGBl. Nru 47/2005).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jingħad li r-rikors tal-Kummissjoni, fejn din tikkunsidra li l-leġiżlazzjonijiet dwar ŻPS għandhom jinkludu obbligi u projbizzjonijiet speċifiċi għal siti u għal speċji speċifiċi kif ukoll miżuri konkreti sabiex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, essenzjalment tirriproduċi t-termini tal-opinjoni motivata. Fil-fatt, f’din tal-aħħar, huwa indikat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>b’mod ġenerali, […] inklużjoni tal-għanijiet ta’ konservazzjoni, jiġifieri speċji ta’ għasafar u rekwiżiti speċifiċi għall-protezzjoni tagħhom u għar-ripristin tal-habitats tagħhom, għandhom, fil-miżuri u fl-obbligi korrispondenti, ikunu element essenzjali ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet dwar dawn iż-żoni protetti<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-ilment ibbażat fuq il-fatt li l-leġiżlazzjonijiet dwar iż-żoni Ewropej ta’ konservazzjoni adottati mill-Länder ta’ Steiermark u ta’ Niederösterreich ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni ma huwiex fl-opinjoni motivata u għalhekk dan għandu jiġi ddikjarat bħala inammissibbli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9533"?><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment ibbażat fuq status legali ta’ protezzjoni insuffiċjenti ta’ ŻPS tal-Land ta’ Salzburg u, b’mod partikolari, tas-sit ta’ Salzachauen, ma huwiex ikkontestat li l-ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali ma tinkludi l-ebda referenza għas-sitwazzjoni f’dan il-Land u, b’mod partikolari, f’dak ta’ dan is-sit. Konsegwentement, ir-rikors huwa wkoll inammissibbli peress li jirrigwarda status legali ta’ protezzjoni ta’ ŻPS tal-Land ta’ Salzburg.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Jirriżulta minn dak li ntqal iktar ’il fuq li r-rikors huwa inammissibbli peress li jirrigwarda s-sistema legali ta’ protezzjoni ta’ ŻPS tal-Länder ta’ Salzburg, ta’ Steiermark u ta’ Oberösterreich.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq in-nuqqas ta’ preċiżjoni u ta’ koerenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li l-Kummissjoni tilmenta li r-Repubblika tal-Awstrija ma tatx lil ŻPS diġà kklassifikata, protezzjoni legali skont ir-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni. Insostenn ta’ dan l-ilment, hija tindika dawk li temmen li huma n-nuqqasijiet tas-sistema ta’ protezzjoni legali ta’ ŻPS fis-seħħ fl-Awstrija. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tippreċiża l-ilment ġenerali tagħha billi tirreferi għas-sitwazzjoni eżistenti fil-Länder differenti ta’ dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jidhirx li dan l-ilment hekk kif ifformulat huwa impreċiż jew inkoerenti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn dan, għandu jiġi mfakkar li, jekk l-opinjoni motivata għandha tinkludi espożizzjoni koerenti u ddettaljata tal-motivi li wasslu biex jikkonvinċu lill-Kummissjoni li l-Istat Membru interessat naqas minn wieħed mill-obbligi li ġew imposti fuqu bis-saħħa tat-Trattat, il-Kummissjoni ma hijiex madankollu marbuta li tindika fl-opinjoni motivata l-miżuri li jippermettu l-eliminazzjoni tan-nuqqas<?PAGE NO="I-9534"?> ikkontestat (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20050602">2 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-394/02" PAGE.ECR="I-4713" YEAR="2005">C-394/02, Ġabra p. I-4713</REF.DOC.ECR>, punt 21 u ġurisprudenza ċċitata). Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata li tindika dawn il-miżuri fir-rikors tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegata insuffiċjenza ta’ provi li juru l-inadegwatezza tas-sistema ta’ protezzjoni ta’ ŻPS fil-Länder ta’ Burgenland, ta’ Oberösterreich u ta’ Tirol, din għandha tiġi eżaminata fil-mertu.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkunsidrat li r-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu huwa ammissibbli fil-limiti msemmija fil-punt 47 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li parti miż-ŻPS diġà kklassifikata fl-Awstrija ma tibbenefikax minn protezzjoni legali skont ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha. F’dan ir-rigward, hija ssostni li l-obbligi jew il-projbizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet u li mhux biss għandhom ikunu speċifiċi għaż-ŻPS u għall-ispeċji speċifiċi, iżda wkoll ikunu f’forma vinkolanti kif ukoll is-suġġett ta’ pubbliċità suffiċjenti, għandhom jinsabu fl-istess att legali li jistabbilixxi li għal kull ŻPS, l-ispeċji u l-habitats protetti bħall-għanijiet ta’ konservazzjoni.<?PAGE NO="I-9535"?> Għalhekk, b’mod ġenerali, l-istatus legali ta’ protezzjoni ta’ ŻPS hija insuffiċjenti fil-każ fejn il-klassifikazzjoni ta’ ŻPS tkun konnessa ma’ riserva naturali jew kull tip ieħor ta’ sit ikklassifikat eżistenti u protett permezz ta’ miżuri nazzjonali jew reġjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tirribatti l-ewwel nett li l-argument tal-Kummissjoni, li jgħid li l-obbligi jew projbizzjonijiet dwar l-ispeċji differenti ta’ għasafar għandhom ikunu f’forma vinkolanti u s-suġġett ta’ pubbliċità suffiċjenti, huwa eċċessiv f’fin il-formulazzjoni ġenerali. Insegwitu, l-ebda regola ma timponi li dawn l-obbligi jew projbizzjonijiet għandhom jinsabu fl-istess att legali vinkolanti bħal dak li jiffissa għal kull ŻPS, l-ispeċji u l-habitats protetti kif ukoll l-għanijiet ta’ konservazzjoni. Barra minn dan, l-argument li jgħid li l-għanijiet ta’ konservazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> għandhom ikunu stabbiliti f’tali strument legali huwa infondat. Fl-aħħar nett, l-Istat Membru konvenut jenfasizza li, minħabba l-fatt li l-protezzjoni ta’ riservi naturali ġeneralment testendi għal kull speċji ta’ annimali u pjanti kif ukoll il-habitat tagħhom u l-pajsaġġ, il-projbizzjonijiet ta’ kull ħsara huma usa’ minn dawk għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>żoni Ewropej ta’ konservazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, li ġeneralment ifittxu li jipproteġu speċji u habitats speċifiċi.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-intervent tagħha, ir-Repubblika tal-Ġermanja tqis li d-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ma jeħtiġux li l-miżuri ta’ protezzjoni u konservazzjoni jikkonsistu f’obbligi jew projbizzjonijiet speċifiċi, jiġifieri jirrigwardaw żoni u suġġetti ta’ protezzjoni speċifiċi. Anki jekk l-Istati Membri huma obbligati li jadottaw dawn l-obbligi u projbizzjonijiet, dawn id-direttivi bl-ebda mod ma fihom rekwiżiti intiżi għal grad speċifiku. Lanqas ma jirriżulta minn dawn id-direttivi obbligu fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>għanijiet ta’ konservazzjoni li jridu jintlaħqu<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> li huma ta’ natura vinkolanti u ħafna inqas li jiddefinixxu dawn fl-istess att legali li jirregola l-proprjetà li għandha tiġi protetta u l-obbligi u l-projbizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu osservati.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9536"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> tobbliga lill-Istati Membri li jipprovdu liż-ŻPS status legali ta’ protezzjoni li kapaċi, b’mod partikolari, jiżgura is-sopravivenza u r-riproduzzjoni tal-ispeċji ta’ għasafar msemmija fl-Anness I għal dan, kif ukoll ir-riproduzzjoni, il-ħrif u ta’ fejn iqattgħu x-xitwa tagħhom regolarment l-ispeċji migratorji li mhux elenkati f’dan l-Anness (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="19990318">18 Marzu 1999</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-166/97" PAGE.ECR="I-1719" YEAR="1999">C-166/97, Ġabra p. I-1719</REF.DOC.ECR>, punt 21; tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 153, u tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-293/07" YEAR="2008">C-293/07</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Huwa wkoll stabbilit li l-Artikolu 4 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> jipprovdi sistema speċifikament intiża u msaħħa, kemm għall-ispeċji msemmija fl-Anness I ta’ din kif ukoll għall-ispeċji migratorji, li ssib il-ġustifikazzjoni tagħha fil-fatt li jirrigwarda rispettivament l-ispeċji l-iktar mhedda u l-ispeċji li jikkostitwixxu patrimonju komuni tal-Unjoni Ewropea (sentenzi tal-<DATE ISO="19960711">11 Lulju 1996</DATE>, Royal Society for the Protection of Birds, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-44/95" PAGE.ECR="I-3805" YEAR="1996">C-44/95, Ġabra p. I-3805</REF.DOC.ECR>, punt 23; tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46, u tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, li l-obbligi tiegħu jissostitwixxu lil dawk li jirriżultaw mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(4) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> f’dak li jirrigwarda ż-żoni kklassifikati, l-istatus legali ta’ protezzjoni taż-ŻPS għandu wkoll jiggarantixxi, f’dawn, l-evitar ta’ deterjorament tal-habitat naturali u tal-habitats tal-ispeċijiet kif ukoll tfixkil sinjifikattiv li jirrigwarda l-ispeċji li għalihom dawk iż-żoni ġew ikklassifikati (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20030227">27 ta’ Frar 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/01" PAGE.ECR="I-2081" YEAR="2003">C-415/01, Ġabra p. I-2081</REF.DOC.ECR>, punt 16, u tal-<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24).</TXT></NP><?PAGE NO="I-9537"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Barra minn dan, il-protezzjoni taż-ŻPS ma għandhiex tkun limitata għal miżuri intiżi sabiex jiġu evitati ħsarat u tfixkil estern ikkważati mill-bniedem, imma trid tinkludi wkoll, skont is-sitwazzjoni attwali, miżuri pożittivi għall-konservazzjoni jew għat-titjib tal-istat tas-sit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar’ il fuq, punt 154).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-ifformular tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE, li sar it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, id-Direttiva, filwaqt li torbot lill-Istati Membri kollha destinatarji, f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżultat li jrid jinkiseb, tħalli l-għażla ta’ forom u metodi f’idejn l-awtoritajiet nazzjonali. Minn dan jirriżulta li r-Repubblika tal-Awstrija, bħal kull Stat Membru ieħor, tgawdi mill-għażla tal-forma u metodi ta’ implementazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar’ il fuq, punt 157).</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Filwaqt li l-eżattezza tat-traspożizzjoni għandha importanza partikolari fir-rigward tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, sa fejn il-ġestjoni tal-patrimonju komuni huwa fdat, għat-territorju tagħhom, lill-Istati Membri rispettivi (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punti 64 u 159), din f’kull każ, ma tistax timponi lil dawn tal-aħħar li jinkludu l-obbligi u l-projbizzjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 4(1) u (2) tad- Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> fl-att legali li jiffissa, għal kull ŻPS, l-ispeċji u l-habitat protetti bħall-għanijiet ta’ konservazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ dawn l-obbligi, li l-Kummissjoni ssostni li għandhom ikunu pożittivi u speċifiċi għaż-ŻPS kif ukoll għal speċji speċifiċi, jirriżulta mill-punt 59 ta’ din is-sentenza kif ukoll mill-punt 34 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20051020">20 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/04" PAGE.ECR="I-9017" YEAR="2005">C-6/04, Ġabra p. I-9017</REF.DOC.ECR>), li l-adozzjoni ta’ miżuri pożittivi għall-konservazzjoni u għat-titjib tal-istat ta’ ŻPS ma għandux natura sistematika, iżda jiddependi mis-sitwazzjoni konkreta taż-ŻPS kkonċernata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9538"?><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-projbizzjonijiet li allegatament kellhom ikunu speċifiċi għaż-ŻPS u għal speċji speċifiċi, jekk huwa minnu, pereżempju, li l-protezzjoni taż-ŻPS kontra l-attivitajiet ta’ individwi titlob li huma jiġu ostakolati minn qabel milli jipparteċipaw f’attivitajiet potenzjalment ta’ ħsara (sentenza tat-<DATE ISO="20071213">13 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Irlanda, iċċitata iktar ’il fuq, punt 208), ma jidhirx li t-twettiq ta’ dan l-għan neċessarjament jeħtieġ projbizzjonijiet speċifiċi għal kull ŻPS għal kull speċji speċifika, hekk kif jirriżulta mill-punt 20 tas-sentenza tas-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-374/98" PAGE.ECR="I-10799" YEAR="2000">C-374/98, Ġabra p. I-10799</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni tal-ispeċji u tal-habitats protetti f’kull ŻPS, għandu jiġi osservat li, bħal kif id-delimitazzjoni ta’ ŻPS għandha jkollha forma vinkolanti inkontestabbli (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22), l-identifikazzjoni tal-ispeċji li jkunu ġġustifikaw l-klassifikazzjoni ta’ din iż-ŻPS għandhom jissodisfaw l-istess rekwiżiti. Fil-fatt, jekk dan ma kienx il-każ, l-għan ta’ protezzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din, jista’ ma jintlaħaqx għal kollox.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-għanijiet ta’ konservazzjoni, jirriżulta mill-punti 20 u 21 tas-sentenza tas-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, li l-istatus legali ta’ protezzjoni li minnu għandhom jibbenefikaw iż-ŻPS ma jimplikax li dawn l-għanijiet għandhom ikunu speċifikati għal kull speċji kkunsidrata separatament. Barra minn dan, fid-dawl ta’ dak li ntqal fil-punti 60 u 61 ta’ din is-sentenza, f’kull każ, ma jistax jiġi kkunsidrat li l-għanijiet ta’ konservazzjoni għandhom ikunu fl-istess att legali bħal dak li jirrigwarda l-ispeċji u l-habitats protetti minn ŻPS speċifiku.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegata insuffiċjenza ta’ status legali ta’ protezzjoni taż-ŻPS konnessi ma’ riserva naturali jew ma’ kull tip ieħor ta’ sit eżistenti kklassifikat u protetti mill-miżuri nazzjonali jew reġjonali, għandu jiġi mfakkar li, kif indikat fil-punt 57 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 4 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> jipprovdi sistema speċifikament intiża u msaħħa kemm għall-ispeċji elenkati fl-Anness I ta’ din kif ukoll għall-ispeċji<?PAGE NO="I-9539"?> migratorji. Din hija n-natura partikolari tas-sistema ta’ protezzjoni li għandhom igawdu minnha ż-ŻPS, b’kuntrast mas-sistema ta’ protezzjoni ġeneralment inqas stretta prevista taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> għall-ispeċji kollha ta’ għasafar koperti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Royal Society for the Protection of Birds, iċċitata iktar ’il fuq, punti 19 u 24). Madankollu ma jirriżultax li hija biss sistema legali speċifikament iddefinita u implementata għal kull ŻPS li hija suxxettibbli li effettivament tipproteġi dan it-tip ta’ sit.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li, f’dan il-każ, il-mertu tal-ilment ibbażat fuq nuqqas ġenerali ta’ twettiq tal-obbligi tal-Istat Membru konvenut imsemmi fl-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> u l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ma ġiex stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Huwa għalhekk meħtieġ li jiġi eżaminat il-mertu tar-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fir-rigward tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-Länder differenti fit-termini ffissati fl-opinjoni motivata u fil-limiti speċifikati fil-punt 47 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>F’dak li jirrigwarda l-Land ta’ Burgenland</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li, billi ż-żoni Natura 2000 ma kinux ġew ittrasformati f’żoni Ewropej ta’ konservazzjoni u bi status legali li jirrigwardaw dawn tal-aħħar, ma hemm l-ebda status ta’ protezzjoni adatt għaż-ŻPS tal-Land ta’ Burgenland.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9540"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tirreferi għal ċerti siti fejn hija tindika li l-leġiżlazzjonijiet li bihom huma kklassifikati bħala żoni Ewropej ta’ konservazzjoni qed jiġu żviluppati. Huwa biss is-sit ta’ Auwiesen Zickenbachtal li kien ġie nnominat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>żona Ewropea ta’ konservazzjoni Auwiesen Zickenbachtal<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> permezz tal-leġiżlazzjoni tal-Land ta’ Burgenland, tat-<DATE ISO="20080323">23 ta’ Marzu 2008</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Jirriżulta kemm mill-argumenti tal-partijiet kif ukoll mill-ittra indirizzata fl-<DATE ISO="20070220">20 ta’ Frar 2007</DATE> mir-Repubblika tal-Awstrija lill-Kummissjoni b’risposta għall-opinjoni motivata li, fl-iskadenza tat-terminu ffissat f’din, ebda ŻPS ma kien ġie ikklassifikat fil-Land ta’ Burgenland. Dan it-tieni lment, hekk kif iddikjarat fit-talbiet tar-rikors, jirrigwarda biss ŻPS diġà kklassifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-ilment, billi jikkonċerna s-sitwazzjoni f’dan il-Land, barra minn hekk huwa mingħajr skop u għalhekk għandu jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>F’dak li jirrigwarda l-Land ta’ Vjenna</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-erba’ ŻPS ta’ dan il-Land, li ġew biss ikklassifikati fis-<DATE ISO="20071017">17 ta’ Ottubru 2007</DATE>, ma jibbenefikawx minn status legali li jagħtihom protezzjoni suffiċjenti.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9541"?><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tirribatti li dawn iż-ŻPS huma protetti b’mod konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> kif ukoll l-Artikoli 6(2) u 7 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li s-siti inkwistjoni f’din il-kawża ma kinux is-suġġett ta’ klassifikazzjoni bħala ŻPS fl-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’dawn iċ-ċirkustanzi u għall-istess raġuni bħal dik stabbilita fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, dan it-tieni lment għandu jiġi miċħud billi jirrigwarda s-sitwazzjoni fil-Land ta’ Vjenna.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>F’dak li jirrigwarda l-Land ta’ Kärntner</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-istatus legali taż-żona Ewropea ta’ konservazzjoni ta’ għasafar ta’ Flachwasserbiotop Neudenstein, l-uniku ŻPS li ġie kklassifikat qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jagħti protezzjoni suffiċjenti lil din iż-żona, minħabba li l-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprovdi la l-miżuri u l-għanijiet ta’ konservazzjoni speċifiċi dwar l-għasafar li huma speċifikament effettwati u lanqas rappreżentazzjoni kartografika ta’ din iż-ŻPS.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9542"?><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija sempliċement tikkonferma l-eżistenza ta’ dan iż-ŻPS.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jingħad li l-Artikolu 2 tal-leġiżlazzjoni tal-Gvern tal-Land ta’ Kärntner, tat-<DATE ISO="20050523">23 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar din iż-ŻPS jipprovdi li, sa fejn il-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-leġiżlazzjoni tal-istess Gvern, tat-<DATE ISO="19941108">8 ta’ Novembru 1994</DATE>, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ dan il-Land Nru 92/1994, jiggarantixxu protezzjoni suffiċjenti, ma huwiex neċessarju li jiġi addizzjonalment iffissati obbligi, projbizzjonijiet, restrizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u miżuri ta’ konservazzjoni għaż-żona Ewropea ta’ konservazzjoni ta’ Flachwasserbiotop Neudenstein.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Barra minn dan, l-Artikolu 3 ta’ din l-istess leġiżlazzjoni tat-<DATE ISO="20050523">23 ta’ Mejju 2005</DATE> tipprovdi li din tirrigwarda l-preservazzjoni, l-iżvilupp jew ir-ripristin ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-ispeċji protetti msemmija fl-Anness.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-punt 65 ta’ din is-sentenza u fin-nuqqas ta’ kull prova oħra li tindika li t-twettiq tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-ispeċji ta’ għasafar imsemmija fl-Artikolu 4(1) u (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>, u li huma l-ispeċi msemmija fl-Anness għal din il-leġiżlazzjoni, tkun teħtieġ, f’dan il-każ, dispożizzjonijiet iktar dettaljati minn dawk adottati mill-Gvern tal-Land ta’ Kärntner, l-ilment tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud fuq dan il-punt.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9543"?><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-allegat nuqqas ta’ rappreżentazzjoni kartografika ta’ din iż-ŻPS, għandu jiġi kkonstatat li jekk tali rappreżentazzjoni tista’ tipprovdi delimitazzjoni ċara ta’ sit, hija ma tikkostitwixxix, hekk kif innotat l-Avukat Ġenerali fil-punt 84 tal-konklużjonijiet tagħha, l-unika forma possibbli u affidabbli tad-delimitazzjoni ta’ sit.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għalhekk, l-ilment tal-Kummissjoni għandu wkoll jiġi miċħud fir-rigward ta’ dan il-punt.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni lment għandu jiġi miċħud minħabba li jirrigwarda s-sitwazzjoni fil-Land ta’ Kärntner.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>F’dak li jirrigwarda l-Land ta’ Oberösterreich</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li s-sistema ta’ protezzjoni fis-seħħ fil-ħdax-iż ŻPS innotifikati ta’ dan il-Land hija insuffiċjenti. Minn naħa, ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni dwar iż-ŻPS ta’ Maltsch, ta’ Wiesengebiete im Freiwald, ta’ Pfeifer Anger, ta’ Oberes Donautal u ta’ Untere Traun. Min-naħa l-oħra, il-leġiżlazzjoni applikabbli għaż-ŻPS ta’ Traun-Donau-Auen, ta’ Ettenau, ta’ Frankinger Moos, ta’ Dachstein, ta’ Unterer Inn u ta’ Nationalpark Kalkalpen ma jipprovdux protezzjoni adegwata.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tallega li, għal dak li jirrigwarda ż-ŻPS ta’ Ettenau, ta’ Traun-Donau-Auen u ta’ Frankinger Moos, hemm leġiżlazzjonijiet ġenerali dwar ir-riżervi naturali<?PAGE NO="I-9544"?> li jirregolaw, fl-aħħar żewġ każijiet, l-interventi awtorizzati biss. Fir-rigward taż-ŻPS ta’ Dachstein, ta’ Unter Inn u ta’ Nationalpark Kalkalpen, dawn huma koperti mil-leġiżlazzjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw liż-żoni Ewropej ta’ konservazzjoni li essenzjalment jipprovdu projbizzjoni ġenerali ta’ intervent.</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tindika li l-leġiżlazzjonijiet li huma nieqsa qed jiġu żviluppati mill-Gvern tal-Land ta’ Oberösterreich. Madankollu, hija tiċħad l-argument tal-Kummissjoni li ż-ŻPS kollha ta’ dan il-Land huma nieqsa minn status ta’ protezzjoni suffiċjenti. Għalhekk, iż-ŻPS li bħalissa huma protetti bħala riservi naturali jibbenefikaw taħt l-Artikolu 25 tal-liġi tal-2001 dwar il-protezzjoni tan-natura u tal-pajsaġġ ta’ Oberösterreich (Oö. Natur-und Landschaftsschutzgesetz 2001, LGBl. Nru 129/2001), minn protezzjoni assoluta li tmur lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>. Barra minn dan, dan l-Istat Membru ċċita bħala eżempju ta’ ŻPS li jgawdi minn status ta’ protezzjoni suffiċjenti, iż-ŻPS ta’ Dachstein u ta’ Nationalpark Kalkalpen, fejn isemmi serje ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li huma speċifikament intiżi għall-konservazzjoni tal-għasafar.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda iż-ŻPS ta’ Maltsch, ta’ Wiesengebiete im Freiwald, ta’ Pfeifer Anger, ta’ Oberes Donautal u ta’ Untere Traun, jidher li l-ebda leġiżlazzjoni rilevanti ma ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni jew speċifikata fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, l-ilment tal-Kummissjoni dwar l-insuffiċjenza tal-leġiżlazzjoni li tirrigwarda dawn iż-ŻPS hija fondata.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda s-sistema legali ta’ ŻPS oħra, għandu jiġi kkonstatat li fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni mill-Kummissjoni, fid-dawl tas-sitwazzjoni konkreta ta’ kull żona, li sistema bħal din hija insuffiċjenti f’dak li jirrigwarda r-rekwiżiti rilevanti<?PAGE NO="I-9545"?> tad-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>, hija ma pprovatx il-fondatezza tat-talba tagħha, billi l-allegazzjonijiet tagħha ma humiex suffiċjentement iddettaljati, u għalhekk hija għandha tiġi miċħuda f’dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni lment, sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjoni fil-Land ta’ Oberösterreich, ma jistax jintlaqa’ billi jirreferi għaż-ŻPS ta’ Maltsch, ta’ Wiesengebiete im Freiwald, ta’ Pfeifer Anger, ta’ Oberes Donautal u ta’ Untere Traun.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>F’dak li jirrigwarda l-Land ta’ Vorarlberg</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlazzjonijiet fis-seħħ f’dan il-Land ma jipprovdux, għaż-ŻPS, għanijiet ta’ protezzjoni u ta’ konservazzjoni speċifiċi, la miżuri konkreti u lanqas obbligi jew projbizzjonijiet. Fir-rigward, b’mod partikolari, taż-ŻPS ta’ Klostertaler Bergwälder, il-Kummissjoni tenfasizza l-insuffiċjenza tal-protezzjoni mogħtija lil din iż-żona mill-pjan ta’ ġestjoni tal-foresti adottat mill-Gvern tal-Land ta’ Vorarlberg. F’dak li jirrigwarda ż-ŻPS ta’ Verwall, dan huwa speċifikament protett permezz ta’ leġiżlazzjoni ta’ dan il-Gvern, madankollu adottat wara l-iskadenza tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata, li fiha obbligi, projbizzjonijiet u dispożizzjonijiet għall-protezzjoni u għall-konservazzjoni tas-sit kif ukoll tal-ispeċji protetti preżenti f’din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tirribatti li ż-ŻPS ta’ Rheindelta, ta’ Lauteracher Ried, ta’ Bangser Ried u ta’ Matschels huma koperti minn leġiżlazzjonijiet ta’ żona protetta li<?PAGE NO="I-9546"?> jipprojbixxu miżuri u użu li jiddeterjoraw il-habitats tal-ispeċji li għalihom dawn iż-żoni huma ddedikati jew li jikkawżaw tfixkil sinjifikattiv lil dawn l-ispeċji. Fir-rigward taż-ŻPS ta’ Klostertaler Bergwälder, il-pjan tal-foresti li jikkonċernaha kien ippreparat, b’mod li jkun ta’ natura vinkolanti, f’isem l-awtoritajiet sabiex jimplementaw il-miżuri ta’ konservazzjoni li huma neċessarji sabiex jinżamm stat ta’ konservazzjoni favorevoli għall-ispeċji ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/> u li jinsabu fis-sit.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Għandu jingħad li l-Artikolu 13(2) tal-Liġi tal-protezzjoni tan-natura (LGBl. Nru 36/2003) jipprovdi li l-Gvern tal-Land ta’ Vorarlberg, sa fejn huwa meħtieġ, għandu jiddeċiedi, permezz ta’ pjanijiet ta’ ġestjoni jew ftehimiet oħra, jew permezz ta’ deċiżjoni jew ta’ leġiżlazzjoni, il-miżuri għaż-żamma, għall-iżvilupp u għall-konservazzjoni ta’ żoni msemmija skont ir-rekwiżiti ambjentali, b’mod partikolari, tal-ispeċji ta’ għasafar imsemmija fl-Anness I tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> u preżenti f’dawn iż-żoni.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ din il-leġiżlazzjoni jipprovdi projbizzjoni espliċita ta’ deterjorament, filwaqt li l-Artikolu 15 ta’ dan l-istess regolament jipprovdi evalwazzjoni tal-impatt u, fejn xieraq, obbligu ta’ awtorizzazzjoni fir-rigward tal-għanijiet ta’ konservazzjoni li jirriżultaw mir-rekwiżiti relatati ma’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli tal-habitats naturali u tal-speċijiet indikati fl-Anness li huma determinanti għan-nomina taż-żona.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9547"?><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>Ma’ dawn għandhom jiżdiedu l-miżuri indikati mir-Repubblika tal-Awstrija u li huma msemmija fil-punt 92 ta’ din is-sentenza għaż-ŻPS ta’ Rheindelta, ta’ Lauteracher Ried, ta’ Bangser Ried, ta’ Matschels u ta’ Klostertaler Bergwälder.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, b’mod partikolari fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet fil-punt 65 ta’ din is-sentenza u fin-nuqqas ta’ kull prova li tindika li t-twettiq tal-għanijiet ta’ konservazzjoni tal-ispeċji ta’ għasafar imsemmija fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> jimponi, f’dan il-każ, dispożizzjonijiet iktar iddettaljati minn dawk adottati mill-Gvern tal-Land ta’ Vorarlberg, l-ilment tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud billi jikkonċerna iż-ŻPS imsemmija fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Fir-rigward taż-ŻPS ta’ Verwall, kuntrarjament għaż-ŻPS msemmija fil-punt 95 ta’ din is-sentenza, ma jidhirx li dan is-sit ibbenefika minn protezzjoni legali speċjali fir-rigward tat-terminu ffissat fl-opinjoni motivata. Barra minn dan, billi dan il-gvern kien adotta ftit wara l-iskadenza ta’ dan it-terminu, leġiżlazzjoni li tintroduċi serje ta’ miżuri ta’ protezzjoni speċifiċi, f’dan il-każ għandu jiġi kkunsidrat li din iż-ŻPS ma kinitx suffiċjentement protetta sal-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri. Konsegwentement, f’dan ir-rigward ir-rikors huwa fondat.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni lment, sa fejn jikkonċerna s-sitwazzjoni fil-Land ta’ Vorarlberg, għandu jintlaqa’ fir-rigward taż-ŻPS ta’ Verwall.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-9548"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>F’dak li jirrigwarda l-Land ta’ Tyrol</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>L-argumenti tal-partijiet</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni ġenerali fis-seħħ f’dan il-Land ma jistabbilixxix status ta’ protezzjoni suffiċjenti għaż-ŻPS li jinsabu fih. Huwa minnu li l-Gvern tal-Land ta’ Tirol adotta leġiżlazzjoni li fih lista ta’ ħdax-il żona Natura 2000, iżda dan l-att ma jispeċifika la l-ispeċji tal-għasafar protetti, la l-għanijiet ta’ protezzjoni u ta’ konservazzjoni, u lanqas ir-regoli ta’ mġiba essenzjali li jridu jiġu rrispettati. Fin-nuqqas tal-għanijiet ta’ konservazzjoni speċifiċi, dawn b’mod ġenerali jiġu ssostitwiti mill-protezzjoni ta’ habitats u ta’ għasafar imsemmija fid-data teknika standard, skont l-Artikolu 14(11) tal-Liġi 1997 dwar il-protezzjoni tan-natura tal-Land ta’ Tirol, fil-verżjoni tiegħu tat-<DATE ISO="20040612">12 ta’ Mejju, 2004</DATE> (LGBl. Nru 50/2004, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>TNSchG<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>). Il-Kummissjoni ssostni b’mod partikolari li l-istatus ta’ protezzjoni taż-ŻPS tat-Tiroler Lechtal hija insuffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Awstrija tindika li l-implementazzjoni tad-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> ġie integrat fis-sistema ta’ protezzjoni diġà żviluppati u b’mod partikolari jinkludi riservi naturali, parks naturali, żoni ta’ protezzjoni tal-pajsaġġ, żoni ta’ trankwillità u siti protetti. Din l-implementazzjoni kkonsistiet fil-fatt li jintrabtu r-regoli ta’ dawn id-direttivi ma dawk diġà eżistenti fiż-żoni ta’ protezzjoni u sabiex jissupplimentaw tali regoli. F’dawn iż-żoni ta’ protezzjoni, huma imposti numru ta’ projbizzjonijiet, obbligi u sistemi ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>Fuq il-bażi ta’ proġett adottat fix-xahar ta’ Diċembru 2004, iż-ŻPS kollha tal-Land ta’ Tirol huma suġġetti għal ġestjoni kkoordinata maħsuba sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ protezzjoni ffissati għal kull żona kif ukoll sabiex jiġi żgurat permanentament, il-konservazzjoni ta’ speċji ta’ għasafar eżistenti f’kull żona kkonċernata. Ir-Repubblika<?PAGE NO="I-9549"?> tal-Awstrija ssostni li s-sistema tranżitorja prevista fl-Artikolu 14 tat-TNSchG jiżgura protezzjoni suffiċjenti taż-ŻPS sad-definizzjoni tal-għanijiet ta’ konservazzjoni minn leġiżlazzjoni speċifika.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>L-Istat Membru konvenut jesponi b’mod iddettaljat is-sistema ta’ protezzjoni applikabbli għaż-ŻPS tat-Tiroler Lechtal u jsostni li huwa suffiċjenti fir-rigward tad-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0088" REF.END="QE0088"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Għandu jingħad li skont il-punt 9 tal-Artikolu 3(9) tat-TNSchG, l-għanijiet ta’ konservazzjoni huma ddefiniti bħala ż-żamma u rripristinar ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ speċji msemmija fl-Anness I tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0089" REF.END="QE0089"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/> u fl-Artikolu 4(2) tiegħu, li huma preżenti f’żona Ewropea ta’ konservazzjoni ta’ għasafar jew tal-habitats tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Permezz tal-Artikolu 14(3) tat-TNSchG, il-Gvern ta’ dan il-Land għandu jiffissa, permezz ta’ leġiżlazzjonijiet, l-għanijiet ta’ konservazzjoni għal kull sit Natura 2000 u, jekk meħtieġ, id-dispożizzjonijiet u l-miżuri ta’ konservazzjoni neċessarji sabiex jinkiseb stat ta’ konservazzjoni favorevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(11) tat-TNSchG jipprovdi, f’dak illi jirrigwarda l-perijodu transitorju qabel l-adozzjoni ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet, li l-għanijiet ta’ konservazzjoni huma temporanjament issostitwiti mill-protezzjoni tal-habitats kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa, inklużi l-għasafar, li jinsabu fil-formolarji standard ta’ data.</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Dan it-tip ta’ formolarju, previst mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE, tat-<DATE ISO="19961218">18 ta’ Diċembru 1996</DATE>, dwar format ta’ tagħrif fuq is-siti għas-siti proposti<?PAGE NO="I-9550"?> għan-Natura 2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 162), u li hu aċċettat bħala li huwa, permezz tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Land ta’ Tirol, ippubblikat u li jista’ jiġi użat kontra terzi, isemmi l-ispeċji ta’ għasafar li ġġustifikaw il-klassifikazzjoni tas-sit ikkonċernat bħala ŻPS. Barra minn dan, dan il-formolarju fih ukoll, fost l-oħrajn, deskrizzjoni tas-sit, ħarsa ġenerali lejn il-kwalità u l-importanza ta’ dan, b’mod partikolari minħabba l-għanijiet ta’ konservazzjoni tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0090" REF.END="QE0090"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/> kif ukoll evalwazzjoni ta’ dan is-sit għal kull wieħed minn dawn l-ispeċji.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Barra minn dan, ma huwiex ikkontestat, li f’kull wieħed miż-ŻPS ta’ dan il-Land, huma imposti projbizzjonijiet numerużi, obbligi u proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, li, għal kull waħda minn dawn iż-żoni, jiżdiedu mal-obbligi ta’ awtorizzazzjoni u mal-projbizzjonijiet legali ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Għalhekk, pereżempju, jirriżulta mill-fajl li, fir-riservi naturali, il-kostruzzjoni, il-bini jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet, il-kostruzzjoni, l-estensjoni jew ir-rilokazzjoni ta’ toroq u mogħdijiet, l-iskavar jew il-mili ta’ artijiet oħra barra minn dawk is-siti ta’ kostruzzjoni magħluqa, il-ħolqien ta’ afforestazzjoni ġdida, inżul u tluq fil-kampanja, kwalunkwe ħaġa li tiġġenera ħsejjes konsiderevoli, l-applikazzjoni ta’ fertilizzant, l-użu ta’ prodotti tossiċi u ta’ kull vettura bil-mutur huma fil-prinċipju pprojbiti. Fiż-ŻPS, ma’ dawn il-projbizzjonijiet trid tiżdied projbizzjoni ġenerali ta’ aċċess.</TXT></NP><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala stabbilit li s-sistema ta’ protezzjoni taż-ŻPS fis-seħħ fil-Land ta’ Tirol hija insuffiċjenti fir-rigward tal-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0091" REF.END="QE0091"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0092" REF.END="QE0092"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/>, moqri flimkien mal-Artikolu 7 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>Dan huwa b’mod partikolari veru fir-rigward taż-ŻPS ta’ Tiroler Lechtal, li jibbenefika wkoll mill-protezzjoni bħala park naturali, u li parti minnu, jiġifieri t-Tiroler Lech, kienet ikklassifikata bħala riżerva naturali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-9551"?><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet fiż-żewġ punti preċedenti ma jistgħux jiġu kkontestati mill-fatt li l-Artikolu 14(3) tat-TNSchG jipprovdi li l-Gvern tal-Land ta’ Tirol għandu jiffissa, permezz ta’ leġiżlazzjoni, l-għanijiet ta’ konservazzjoni għal kull sit Natura 2000. Fil-fatt, anki jekk tali sistema tista’ tkun imtejba, dan ma jfissirx li, f’dan il-każ, is-sistema diġà fis-seħħ f’dan il-Land hija insuffiċjenti fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ konservazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Konsegwentement, it-tieni lment għandu jiġi miċħud, f’dak illi jikkonċerna s-sitwazzjoni fil-Land ta’ Tirol.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>Fir-rigward taż-ŻPS fejn ġie kkonstatat, f’dan il-każ, li huma ma jibbenefikawx minn status legali ta’ protezzjoni suffiċjenti fir-rigward tar-rekwiżiti li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttivi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0093" REF.END="QE0093"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0094" REF.END="QE0094"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tiddisponix minn informazzjoni li tippermettilha tiddetermina jekk l-ispeċji li permezz tagħhom dawn iż-ŻPS ġew ikklassifikati jaqgħux taħt l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0095" REF.END="QE0095"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/> jew taħt waħda minnhom.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dan ir-rigward huwa meħtieġ li ssir referenza għall-Artikolu 4 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0096" REF.END="QE0096"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li r-Repubblika tal-Awstrija:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>meta naqset li tinnomina bħala ŻPS is-sit ta’ Hanság, fil-Land ta’ Burgenland, u tiddelimita ż-ŻPS f’Niedere Tauern, fil-Land ta’ Steiermark, b’mod korrett, konformi ma’ kriterji ornitoloġiċi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0097" REF.END="QE0097"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/>, u</P></ITEM><?PAGE NO="I-9552"?><ITEM><P>meta naqset li tipprovdi protezzjoni legali liż-ŻPS ta’ Maltsch, ta’ Wiesengebiete im Freiwald, ta’ Pfeifer Anger, ta’ Oberes Donautal u ta’ Untere Traun, fil-Land ta’ Oberösterreich, kif ukoll liż-ŻPS ta’ Verwall, fil-Land ta’ Vorarlberg, konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0098" REF.END="QE0098"/>Għasafar<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/> u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0099" REF.END="QE0099"/>Habitat<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/>, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din l-aħħar direttiva,</P></ITEM></LIST></P><P>naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet.</P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(3) tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li taqsam l-ispejjeż jew tiddeċiedi li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha, b’mod partikolari meta l-partijiet ikunu tilfu rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom. Fil-kawża preżenti, peress li l-partijiet tilfu rispettivament fuq kap jew iktar tat-talbiet tagħhom, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(4) ta’ dawn l-istess regoli, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, intervenjenti f’din il-kawża, għandha tbati l-ispejjeż tagħha.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Awstrija:</HT></TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">meta naqset li tinnomina bħala żona ta’ protezzjoni speċjali s-sit ta’ Hanság, fil-Land ta’ Burgenland, u tiddelimita ż-żona ta’ protezzjoni<?PAGE NO="I-9553"?> speċjali f’Niedere Tauern, fil-Land ta’ Steiermark, b’mod korrett, konformi ma’ kriterji ornitoloġiċi, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE, tat-<DATE ISO="19790402">2 ta’ April 1979</DATE>, dwar il-konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi, u</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="BOLD">meta naqset li tipprovdi protezzjoni legali liż-żoni ta’ protezzjoni speċjali ta’ Maltsch, ta’ Wiesengebiete im Freiwald, ta’ Pfeifer Anger, ta’ Oberes Donautal u ta’ Untere Traun, fil-Land ta’ Oberösterreich, kif ukoll liż-żona ta’ protezzjoni speċjali ta’ Verwall, fil-Land ta’ Vorarlberg, konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 79/409/KEE u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE>, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u fawna u flora selvaġġi, moqri flimkien mal-Artikolu 7 ta’ din l-aħħar direttiva,</HT></P></ITEM></LIST></P><P><HT TYPE="BOLD">naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet.</HT></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Awstrija, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>