European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2254

29.4.2025

P10_TA(2025)0009

Il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll (2024-2029) dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (11267/2024 – C10-0087/2024 – 2024/0133(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2025/2254)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11267/2024),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ ftehim (11026/2024),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), u l-Artikolu 218(7), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C10-0087/2024),

—

wara li kkunsidra l-valutazzjoni baġitarja meħuda mill-Kumitat għall-Baġits,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 107(1) u (4) u l-Artikolu 117(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A10-0004/2025),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta’ Cabo Verde.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2254/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)