29.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 139/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2008

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji ta’ ħlas fil-Ġermanja, fl-Italja u fis-Slovakkja dwar l-infiq iffinanzjat mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) għas-sena finanzjarja 2006

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1709)

(It-testi bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)

(2008/394/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat tal-Fond,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/327/KE (3) approvat, għas-sena finanzjarja 2006, il-kontijiet ta’ l-aġenziji kollha ta’ ħlas għajr għall-aġenziji ta’ ħlas Ġermaniżi “Baden-Württemberg” u “Bayern-Umwelt”, l-aġenziji ta’ ħlas Taljani “AGEA” u “ARBEA”, l-aġenzija ta’ ħlas Portugiża “IFADAP” u l-aġenzija ta’ ħlas Slovakka “APA”.

(2)

Wara t-trażmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tinsab fil–qagħda li tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija ta’ ħlas Ġermaniża “Bayern-Umwelt”, l-aġenzija ta’ ħlas Taljana “AGEA” u l-aġenzija ta’ ħlas Slovakka “APA”.

(3)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95 (4) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil kull Stat Membru, skond id-deċiżjoni ta’ l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqsu l-avvanzi mħallsa matul is-sena finanzjarja kkonċernata, i.e. l-2006, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skond l-ewwel subparagrafu. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu ma’, l-avvanzi skond in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet.

(4)

Skond l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ l-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru kkonċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) ta’ l-imsemmi Regolament jobbliga lill-Istati Membri li jissottomettu lill-Kummissjoni rapport fil-qosor dwar il-proċeduri ta’ l-irkupru meħuda b’rispons għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ l-obbligi li għandhom l-Istati Membri biex iħejju rapport ta’ l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 fir-rigward ta’ l-akkreditazzjoni ta’ l-aġenziji tal-ħlas u korpi oħra u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u l-FAEŻR (5) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-Anness III għar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabelli mudell 1 u 2 li l-Istati Membri għandhom iressqu fl-2007. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(5)

Skond l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-infiq li sar diġà u dak li aktarx isir flimkien jeċċedu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skond il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ l-irkupru għandu jaqa’ fuq il-baġit Komunitarju. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru iddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri kkonċernati u għalhekk għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija bla ħsara għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skond l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(6)

Hija u tapprova l-kontijiet ta’ l-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni jeħtiġilha tapprova l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri kkonċernati abbażi tad-Deċiżjoni 2007/327/KE.

(7)

Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1663/95, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentament mill-Kummissjoni li jeskludu mill-iffinanzjar Komunitarju nfiq li ma jsirx skond ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B’dan huma approvati l-kontijiet ta’ l-aġenzija ta’ ħlas Ġermaniża “Baden-Württemberg”, l-aġenzija ta’ ħlas Taljana “AGEA” u l-aġenzija ta’ ħlas Slovakka “APA” rigward l-infiq iffinanzjat mis-Sezzjoni tal-Garanzija tal-Fond Ewropew Agrikolu ta’ Gwida u Garanzija (EAGGF) fir-rigward tas-sena finanzjarja 2006.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru kkonċernat skond din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Taljana u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)   ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).

(3)   ĠU L 122, 11.5.2007, p. 51.

(4)   ĠU L 158, 8.7.1995, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 465/2005 (ĠU L 77, 23.3.2005, p. 6).

(5)   ĠU L 171, 23.6.2006, p. 90. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1233/2007 (ĠU L 279, 23.10.2007, p. 10).


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TA' L-AĠENZIJI TAL-PAGAMENTI

Sena Finanzjarja 2006

L-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-Istati Membri jew jitħallas lilhom.

NB:

1)

Għall-kalkolu ta' l-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lil l-Istat Membru, l-ammont li għandu jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (kol.a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għall-kontijiet mhux approvati (kol.b).

2)

It-tnaqqis u s-suspensjonijiet huma dawk meqjusa fis-sistema bil-quddiem, li magħhom jingħaddu b'mod partikolari l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' ħarsien ta' l-iskadenzi għall-ħlas stabbiliti f'Awissu, Settembru u Ottubru 2006.

3)

Nomenklatura 2008: 05070106, 05021602, 6701, 6702, 6803

SM

 

2006 - Infiq / Dħul Assenjat għall-Aġenziji tal-Pagamenti li l-kontijiet għalihom

Total a + b

Tnaqqis u suspensjonijiet għas-sena finanzjarja sħiħa

Tnaqqis skond l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005

Total inklużi t-tnaqqis u s-suspensjonijiet

Avvanzi mħallsa lill-Istat Membru għas-sena

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) l-Istat Membru

Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) l-Istat Membru skond id-Deċiżjoni 2007/327/KE

Ammont li għandu jiġi rkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) l-Istat Membru skond din id-Deċiżjoni (*1)

huma approvati

mhux approvati

= infiq / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total ta' l-infiq / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar

 

 

a

b

ċ = a + b

d

e

f = ċ + d + e

g

h = f – g

i

j = h – i

DE

EUR

6 526 706 239,34

16 647 818,33

6 543 354 057,67

–15 751,26

–22 076 833,17

6 521 261 473,24

6 543 392 477,21

–22 131 003,97

–22 062 685,96

–68 318,01

IT

EUR

5 346 806 962,99

124 289 380,08

5 471 096 343,07

–50 445 262,13

– 124 588 830,86

5 296 062 250,08

5 460 957 034,26

– 164 894 784,18

–24 758 663,41

– 140 136 120,77

SK

SKK

5 603 584 048,11

0,00

5 603 584 048,11

0,00

0,00

5 603 584 048,11

5 605 953 347,87

–2 369 299,76

0,00

–2 369 299,76


SM

 

Infiq (1)

Dħul assenjat (1)

Il-Fond taz-Zokkor

L-Artikolu 32 (=e)

Total (=j)

Infiq (2)

Dħul assenjat (2)

05070106

6701

05021602

6803

6702

k

l

m

n

o

p = k + l + m + n + o

DE

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

–68 318,01

–68 318,01

IT

EUR

–40 296 552,55

0,00

0,00

0,00

–99 839 568,22

– 140 136 120,77

SK

SKK

–2 369 299,76

0,00

0,00

0,00

0,00

–2 369 299,76


(*1)  Rata tal-kambju applikabbli: l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(1)  Jekk id-dħul assenjat jirriżulta favur l-Istat Membru, għandu jiġi ddikjarat taħt 05070106.

(2)  Jekk il-parti tal-Fond taz-Zokkor ta' dħul assenjat tirriżulta favur l-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05021602.

NB:

1)

Għall-kalkolu ta' l-ammont li għandu jiġi rkuprat minn jew imħallas lil l-Istat Membru, l-ammont li għandu jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (kol.a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għall-kontijiet mhux approvati (kol.b).

2)

It-tnaqqis u s-suspensjonijiet huma dawk meqjusa fis-sistema bil-quddiem, li magħhom jingħaddu b'mod partikolari l-korrezzjonijiet għan-nuqqas ta' ħarsien ta' l-iskadenzi għall-ħlas stabbiliti f'Awissu, Settembru u Ottubru 2006.

3)

Nomenklatura 2008: 05070106, 05021602, 6701, 6702, 6803