Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (COM(2006)0011 - C6-0024/2006 - 2006/0004(COD))
Official Journal 316 E , 22/12/2006 P. 0223 - 0223
P6_TA(2006)0516 Is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistema Ewropea ta' l-istatistika integrata tal-ħarsien soċjali (COM(2006)0011 — C6-0024/2006 — 2006/0004(COD)) (Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari) Il-Parlament Ewropew, - wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006) 0011) [1], - wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0024/2006), - wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, - wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0324/2006), 1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; 2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda lproposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; 3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. [1] Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU. --------------------------------------------------