|
16.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 300/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 68/2016
tad-29 ta' April 2016
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE [2017/2018]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 tal-11 ta' Settembru 2015 li tistipula regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/88/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-metodi dijanjostiċi u ta' sorveljanza (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1554 tirrevoka d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/183/KE (2), 2002/878/KE (3) u 2003/466/KE (4), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentament għandhom jiġu revokati taħt il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji ma tapplikax għal-Liechtenstein dment li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 8a (id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE) fil-Parti 3.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
|
“8b. |
32015 D 1554: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1554 tal-11 ta' Settembru 2015 li tistipola regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/88/KE fir-rigward tar-rekwiżiti għall-metodi dijanjostiċi u ta' sorveljanza (ĠU L 247, 23.9.2015, p. 1).” |
2. It-testi tal-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE), fil-Parti 3.2 u l-punti 63 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/183/KE), 68 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/878/KE) u 73 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/466/KE) fil-Parti 4.2 għandhom jitħassru.
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1554 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2016, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Claude MAERTEN
(1) ĠU L 247, 23.9.2015, p. 1.
(3) ĠU L 305, 7.11.2002, p. 57.
(4) ĠU L 156, 25.6.2003, p. 61.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.