02016R0896 — MT — 09.06.2016 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/896

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 152 9.6.2016, p. 3)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 137, 22.4.2021, p.  20 (2016/896)




▼B

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/896

tat-8 ta' Ġunju 2016

dwar l-awtorizzazzjoni tat-tartrati tal-ħadid u tas-sodju bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jidħol fil-kategorija ta' addittivi “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “aġenti antiagglomeranti”, huwa awtorizzat bħala addittiv fl-għalf tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Il-kompożizzjoni, il-formola kimika, deskrizzjoni, metodi ta' analiżi

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva għal kull kg ta' NaCl

Additivi teknoloġiċi: Aġenti antiagglomeranti

1i534

Tartrati tal-ħadid u tas-sodju

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparat tal-prodotti tal-kumplessazzjoni tat-tartrati tas-sodju mal-klorur tal-ħadid(III) (FeCl3) f'soluzzjoni tal-ilma ≤ 35 % (skont il-piż)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Prodott ta' kumplessazzjoni tal-ħadid (III) ta' D (+)-, L(-)- u meso-2,3 aċidi diidrossibutandiojċi

Proporzjon: ħadid għall-meso-tartrat 1:1;

Proporzjon: ħadid għat-total tal-isomeri tat-tartrat 1:1,5

►C1

 

Numru CAS 1280193-05-6

 ◄

Fe(OH)2C4H4O6Na

Klorur: ≤ 25 %

Ossalati: ≤ 1,5 % expressi bħala aċidu ossaliku

Ħadid: ≥ 8 % Iron(III)

Metodu analitiku (1)

Il-kwantifikazzjoni tal-meso-tartrat u tartrati D(-) u L(+) fl-addittiv tal-għalf:

— Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b'detezzjoni tal-Indiċi Rifrattiv (HPLC-RI);

Il-kwantifikazzjoni tat-total ta' ħadid fl-addittiv tal-għalf:

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni (ICP-AES) — EN 15621; jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN ISO 11885; jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — EN ISO 6869; jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2); u

Il-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN 15510; jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament wara d-diġestjoni tal-pressjoni (ICP-AES) — EN 15621; jew

— Spettrometrija tal-Emissjoni Atomika bi Plażma Akkoppjata Induttivament (ICP-AES) — EN ISO 11885; jew

— Spettrometrija tal-Assorbiment Atomiku (AAS) — EN ISO 6869; u

Il-kwantifikazzjoni tal-klorur tal-ammonju fl-addittiv tal-għalf:

— Titrimetrija — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 jew ISO 6495.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.  L-addittiv għandu jintuża biss fil-klorur tas-sodju (NaCl)

2.  Id-doża minima rakkomandata: 26 mg ta' tartrati tal-ħadid u tas-sodju/kg NaCl (ekwivalenti għal 3 mg ħadid/kg ta' NaCl)

3.  Id-doża massima rakkomandata: 106 mg tartrati tal-ħadid u tas sodju/kg NaCl

id-29 ta' Ġunju 2026

(1)   

Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(2)   

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).