|
12.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 197/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9601 — Czech Media Invest/Rockaway/Brasinex Bohemia)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 197/05)
1.
Fit-2 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Czech Media Invest a.s. (iċ-Ċekja), |
|
— |
Rockaway Capital SE (iċ-Ċekja), |
|
— |
Brasinex Bohemia, a.s. (iċ-Ċekja). |
Czech Media Invest a.s. u Rockaway Capital SE Brasinex Bohemia a.s. jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Brasinex Bohemia a.s. kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Czech Media Invest a.s.: attivitajiet fis-settur tal-media fl-Ewropa ċentrali u tal-punent, b’mod partikulari l-pubblikazzjoni ta’ rivisti u xandir bir-radju, |
|
— |
Rockaway Capital SE: investiment f’kumpaniji eżistenti u start-ups fil-qasam tas-servizzi tal-internet, fosthom il-kummerċ elettroniku, |
|
— |
Brasinex Bohemia, a.s: attivitajiet, partikolarment fir-Repubblika Ċeka, fil-livelli kollha tas-suq tal-ktieb, mill-pubblikazzjoni sad-distribuzzjoni bl-ingrossa ta’ kotba għall-bejgħ ta’ kotba mill-ħwienet. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9601 — Czech Media Invest/Rockaway/Brasinex Bohemia
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne/Europese Commissie |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).