|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/685 |
4.4.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/685
tas-27 ta’ Marzu 2025
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a)(v), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2577 (2), il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (il-“Ftehim”), ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fl-14 ta’ Novembru 2024, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard. |
|
(2) |
L-objettiv tal-Ftehim huwa li jemenda il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika ta’ konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (3) ffirmat fis-17 ta’ Diċembru 2020 fir-rigward tal-volum ta’ tliet kwoti tariffarji, u li jipprevedi t-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, skont l-Artikolu XXVIII tal-GATT tal-1994. |
|
(3) |
Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (il-“Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika stipulata fil-Ftehim (5).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
P. HENNIG-KLOSKA
(1) Approvazzjoni tat-12 ta’ Marzu 2025 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2577 tad-9 ta’ Novembru 2023 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja li jemenda l-Ftehim tal-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 relatat mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE b'konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (ĠU L, 2023/2577, 15.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2577/oj).
(3) ĠU L 181, 21.5.2021, p. 3.
(4) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat ĠU L, 2025/684, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2025/684/oj.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/685/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)