Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Mejju 2009 – Il‑Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C‑532/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/60/KE – Ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 9)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p.15). |
Dispożittiv
|
1) |
Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva. |
|
2) |
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż |