25.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2023/1024

tas-16 ta’ Mejju 2023

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM Ukraine/1/2023)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2014/486/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) inkluż, b’mod partikolari, id-deċiżjoni li taħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fl-20 ta’ Mejju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/813 (2), li testendi l-mandat tal-EUAM Ukraine sal-31 ta’ Mejju 2024.

(3)

Fl-10 ta’ Mejju 2022, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/744 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Antti HARTIKAINEN bħala l-Kap tal-Missjoni sal-31 ta’ Mejju 2023.

(4)

Fl-24 ta’ April 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-ħatra tas-Sur Rolf Michael Hay Pereira HOLMBOE bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ EUAM Ukraine,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Rolf Michael Hay Pereira HOLMBOE huwa b’dan maħtur bħala l-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) mit-12 ta’ Ġunju 2023 sal-31 ta’ Mejju 2024.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/813 tal-20 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/486/PESK dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 180, 21.5.2021, p. 149).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/744 tal-10 ta’ Mejju 2022 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (EUAM UKRAINE/1/2022) (ĠU L 137, 16.5.2022, p. 82).