|
14.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 208/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta' Lulju 2011
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija u Malta
2011/C 208/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 stabbilixxa l-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2010 (2) u tas-7 ta' Marzu 2011 (3), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-perijodu mill-20 ta’ Ottubru 2010 sad-19 ta’ Ottubru 2015, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri u membri supplenti. |
|
(3) |
Il-Gvernijiet tal-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija u Malta ppreżentaw nomini għal numru ta' postijiet li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali għall-Greċja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija u Malta għall-perijodu li jintemm fid-19 ta' Ottubru 2015:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
|
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
|
Italja |
Is-Sinjura Maria Grazia CATALDI |
Is-Sur Marco Giovanni MARINO |
|
Ungerija |
Is-Sinjura Réka KOVÁCS |
Is-Sinjura Zsófia TÓTH |
|
Malta |
Is-Sur Mark MUSU’ |
Is-Sinjura Karen DEMICOLI |
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
|
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
|
Greċja |
Is-Sur Evaggelos MOUTAFIS |
Is-Sur Nikos KOSTOPOULOS |
|
Italja |
Is-Sur Claudio SORRENTINO |
Is-Sur Michele ZERILLO |
|
Ungerija |
Is-Sinjura Emese MOLNÁR |
Is-Sur Péter SZABÓ |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
|
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
|
Greċja |
Is-Sur Lambros PAPAIOANNOU |
Is-Sinjura Rena BARDANI |
|
Italja |
Is-Sinjura Paola ASTORRI |
Is-Sur Paolo RAVAGLI |
|
Lussemburgu |
Is-Sur François ENGELS |
Is-Sinjura Nathalie WAGNER |
|
Ungerija |
Is-Sinjura Terézia BOROSNÉ BARTHA |
Is-Sur István KOMORÓCZKI |
Artikolu 2
Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
J. VINCENT-ROSTOWSKI
(1) ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kap 05, Vol 05, p. 72).
(2) ĠU C 290, 27.10.2010, p. 5.