<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-129/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0129</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:566">EU:C:2020:566</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20200716">16.7.2020</DATE> – Kawża C‑129/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Presidenza del Consiglio dei Ministri</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it‑Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/80/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(2)</KEYWORD><KEYWORD>Skemi nazzjonali ta’ kumpens għal vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti li jiżguraw kumpens ġust u xieraq</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Vittma residenti fit-territorju tal-Istat Membru li fih twettaq id-delitt intenzjonali vjolenti</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li din il-vittma taqa’ taħt l-iskema nazzjonali ta’ kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>kumpens ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tal-Istati Membri fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑129/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20190129">29 ta’ Jannar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20190219">19 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Presidenza del Consiglio dei Ministri</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">BV,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Procura della Repubblica di Torino,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, J.‑C. Bonichot, M. Vilaras (Relatur), E. Regan, M. Safjan, P. G. Xuereb, L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, L. Bay Larsen, T. von Danwitz, C. Toader, D. Šváby, C. Lycourgos u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: R. Schiano, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20200302">2 ta’ Marzu 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal BV, minn V. Zeno‑Zencovich, U. Oliva, F. Bracciani u M. Bona, avvocati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, inizjalment minn C. Ladenburger, E. Montaguti u M. Heller, sussegwentement minn C. Ladenburger, G. Gattinara, E. Montaguti u M. Heller, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20200514">14 ta’ Mejju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> li għandha x’taqsam ma’ kupens għal vittmi ta’ delitti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Presidenza del Consiglio dei Ministri (l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Italja) u BV, fir-rigward tal-kwistjoni ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali kkonstatata minn BV kontra r-Repubblika Taljana minħabba dannu allegatament ikkawżat lil BV minħabba l-ommissjoni tat-traspożizzjoni, fid-dritt Taljan, tad-Direttiva 2004/80.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1 sa 3, 6 sa 8 u 10 tad-Direttiva 2004/80 jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(1)</NO.P><TXT>Wieħed mill-għanijiet tal-[Unjoni] Ewropea huwa li tabolixxi, bħal bejn l-Istati Membri, ostakli għaċ-ċaqliq liberu ta’ persuni u servizzi.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja żammet [fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890202">2 ta’ Frar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Cowan</NAME.CASE> (<NO.CASE>186/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:47">EU:C:1989:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)] li, fejn liġi [tal-Unjoni] tiggarantixxi għal persuna naturali l-liberta li tmur ġo Stat Membru ieħor, il-protezzjoni ta’ dik il-persuna mill-periklu fl-Istat Membru msemmi, fuq l-istess bażi bħal dik ta’ ċittadini nazzjonali u persuni li jgħixu hemm, hija corollary ta’ dik il-liberta ta’ ċaqliq. Miżuri sabiex jiġi faċilitat kumpens lil vittmi ta’ delitti għandhom jiffurmaw parti mir-rejalizzazzjoni ta’ dan l-għan.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Fil-laqgħa tiegħu f’Tampere [(il-Finlandja)] fil‑15 u s‑<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għat-tfassil ta’ livelli stabbiliti minimi dwar il-protezzjoni ta’ vittmi ta’ delitti, b’mod partikolari fuq l-aċċess ta’ vittmi tad-delitti għall-ġustizza u d-drittijiet tagħhom għal kumpens għal ħsarat, inkluż spejjeż legali.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Vittmi tad-delitti fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu ntitolati għal kumpens bil-fier [ġust] u xieraq għall-ħsarat li jkunu soffrew, mingħajr ma jingħata każ ta’ fejn [fl-Unjoni] Ewropea jkun ġie kommess id-delitt.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tfassal sistema ta’ koperazzjoni biex jiġi faċiliat aċċess għal kumpens ta’ vittmi ta’ delitti f’sitwazzjonijiet tal-qsim tal-fruntieri, li għandha topera fuq il-bażi ta’ skemi ta’ l-Istati Membri fuq kumpens ta’ vittmi ta’ delitti vjolenti u intenzjonali, kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom. Għalhekk, mekkaniżmu ta’ kumpens għandu jkun fis-seħħ fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Il-biċċa <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l kbira ta’ l-Istati Membri diġa stabbilixxew dawn l-iskemi ta’ kumpens, xi wħud minnhom fi twettieq ta’ l-obbligazzjonijiet tagħhom skond il-Konvenzjoni Ewropea […] dwar il-kumpens ta’ vittmi ta’ delitt[, iffirmata fi Strasbourg fl‑<DATE ISO="19831124">24 ta’ Novembru 1983</DATE>].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Vittmi tad-delitti ħafna drabi ma jkunux jistgħu jiksbu kumpens minn min iwettaq id-delitt, minħabba li dak li jwettaq id-delitt jista’ ma jkollux il-meżżi meħtieġa biex jissodisfa ġudizzju fuq ħsarat jew minħabba li dak l-jwettaq id-delitt ma jkunx jista’ jiġi identifikat jew mixli.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/80 hija komposta minn tliet kapitoli. Il-Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Aċċess għal kumpens f’sitwazzjonijiet ta’ qsim il-fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jinkludi l-Artikoli 1 sa 11. Il-Kapitolu II, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Skemi nazzjonali dwar il-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, huwa kkostitwit mill-Artikolu 12. Il-Kapitolu III, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Disposizzjonijiet ta’ implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jinkludi l-Artikoli 13 sa 21.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2004/80 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn delitt internazzjonali vjolenti jkun ġie kommess fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn l-applikant għal kumpens ikun residenti abitwalment, l-applikant għandu jkollu d-dritt li jissottometti l-applikazzjoni lil awtorità jew kull korp ieħor fl-Istat Membru msemmi l-aħħar.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, il-kumpens għandu jitħallas mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun twettaq id-delitt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-regoli dwar aċċess għal kumpens f’sitwazzjonijiet ta’ qsim il-fruntiera mfassla minn din id-Direttiva għandhom joperaw fuq il-bażi ta’ skemi ta’ l-Istati Membri fuq kumpens għal vittmi ta’ delitti vjolenti internazzjonali [intenzjonali] kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali tagħhom jipprovdu għall-eżistenza ta’ skema ta’ kumpens lil vittmi ta’ delitti vjolenti internazzjonali kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom, li tiggarantixxi kumpens bil-fier [ġust] u xieraq għal vittmi.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/80, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> l‑<DATE ISO="20060101">1 ta’ Jannar 2006</DATE> l-aktar tard, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 12(2), li fil-każ tiegħu id-data ta’ konformita għandha tkun l‑<DATE ISO="20050701">1 ta’ Lulju 2005</DATE>. Għandhom jgħarrfu bihom lill-Kummissjoni [Ewropea] fil-pront.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-legge n. 122 – Disposizioni per l’adempimento degli obblighi derivanti dall’appartenenza dell’Italia all’Unione europea – Legge europea 2015‑2016 (il-Liġi Nru 122 li Tistabbilixxi Dispożizzjonijiet għat-Twettiq tal-Obbligi li Jirriżultaw mis-Sħubija tal-Italja fl-Unjoni Ewropea – Dritt Ewropew 2015‑2016) tas‑<DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE> (GURI Nru 158 tat‑<DATE ISO="20160708">8 ta’ Lulju 2016</DATE>), li daħlet fis-seħħ fit‑<DATE ISO="20160723">23 ta’ Lulju 2016</DATE>, ġiet adottata mir-Repubblika Taljana bl-għan, b’mod partikolari, li tikkonforma ruħha mal-obbligu tagħha li jirriżulta mill-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 ta’ din il-liġi, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Liġi Nru 122<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), jirrikonoxxi dritt għal kumpens mir-Repubblika Taljana lill-vittma ta’ delitt intenzjonali mwettaq bi vjolenza fuq il-persuna tagħha, inkluż aggressjoni sesswali, kif ukoll lill-aventi kawża ta’ din il-vittma, jekk hija tkun mietet bħala riżultat ta’ dan id-delitt. Dan il-kumpens huwa stabbilit skont l-iskala ddeterminata permezz ta’ digriet ministerjali, adottat skont l-Artikolu 11(3) tal-Liġi Nru 122, fil-limiti tal-baġit allokat lill-fond speċjali msemmi fl-Artikolu 14 ta’ din il-liġi u jekk ċerti kundizzjonijiet, previsti fl-Artikolu 12 tal-imsemmija liġi, jiġu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dan id-dritt għal kumpens jibbenefika wkoll lil kull vittma ta’ delitt intenzjonali vjolenti mwettaq wara t‑<DATE ISO="20050630">30 ta’ Ġunju 2005</DATE> u qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 122. Talba għal kumpens minn tali vittma kellha titressaq, taħt piena ta’ dekadenza, sat‑<DATE ISO="20190930">30 ta’ Settembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Adottat skont l-Artikolu 11(3) tal-Liġi Nru 122, id-decreto ministeriale – Determinazione degli importi dell’indennizzo alle vittime dei reati intenzionali violenti (id-Digriet Ministerjali li Jistabbilixxi l-Ammonti ta’ Kumpens li Għandhom Jitħallsu lill-Vittmi ta’ Delitti Vjolenti Intenzjonali) tal‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE> (GURI Nru 237 tal‑<DATE ISO="20171010">10 ta’ Ottubru 2017</DATE>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Digriet Ministerjali tal‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE><QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), jiddetermina l-ammonti ta’ kumpens lill-vittmi ta’ delitti intenzjonali vjolenti skont l-iskala li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(a) fir-rigward tad-delitt ta’ qtil, fl-ammont fiss ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">7200</FT>, u, fil-każ ta’ qtil imwettaq minn konjuġi, inkluż wieħed li huwa separat jew divorzjat, jew minn persuna li hija, jew kienet, marbuta emottivament mal-parti leża, fl-ammont fiss ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">8200</FT> esklużivament għal ulied il-vittma; (b) fir-rigward tad-delitt ta’ aggressjoni sesswali li sar riferiment għalih fl-Artikolu 609a tal-Kodiċi Kriminali, għajr fejn titqajjem iċ-ċirkustanza attenwanti ta’ inqas gravità fl-ammont fiss ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT>; (c) fir-rigward tad-delitti oħrajn minbarra dawk li sar riferiment għalihom fis-subparagrafi (a) u (b), sa massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3000</FT> bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ kura medika.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-lejl ta’ bejn il‑15 u s‑<DATE ISO="20051016">16 ta’ Ottubru 2005</DATE>, BV, ċittadina Taljana residenti l-Italja, kienet vittma ta’ aggressjonijiet sesswali mwettqa fit-territorju Taljan. L-awturi ta’ dawn l-aggressjonijiet ġew ikkundannati għal pieni ta’ priġunerija kif ukoll għall-ħlas, lil BV, tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> bħala danni. Madankollu, peress li l-imsemmija awturi ħarbu, din l-aħħar somma ma setgħetx tiġi rkuprata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Frar 2009, BV ressqet kawża kontra l-Uffiċċju tal-Prim Ministru quddiem it-Tribunale di Torino (il-Qorti Distrettwali ta’ Torino, l-Italja) sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tar-Repubblika Taljana talli ma implimentatx b’mod korrett u sħiħ l-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 2004/80, b’mod partikolari dak previst fl-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tas‑<DATE ISO="20100526">26 ta’ Mejju 2010</DATE>, it-Tribunale di Torino (il-Qorti Distrettwali ta’ Torino) laqgħet it-talbiet ta’ BV u kkundannat lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru jħallasha s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">90000</FT>, flimkien mal-interessi legali u l-ispejjeż legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppreżenta appell kontra dik is-sentenza quddiem il-Corte di appello di Torino (il-Qorti tal-Appell ta’ Torino, l-Italja). Din il-qorti, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE>, bidlet is-sentenza tat-Tribunale di Torino (il-Qorti Distrettwali ta’ Torino), billi naqqset l-ammont tal-kumpens għal EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>, u kkonfermat il-kumplament ta’ dik is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Uffiċċju tal-Prim Ministru ppreżenta appell ta’ kassazzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju. Fl-appell tiegħu, huwa b’mod partikolari sostna li d-Direttiva 2004/80 ma hijiex sors ta’ drittijiet li jistgħu jiġu invokati minn ċittadin tal-Unjoni kontra l-Istat Membru ta’ residenza tiegħu, peress li din tikkonċerna<?PAGE NO="5"?> biss sitwazzjonijiet transkonfinali u hija intiża sabiex tiżgura l-aċċess tal-vittmi ta’ reat intenzjonali vjolenti mwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex dak tar-residenza tagħhom għall-proċeduri ta’ kumpens previsti fl-Istat Membru tat-twettiq tal-imsemmi reat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tqis li, fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161011">11 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑601/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:759">EU:C:2016:759</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-ġurisprudenza preċedenti tagħha, li skontha d-Direttiva 2004/80 hija intiża sabiex tirregola biss is-sitwazzjonijiet transkonfinali, billi tiżgura li l-vittma ta’ delitt intenzjonali vjolenti mwettaq fi Stat Membru li ma huwiex dak tar-residenza abitwali tagħha tiġi kkumpensata mill-Istat Membru li fih twettaq id-delitt. Minn din il-ġurisprudenza, il-qorti tar-rinviju tiddeduċi li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 ma jistax jiġi invokat, b’mod immedjat u dirett, kontra l-Istat Taljan minn vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti li jirrisjedu fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li, skont il-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità, kif stabbiliti fl-Artikolu 18 TFUE kif ukoll fl-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huwa possibbli li jitqies li r-Repubblika Taljana ma setgħetx twettaq implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2004/80 billi tillimita l-applikazzjoni tal-iskema nazzjonali ta’ kumpens biss għall-vittmi li jinsabu f’sitwazzjonijiet transkonfinali, peress li tali limitazzjoni kienet tissuġġetta liċ-ċittadini Taljani li jirrisjedu fl-Italja għal trattament diskriminatorju inġust.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Abbażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-qorti tar-rinviju tqis li, sabiex jiġu evitati diskriminazzjonijiet, il-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti għandhom ikunu jistgħu jinvokaw dritt ta’ aċċess għall-iskema ta’ kumpens tal-Istat Membru li fih twettaq l-att inkwistjoni, kemm jekk jinsabu f’sitwazzjoni transkonfinali kif ukoll jekk huma residenti f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan il-każ, in-neċessità li tiġi evitata tali diskriminazzjoni tibqa’ rilevanti, anki jekk BV tista’ tgawdi mid-dritt għal kumpens irrikonoxxut mil-Liġi Nru 122, li daħlet fis-seħħ wara li din ippreżentat l-azzjoni tagħha għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra r-Repubblika Taljana, iżda li hija applikabbli b’mod retroattiv ukoll fir-rigward tagħha. Fil-fatt, fil-kuntest ta’ din l-azzjoni, BV issostni li hija ġarrbet dannu minħabba n-nuqqas tar-Repubblika Taljana li twettaq l-obbligu ta’ traspożizzjoni fi żmien xieraq tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80, u mhux id-dritt li tikseb, abbażi tad-dritt Taljan, il-kumpens attwalment previst mil-Liġi Nru 122.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju ssostni li għandha dubju dwar in-natura ġusta u xierqa, fis-sens tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80, tas-somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT>, prevista mid-Digriet Ministerjali tal‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE>, għall-kumpens ta’ vittmi ta’ aggressjonijiet sesswali, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika, f’dan ir-rigward, li l-qrati Taljani stabbilixxew, f’sentenzi reċenti, l-allowances mogħtija bħala kumpens għad-dannu li rriżulta minn aggressjoni sesswali għal ammonti minn EUR <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">200000</FT>. Barra minn hekk, l-ammonti tal-kumpens mogħti lill-vittmi li jkunu ppreżentaw azzjonijiet għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra r-Repubblika Taljana minħabba n-nuqqas tagħha li tittrasponi d-Direttiva 2004/80 fid-dritt intern tagħha jvarjaw minn EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT> sa EUR <FT TYPE="NUMBER">150000</FT>. Fid-dawl ta’ dawn l-ammonti, l-imsemmija somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT> tista’ tiġi kklassifikata bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>mhux xierqa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jew bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>redikola<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Corte suprema di cassazione (il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>1)</NO.P><TXT>[F]’każ ta’ traspożizzjoni tardiva (u/jew inkompleta) fl-ordinament ġuridiku intern tad-Direttiva [2004/80], li ma hijiex ta’ applikazzjoni diretta, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ sistema ta’ kumpens għall-vittmi tad-delitti vjolenti li hija timponi, li toħloq<?PAGE NO="6"?> fir-rigward tal-persuni f’sitwazzjoni transkonfinali li lilhom l-imsemmija direttiva hija esklużivament indirizzata, l-obbligu ta’ kumpens tal-Istat Membru skont il-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (fost oħrajn, is-sentenzi [tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911119">19 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Francovich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑6/90 u C‑9/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:428">EU:C:1991:428</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>]), id-dritt [tal-Unjoni] jimponi fuq l-Istat Membru obbligu simili għal dak impost fuq persuni li ma humiex f’sitwazzjoni transkonfinali (jiġifieri residenti), li ma kinux ikunu l-benefiċjarji diretti tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-direttiva, iżda li, sabiex jiġi evitat ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza/[ta’] nondiskriminazzjoni fil-qafas ta’ dan id-dritt [tal-Unjoni] kellhom u setgħu – kieku d-direttiva kienet ġiet implimentata tempestivement u b’mod eżawrjenti – jibbenefikaw b’estensjoni tal-effett utli ta’ din l-istess direttiva (fi kliem ieħor tas-sistema ta’ kumpens iċċitata iktar ’il fuq)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>[2)</NO.P><TXT>F]il-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti[,] il-kumpens għall-vittmi tad-delitti vjolenti u intenzjonali (u b’mod partikolari tad-delitt ta’ aggressjoni sesswali msemmi fl-Artikolu 609a tal-Kodiċi Kriminali) previst mid-Digriet [Ministerjali] tal‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE> [addottat skont l-Artikolu 11(3) tal-Liġi Nru 122], fl-ammont fiss ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT>, jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>kumpens [ġust] u xieraq għal vittmi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fis-sens tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-possibbiltà li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Kif tindika l-qorti tar-rinviju, wara l-preżentata tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra r-Repubblika Taljana li tikkostitwixxi s-suġġett tal-kawża prinċipali, dan l-Istat Membru stabbilixxa skema ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorju Taljan, kemm jekk dawn jirrisjedu fl-Italja kif ukoll jekk dawn ma jirrisjedux hemmhekk. Din l-iskema tkopri wkoll, b’mod retroattiv, l-atti li jaqgħu taħt din il-kriminalità li twettqu mill‑<DATE ISO="20050701">1 ta’ Lulju 2005</DATE> u, għaldaqstant, l-atti ta’ aggressjoni sesswali li tagħhom BV kienet il-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Taljan, BV ressqet talba għal kumpens fil-kuntest tal-imsemmija skema u, fl‑<DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, jiġifieri wara t-tressiq ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, ġiet adottata u trażmessa deċiżjoni lill-awtorità kompetenti għall-eżekuzzjoni li tagħti lil BV kumpens ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT>, li jikkorrispondi għal dak previst mid-Digriet Ministerjali tal‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE> għall-aggressjonijiet sesswali li hija ġarrbet. Minn dan il-fatt il-Gvern Taljan jiddeduċi li l-kawża prinċipali issa ma għadx għandha skop, b’tali mod li d-domandi tal-qorti tar-rinviju huma ta’ natura ipotetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Dan l-argument ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 16 u 17 ta’ din is-sentenza, il-qorti tar-rinviju hija adita b’appell ta’ kassazzjoni kontra deċiżjoni tal-Corte d’appello di Torino (il-Qorti tal-Appell ta’ Torino), li kkundannat lir-Repubblika Taljana tħallas lil BV kumpens ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">50000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tista’, fl-istadju tal-appell ta’ kassazzjoni, tieħu inkunsiderazzjoni fatti li seħħew wara d-deċiżjoni msemmija f’dan l-appell, jiġifieri l-allokazzjoni, lil BV, skont l-iskema ta’ kumpens Taljana, ta’ kumpens ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT> bħala kumpens għall-aggressjonijiet sesswali li din tal-aħħar ġarrbet, għandu, fi kwalunkwe każ, jitfakkar li applikazzjoni retroattiva, regolari u kompleta tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ direttiva tippermetti, bħala prinċipju, li jiġu rrimedjati l-konsegwenzi dannużi tat-traspożizzjoni tardiva ta’ din id-direttiva u li jiġi żgurat kumpens adegwat għad-dannu mġarrab mill-benefiċjarji tal-imsemmija direttiva minħabba din it-traspożizzjoni tardiva, ħlief jekk dawn il-benefiċjarji jistabbilixxu l-eżistenza ta’ telf addizzjonali li huma ġarrbu minħabba<?PAGE NO="7"?> l-fatt li ma setgħux igawdu fil-ħin mill-benefiċċji pekunjarji żgurati minn din id-direttiva u li għalhekk dawn ikollhom jiġu kkumpensati wkoll (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180124">24 ta’ Jannar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Pantuso <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/16 u C‑617/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:32">EU:C:2018:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, kif ġie enfasizzat fil-punt 21 ta’ din is-sentenza, l-azzjoni ta’ BV li tat lok għall-kawża prinċipali, ippreżentata qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 122 li tirrikonoxxilha retroattivament id-dritt għal kumpens, hija intiża sabiex ir-Repubblika Taljana tiġi kkundannata għall-kumpens għad-dannu li l-persuna kkonċernata ssostni li ġarrbet minħabba n-nuqqas ta’ dan l-Istat Membru li jwettaq l-obbligu li jittrasponi l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 fi żmien xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Is-soluzzjoni ta’ din it-tilwima għalhekk tinvolvi li għandu jiġi vverifikat jekk dan l-Artikolu 12(2) jagħtix lil individwi, bħal BV, dritt li dawn jistgħu jinvokaw sabiex jikkontestaw ir-responsabbiltà ta’ Stat Membru minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni u, fl-affermattiv, jekk il-kumpens ta’ ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT> li l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jallokaw lill-persuna kkonċernata abbażi tad-Digriet Ministerjali tal‑<DATE ISO="20170831">31 ta’ Awwissu 2017</DATE> jirrappreżentax <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kumpens ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-imsemmi Artikolu 12(2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju dejjem jippreżentaw interess għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali u ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>ipotetiċi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>. Għaldaqstant, hemm lok li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondihom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li tista’ tapplika l-iskema ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għal dannu kkawżat minħabba l-ksur ta’ dan id-dritt, għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma ttrasponiex l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 fi żmien xieraq, fir-rigward ta’ vittmi residenti fl-imsemmi Stat Membru, li fit-territorju tiegħu twettaq l-att ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-individwi leżi għandhom dritt għal kumpens għad-danni kkawżati minn ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil Stat Membru meta jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet, jiġifieri li d-dispożizzjoni legali tal-Unjoni miksura għandha l-għan li tagħtihom drittijiet, li l-ksur ta’ din id-dispożizzjoni huwa suffiċjentement serju u li teżisti rabta kawżali diretta bejn dan il-ksur u d-dannu mġarrab minn dawn l-individwi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960305">5 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>Brasserie du pêcheur u Factortame</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑46/93 u C‑48/93</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:79">EU:C:1996:79</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030930">30 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Köbler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑224/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:513">EU:C:2003:513</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Tomášová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑168/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:602">EU:C:2016:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-implimentazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita r‑responsabbiltà tal-Istati Membri għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni għandha, bħala prinċipju, titwettaq mill-qrati nazzjonali, konformement mal-linji gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex titwettaq din l-implimentazzjoni (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the Thin Cap Group Litigation</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑524/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:161">EU:C:2007:161</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kantarev</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑571/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:807">EU:C:2018:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-eżami tal-ewwel kundizzjoni, li fuqha jirrigwardaw preċiżament id-domandi tal-qorti tar-rinviju li wasslu għal din il-kawża, jinvolvi li għandu jiġi vverifikat jekk l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 jobbligax lill-Istati Membri li jkollhom skema ta’ kumpens lill-vittmi kollha ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorji rispettivi tagħhom li tiżgura kumpens ġust u xieraq, u jekk din id-dispożizzjoni għalhekk tagħtix lil dawn il-vittmi kollha, inkluż lil dawk li jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, id-dritt li jiksbu tali kumpens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-kliem tagħha stess, l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju hija bbażata fuq il-premessa li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 jobbliga lill-Istati Membri li jkollhom skema ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti biss fir-rigward tal-vittmi li jinsabu f’sitwazzjoni transkonfinali, jiġifieri, skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, vittmi ta’ att ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettaq fit-territorju ta’ Stat Membru li ma huwiex dak li fih huma jirrisjedu abitwalment. Abbażi ta’ din il-premessa, din il-qorti tistaqsi madankollu jekk, sabiex jiġi evitat ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, din l-iskema ta’ kumpens għandhiex tibbenefika wkoll lill-vittmi ta’ tali kriminalità li jirrisjedu fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tiġi vverifikata l-fondatezza tal-imsemmija premessa, huwa neċessarju li tingħata interpretazzjoni tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80. F’dan ir-rigward, konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190226">26 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Rimšēvičs u BĊE vs Il‑Latvja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑202/18 u C‑238/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:139">EU:C:2019:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-formulazzjoni tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi, f’termini ġenerali, l-obbligu għall-Istati Membri li jkollhom skema ta’ kumpens tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>vittmi ta’ delitti vjolenti internazzjonali kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, u mhux biss tal-vittmi li jinsabu f’sitwazzjoni transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80, għandu jitfakkar li l-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva jikkostitwixxi l-uniku artikolu tal-Kapitolu II tagħha, li jirrigwarda, konformement mat-titolu tiegħu, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[is]kemi nazzjonali dwar il-kumpens<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. B’differenza mit-titolu tal-Kapitolu I tal-imsemmija direttiva, dak tal-Kapitolu II ta’ din l-istess direttiva ma jirrigwardax speċifikament is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>sitwazzjonijiet ta’ qsim il-fruntieri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva 2004/80 jipprevedi li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar l-aċċess għal kumpens f’sitwazzjonijiet transkonfinali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>joperaw fuq il-bażi ta’ skemi ta’ l-Istati Membri fuq kumpens għal vittmi ta’ delitti vjolenti internazzjonali [intenzjonali] kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma għażilx li tiġi stabbilita, minn kull Stat Membru, skema ta’ kumpens speċifika, limitata biss għall-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti li jinsabu f’sitwazzjoni transkonfinali, iżda li jiġu applikati, favur dawn il-vittmi, skemi nazzjonali ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorji rispettivi tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 jimponi fuq kull Stat Membru l-obbligu li jkollu skema ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kull delitt li jaqa’ taħt il-kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorju tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, kif jirriżulta mill-premessa 8 tad-Direttiva 2004/80, li, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-direttiva, tali skema kienet prevista mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-parti l-kbira tal-Istati Membri. Madankollu, kif indikat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, f’din id-data, żewġ Stati Membri kien għad ma kellhomx skema ta’ kumpens għall-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorji tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Issa, fin-nuqqas li tali skema tiġi prevista, Stat Membru ma jistax jikkonforma ruħu mal-obbligi tiegħu dwar l-aċċess għal kumpens f’sitwazzjonijiet transkonfinali, kif jirriżultaw mid-Direttiva 2004/80, peress li, skont l-Artikolu 12(1) ta’ din id-direttiva, id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għal kumpens f’tali sitwazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>joperaw fuq il-bażi ta’ skemi ta’ l-Istati Membri fuq kumpens għal vittmi ta’ delitti vjolenti internazzjonali [intenzjonali] kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mid-Direttiva 2004/80, ċertament, il-premessa 1 tagħha tirreferi għar-rieda tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jneħħi, bejn l-Istati Membri, l-ostakoli għall-moviment liberu tal-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 2 ta’ din id-direttiva, wara li fakkret il-ġurisprudenza li, skontha, meta d-dritt tal-Unjoni jiżgura lil persuna fiżika l-libertà li tmur fi Stat Membru ieħor, il-protezzjoni tal-integrità ta’ din il-persuna fl-Istat Membru inkwistjoni, bl-istess mod bħal dik taċ-ċittadini u tal-persuni residenti hemmhekk, tikkostitwixxi l-korollarju ta’ din il-libertà ta’ moviment (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890202">2 ta’ Frar 1989</DATE>, <NAME.CASE>Cowan</NAME.CASE>, <NO.CASE>186/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:47">EU:C:1989:47</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tistabbilixxi li miżuri intiżi sabiex jiffaċilitaw il-kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità għandhom jikkontribwixxu għal dan l-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-premessi 3, 6, 7 u 10 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-premessa 3 tad-Direttiva 2004/80 tfakkar li l-Kunsill Ewropew, f’laqgħa f’Tampere fil‑15 u fis‑<DATE ISO="19991016">16 ta’ Ottubru 1999</DATE>, enfasizza n-neċessità li jiġu stabbiliti livelli minimi għall-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltajiet tagħhom ta’ aċċess għall-ġustizzja u tad-dritt tagħhom għall-kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-premessa 6 tad-Direttiva 2004/80 jirriżulta li l-vittmi tal-kriminalità fl-Unjoni għandhom ikollhom dritt għal kumpens ġust u xieraq għad-dannu li jkunu ġarrbu, irrispettivament mill-post fl-Unjoni fejn ikun twettaq id-delitt. Konsegwentement, kif tippreċiża l-premessa 7 ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom mekkaniżmu ta’ kumpens għal dawn il-vittmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 10 tad-Direttiva 2004/80 tindika li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jieħu inkunsiderazzjoni d-diffikultajiet li ħafna drabi jiltaqgħu magħhom il-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti sabiex jiġu kkumpensati mill-awtur tad-delitt, kemm jekk minħabba l-fatt li dan tal-aħħar ma jkollux ir-riżorsi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma’ deċiżjoni ġudizzjarja li tagħti danni lill-vittma kif ukoll jekk dan ma jkunx jista’ jiġi identifikat jew mixli. Issa, kif juru l-fatti li wasslu għal din il-kawża, tali diffikultajiet jistgħu jiġu esperjenzati mill-vittmi ta’ din il-kriminalità anki meta huma jirrisjedu fl-Istat Membru li fih seħħ id-delitt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 39 sa 51 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 jobbliga lil kull Stat Membru li jkollu skema ta’ kumpens li tkopri lill-vittmi kollha ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorji tagħhom u mhux biss lill-vittmi li jinsabu f’sitwazzjoni transkonfinali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li d-Direttiva 2004/80 tipprevedi skema ta’ kumpens biss fil-każ ta’ delitt intenzjonali vjolenti li twettaq fi Stat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab il-vittma, fil-kuntest tal-eżerċizzju tad-dritt tagħha għall-moviment liberu, b’tali mod li sitwazzjoni purament interna ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070628">28 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Dell’Orto</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑467/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:395">EU:C:2007:395</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Giovanardi <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑79/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:448">EU:C:2012:448</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140130">30 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>C.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑122/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:59">EU:C:2014:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz ta’ din il-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja llimitat ruħha li tippreċiża li s-sistema ta’ kooperazzjoni stabbilita mill-Kapitolu I tad-Direttiva 2004/80 tikkonċerna biss l-aċċess għall-kumpens f’sitwazzjonijiet transkonfinali, mingħajr madankollu ma ddeterminat il-portata tal-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva, li jinsab fil-Kapitolu II tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161011">11 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑601/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:759">EU:C:2016:759</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 jagħti d-dritt li jinkiseb kumpens ġust u xieraq mhux biss lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorju ta’ Stat Membru li jinsabu f’sitwazzjoni transkonfinali, fis-sens tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, iżda wkoll lill-vittmi li<?PAGE NO="10"?> jirrisjedu abitwalment fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru. Għaldaqstant, bla ħsara għal dak li tfakkar fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, u sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra previsti mill-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 34 ta’ din is-sentenza jiġu ssodisfatti, individwu għandu dritt għal kumpens għad-danni kkawżati lilu mill-ksur, minn Stat Membru, tal-obbligu tiegħu li jirriżulta mill-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80, u dan indipendentement mill-punt dwar jekk dan l-individwu kienx jinsab f’tali sitwazzjoni transkonfinali fil-mument meta huwa kien il-vittma ta’ delitt li jaqa’ taħt il-kriminalità intenzjonali vjolenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda hija li d-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tapplika l-iskema ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għal dannu kkawżat minħabba l-ksur ta’ dan id-dritt, għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma ttrasponiex l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 fi żmien xieraq, fir-rigward ta’ vittmi residenti fl-imsemmi Stat Membru, li fit-territorju tiegħu twettaq l-att ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 għandux jiġi interpretat fis-sens li kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT> mogħti lill-vittmi ta’ aggressjoni sesswali taħt skema nazzjonali ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti għandu jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-assenza, fid-Direttiva 2004/80, ta’ kwalunkwe indikazzjoni fir-rigward tal-ammont tal-kumpens meqjus li jikkorrispondi għal kumpens <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva, kif ukoll għall-modalitajiet ta’ determinazzjoni ta’ tali kumpens, għandu jitqies li din id-dispożizzjoni tirrikonoxxi marġni ta’ diskrezzjoni lill-Istati Membri f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 għandu jitħallas mhux mill-awtur tal-vjolenza kkonċernata nnifsu, iżda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu twettaq id-delitt, konformement mal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, permezz ta’ skema nazzjonali ta’ kumpens li għandha tiġi żgurata l-vijabbiltà finanzjarja tagħha sabiex jiġi żgurat kumpens ġust u xieraq lill-vittmi kollha ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti mwettqa fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li jitqies, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali fil-punti 137 sa 139 tal-konklużjonijiet tiegħu, li l-kumpens <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, imsemmi fl-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80, ma għandux neċessarjament jikkorrispondi mad-danni li jistgħu jingħataw, mill-awtur ta’ delitt li jaqa’ taħt il-kriminalità intenzjonali vjolenti, lill-vittma ta’ dan id-delitt. Konsegwentement, dan il-kumpens ma għandux neċessarjament jiżgura kumpens sħiħ għad-dannu materjali u morali mġarrab minn din il-vittma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, fl-aħħar mill-aħħar hija l-qorti nazzjonali li għandha tiżgura, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li stabbilixxew l-iskema ta’ kumpens ikkonċernata, li s-somma allokata lil vittma ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti bis-saħħa ta’ din l-iskema tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>kumpens ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, għandhom jiġu rrilevati l-elementi rilevanti ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 12(2) ta’ din id-direttiva, li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-verifika prevista fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi ppreċiżat li Stat Membru jmur lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti mill-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 jekk id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu kienu jipprevedu kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti purament simboliku jew manifestament insuffiċjenti fid-dawl tal-gravità tal-konsegwenzi, għal dawn il-vittmi, tad-delitt imwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, fis-sens tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80, il-kumpens mogħti lil tali vittmi jirrappreżenta kontribuzzjoni għall-kumpens għad-dannu materjali u morali mġarrab minnhom. Tali kontribuzzjoni tista’ titqies li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ġusta u xierqa<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> jekk tikkumpensa, b’mod adegwat, it-tbatija li dawn ġew esposti għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Issa li saret din il-preċiżjoni, għad hemm lok li jiġi rrilevat, fid-dawl tal-karatteristiċi tal-iskema ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti stabbilita mir-Repubblika Taljana, li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa lil tali vittmi, peress li s-somma f’daqqa allokata lil kull vittma tista’ tvarja skont in-natura tal-vjolenza mġarrba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, Stat Membru li jagħżel tali skema ta’ kumpens għandu jiżgura li l-iskala tal-kumpens tkun iddettaljata biżżejjed, b’mod li jiġi evitat li l-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa previst għal tip ta’ vjolenza partikolari jkun jista’ jirriżulta, fid-dawl tal-fatti ta’ każ partikolari, f’kumpens manifestament insuffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-aggressjonijiet sesswali, għandu jiġi osservat li dawn jistgħu jagħtu lok għall-konsegwenzi l-iktar gravi tal-kriminalità intenzjonali vjolenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Konsegwentement, bla ħsara għall-verifika mill-qorti tar-rinviju, somma f’daqqa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4800</FT> għall-kumpens lill-vittma ta’ att ta’ aggressjoni sesswali ma tidhirx li tikkorrispondi, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>kumpens ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda hija li l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa mogħti lill-vittmi ta’ aggressjoni sesswali taħt skema nazzjonali ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk dan jiġi stabbilit mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-gravità tal-konsegwenzi, għall-vittmi, tad-delitt imwettaq u għalhekk ma jirrappreżentax kontribuzzjoni adegwata bħala kumpens għad-dannu materjali u morali mġarrab.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tapplika l-iskema ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali ta’ Stat Membru għal dannu kkawżat minħabba l-ksur ta’ dan id-dritt, għar-raġuni li dan l-Istat Membru ma ttrasponiex l-Artikolu 12(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> li għandha x’taqsam ma’ kupens għal vittmi ta’ delitti fi żmien xieraq, fir-rigward ta’ vittmi residenti fl-imsemmi Stat Membru, li fit-territorju tiegħu twettaq l-att ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva 2004/80 għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa mogħti lill-vittmi ta’ aggressjoni sesswali taħt skema nazzjonali ta’ kumpens lill-vittmi ta’ kriminalità intenzjonali vjolenti ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ġust u xieraq<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk dan jiġi stabbilit mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-gravità tal-konsegwenzi, għall-vittmi, tad-delitt imwettaq u għalhekk ma jirrappreżentax kontribuzzjoni adegwata bħala kumpens għad-dannu materjali u morali mġarrab.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>