|
2.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 207/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 38/2012
tat-30 ta’ Marzu 2012
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 5/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (2), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 881/2011 tat-2 ta’ Settembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1137/2007 fir-rigward tal-kompożizzjoni addittiva tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 17299 (detentur tal-awtorizzazzjoni Chr. Hansen A/S) u l-użu tiegħu fl-għalf li fih l-aċidu formiku (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Bacillus subtilis (ATCC PTA-6737) bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ imrobbijin biex ibidu, il-papri għat-tismin, is-summien, il-faġani, il-perniċi, il-fargħuni, il-ħamiem, il-wiżż għat-tismin u n-nagħm (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Kemin Europa N.V.) (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(5) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodott minn Trichoderma reesei (CBS 122001) bħala addittiv tal-għalf għall-ħnieżer nisa (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2011 tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Enterococcus faecium CECT 4515 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni Lactosan GmbH & Co SA) (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(7) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 888/2011 tat-5 ta’ Settembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ diklażuril bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Janssen Pharmaceutica N.V.) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2430/1999 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 900/2011 tas-7 ta’ Settembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-lasaloċid A sodju bħala addittiv tal-għalf għall-faġani, il-fargħuni, is-summien u l-perniċi għajr l-għasafar għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Alpharma (il-Belġju) BVBA) (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(9) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1068/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ imrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (9) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(10) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1074/2011 tal-24 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae NCYC R-625 bħala addittiv għall-għalf tal-ħnienes miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Integro Gida SAN. ve TIC. A.S. rappreżentat minn RM Associates Ltd) (10) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim |
|
(11) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2011 tat-27 ta’ Ottubru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżim ta’ endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49755), u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotta minn Trichoderma reesei (MULC 49754) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Aveve NV) (11) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(12) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1110/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksinalażi prodotta minn Trichoderma reesei (CBS 114044), addittiv fl-għalf għat-tiġieġ li jbidu, speċi minuri tat-tjur u ħnieżer għat-tismin (detentur tal-awtorizzazzjoni Roal Oy) (12) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(13) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1111/2011 tat-3 ta’ Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (NCIMB 30236) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (13), għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(14) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni li tolqot oġġetti tal-għalf. Il-leġiżlazzjoni dwar oġġetti tal-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I ta’ mal-Ftehim. Din id-deċiżjoni, għalhekk, m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu II tal-Anness I ta’ mal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999):
|
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1zzzy (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1137/2007):
|
|
3. |
Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zj (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2011):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 26/2011, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 881/2011, (UE) Nru 885/2011, (UE) Nru 886/2011, (UE) Nru 887/2011, (UE) Nru 888/2011, (UE) Nru 900/2011, (UE) Nru 1068/2011, (UE) Nru 1074/2011, (UE) Nru 1088/2011, (UE) Nru 1110/2011 u (UE) Nru 1111/2011 fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2012, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
L-Aġent President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 161, 21.6.2012, p. 8.
(2) ĠU L 11, 15.1.2011, p. 18.
(8) ĠU L 231, 8.9.2011, p. 15.
(9) ĠU L 277, 22.10.2011, p. 11.
(10) ĠU L 278, 25.10.2011, p. 5.
(11) ĠU L 281, 28.10.2011, p. 14.
(12) ĠU L 287, 4.11.2011, p. 27.
(13) ĠU L 287, 4.11.2011, p. 30.
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.