|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7265 |
29.11.2024 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuna soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali
(C/2024/7265)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Choguel MAÏGA (nru 3), persuna li tidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 (1) u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuna msemmija hawn fuq b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata. Din il-persuna hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista għad-deżinjazzjoni tagħha, qabel is-7 ta' Diċembru 2024 , fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7265/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)