|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2401 |
13.9.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2401
tat-12 ta’ Settembru 2024
li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2101 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
|
(1) |
Il-fluworur tas-sulfuril ġie inkluż fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18. Għalhekk, skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, tqies approvat sal-31 ta’ Diċembru 2018 għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 u sat-30 ta’ Ġunju 2021 għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 skont dak ir-Regolament, soġġett għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2017, l-applikazzjonijiet tressqu f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18 (“l-applikazzjonijiet”). L-applikazzjonijiet ġew evalwati mill-awtorità kompetenti tal-Iżvezja (“l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni”). |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1479 (3), id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 ġiet posposta għat-30 ta’ Ġunju 2021, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-eżami tal-applikazzjoni. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/713 (4) ipposponiet għal darb’oħra d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18 għall-31 ta’ Diċembru 2023. Dik l-iskadenza reġgħet ġiet posposta bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2101 (5) għall-31 ta’ Diċembru 2024. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2402 (6) ma ġedditx l-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18. Għalhekk, huwa xieraq li titħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2101 li tipposponi d-data ta’ skadenza tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2101 għandu jitħassar.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1479 tat-3 ta’ Ottubru 2018 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 8 (ĠU L 249, 4.10.2018, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/1479/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/713 tad-29 ta’ April 2021 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tas-sulfuril tal-fluworur għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18 (ĠU L 147, 30.4.2021, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/713/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2101 tat-28 ta’ Settembru 2023 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 241, 29.9.2023, p. 147, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2101/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2402 tat-12 ta’ Settembru 2024 li ma ġġeddidx l-approvazzjoni tal-fluworur tas-sulfuril għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tipi ta’ prodott 8 u 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/ 2402, 13.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2402/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2401/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)