<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑234/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CJ0234</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:6">EU:C:2016:6</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20160114">14.1.2016</DATE> — KAWŻA C‑234/14</P><P>OSTAS CELTNIEKS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Kapaċità ekonomika u finanzjarja</KEYWORD><KEYWORD>Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 47(2) u 48(3)</KEYWORD><KEYWORD>Speċifikazzjonijiet li jinkludu l-obbligu għal offerent li jikkonkludi kuntratt ta’ partenarjat jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv mal‑entitajiet li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑234/14,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (qorti suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20140423">23 ta’ April 2014</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20140512">12 ta’ Mejju 2014</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ostas celtnieks<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> SIA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Talsu novada pašvaldība,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Iepirkumu uzraudzības birojs,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano (Relatur), Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qed jaġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, F. Biltgen, E. Levits, M. Berger u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ostas celtnieks<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> SIA, minn J. Ešenvalds, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn I. Kalniņš u L. Skolmeistare, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Grieg, minn K. Georgiadis u S. Lekkou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u A. Sauka, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20150604">4 ta’ Ġunju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ostas celtnieks<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> SIA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Ostas celtnieks<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u, min-naħa l-oħra, it-Talsu novada pašvaldība (awtorità lokali tad-dipartiment ta’ Talsi) u l-Iepirkumu uzraudzības birojs (uffiċċju ta’ sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi) dwar ir-rekwiżiti previsti fl-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 32 tad-Direttiva 2004/18 taqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Sabiex tinkoraġġixxi l-involviment ta’ intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju fis-suq tal-kisbiet ta’ kuntratti pubbliċi, huwa rakkomandat li jiġu inklużi l-disposizzjonijiet għall-subkuntrattar.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jiddetermina l-ammonti li ’l fuq minnhom japplikaw ir-regoli ta’ koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi li hija tistabbilixxi. F’dak li jirrigwarda l-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, l-Artikolu 7(c) tal-imsemmija direttiva jistabbilixxi l-limitu minimu għal EUR <FT TYPE="NUMBER">5186000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 44 tal-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="044.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kuntratti għandhom jingħataw [...] wara li l-adattabilità [idoneità] ta’ operaturi ekonomiċi mhux e[s]klużi [...] ikun ġie mixtarr mill-awtoritajiet kontrattwanti [kontraenti] skond il-kriterji ta’ permessi ekonomiċi u finanzjarji [kapaċità ekonomika u finanzjarja], ta’ stabilità professjonali u teknika jew abilità [konoxxenzi jew kapaċitajiet professjonali u tekniċi] li sar riferiment għalihom fl-Artikoli 47 sa 52 [...]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="044.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet kontrattwanti jistgħu jeżiġu li kandidati u dawk li jixħtu l-offerta jilħqu l-livell minimu ta’ kapaċità skont l-Artikoli 47 u 48.</ALINEA><ALINEA>Il-limitu ta’ l-informazzjoni li sar riferiment għalih fl-Artikoli 47 u 48 u l-livelli minimi ta’ abilità [kapaċità] meħtieġa għal kuntratt speċifiku għandu jkun relatat u proporzjonat mal-kontenut suġġettiv tal-kuntratt.</ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Stabilità [Kapaċità] ekonomika u finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Operatur ekonomiku jista’, fejn xieraq u għal xi kuntratt partikolari, joqgħod fuq il-ħiliet [kapaċitajiet] ta’ entitajiet oħrajn, bla rigward għan-natura legali tar-rabtiet li hu jkollu magħhom. Huwa għandu f’dak il-każ jipprova lill-awtorità kontrattwanti [kontraenti] li se jkollu għad-disposizzjoni tiegħu ir-riżorsi neċessarji, per eżempju, billi jipproduċi garanzija minn dawk l-entitajiet għal dak l-effett.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 48 tad-Direttiva 2004/18, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Abilità teknika [Kapaċitajiet tekniċi] u/jew professjonali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Operatur ekonomiku jista’, fejn xieraq u għal xi kuntratt partikolari, joqgħod fuq il-ħiliet [kapaċitajiet] ta’ entitajiet oħrajn, bla rigward għan-natura legali tar-rabtiet li hu jkollu magħhom. Hu għandu f’dak il-każ jipprova lill-awtorità kontrattwanti [kontraenti] li se jkollu għad-disposizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa għat-twettiq tal-kuntratt, per eżempju, billi jipproduċi garanzija mingħand dawk l-entitajiet li jpoġġi r-riżorsi meħtieġa għad-disposizzjoni ta’ l-operatur ekonomiku.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Latvjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-Artikoli 41(3) (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kapaċità ekonomika u finanzjarja<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) u 42(3) (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kapaċitajiet tekniċi u/jew professjonali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) tal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi (Publisko iepirkumu likums, <HT TYPE="ITALIC">Latvijas Vēstnesis</HT>, 2006, Nru 65), li tittrasponi d-Direttiva 2004/18 fid-dritt Latvjan, jipprovdu li l-offerent jista’, jekk dan ikun meħtieġ għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt partikolari, jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ imprendituri oħra, irrispettivament min-natura ġuridika tar-rabtiet bejniethom. F’dan il-każ, l-offerent għandu jipprova lill-awtorità kontraenti li ser ikollu r-riżorsi neċessarji sabiex jeżegwixxi l-kuntratt, billi jipproduċi konfermi jew ftehimiet ta’ dawn l-imprendituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ir-regoli bażiċi ta’ ftehim ta’ partenarjat huma stabbiliti fil-Kapitolu 16 tal-kodiċi ċivili Latvjan, filwaqt li l-kundizzjonijiet imposti fuq l-operaturi ekonomiċi għall-ħolqien u għall-operat ta’ soċjetà f’isem kollettiv jinsabu fit-Titolu IX tal-kodiċi kummerċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, fix-xahar ta’ Novembru 2011, l-awtorità lokali tad-dipartiment ta’ Talsi nediet proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet dwar it-titjib tal-infrastruttura tat-toroq bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-belt ta’ Talsi (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kuntratt inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 9.5 tal-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ din il-proċedura kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>[...] fil-każ fejn offerent jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ imprendituri oħra, huwa għandu jsemmi lil dawn l-imprendituri kollha u jipprova li ser ikollu r-riżorsi neċessarji. Jekk jiġi deċiż li jiġi konkluż kuntratt ma’ dan l-offerent, dan tal-aħħar għandu, qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt, jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat ma’ dawn l-imprendituri u jikkomunika dan il-ftehim lill-awtorità kontraenti. [Dan il-ftehim] għandu jinkludi:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>klawżola li skontha kull wieħed b’mod separat u kollha <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ikun (ikunu) responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[in-nomina tal-]operatur ekonomiku ewlieni, li se jkollu s-setgħat kollha biex jiffirma l-kuntratt u li se jmexxi l-eżekuzzjoni tiegħu;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>id-deskrizzjoni tal-parti tax-xogħol li għandha titwettaq minn kull parteċipant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>il-volum, espress f’perċentwali, tax-xogħol li għandu jitwettaq minn kull parteċipant.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ partenarjat tista’ tiġi ssostitwita bil-ħolqien ta’ soċjetà f’isem kollettiv.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ostas celtnieks ikkontestat il-validità, b’mod partikolari, ta’ dan il-punt 9.5 tal-ispeċifikazzjonijiet quddiem l-uffiċċju ta’ sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi. Madankollu, b’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120213">13 ta’ Frar 2012</DATE>, dan tal-aħħar ċaħad l-argumenti mqajma minn Ostas celtnieks insostenn tal-ilment tagħha billi kkunsidra li, skont l-imsemmi punt, l-awtorità kontraenti kienet speċifikat leġittimament il‑modalitajiet li skonthom l-offerent kien obbligat jipprova li huwa kellu r-riżorsi neċessarji sabiex jeżegwixxi l-kuntratt inkwistjoni b’mod xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ostas celtnieks ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem l-administratīvā rajona tiesa (qorti amministrattiva tad-distrett) li, b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20130507">7 ta’ Mejju 2013</DATE>, laqgħet dan ir-rikors. Fid-deċiżjoni tagħha, dik il-qorti rrilevat b’mod partikolari li, f’dak li jirrigwarda l-punt 9.5 tal-ispeċifikazzjonijiet, la mil-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi u lanqas mid-Direttiva 2004/18 ma kien jirriżulta li l-awtorità kontraenti tista’ timponi fuq offerent l-obbligu li jipproduċi garanzija li jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat mal-entitajiet l-oħra li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom sabiex jeżegwixxu l-kuntratt inkwistjoni u teżiġi li dan l-offerent jikkonkludi tali ftehim jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv ma’ dawn l-entitajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-awtorità lokali tad-dipartiment ta’ Talsi u l-uffiċċju ta’ sorveljanza tal-kuntratti pubbliċi ppreżentaw appelli ta’ kassazzjoni minn din id-deċiżjoni quddiem l-Augstākā tiesa (qorti suprema). Insostenn tal-appelli tagħhom, dawn l-awtoritajiet jargumentaw, b’mod partikolari, li r-rekwiżiti previsti fil-punt 9.5 tal-ispeċifikazzjonijiet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra, essenzjalment, li, għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, l-awtorità kontraenti għandha tkun tista’ tivverifika l-kapaċità tal-offerent li jeżegwixxi l-kuntratt inkwistjoni. Madankollu hija tistaqsi jekk, għal dan il-għan, id-Direttiva 2004/18 tawtorizzax lill-awtorità kontraenti timponi fuq l-offerenti li jikkonkludu ftehim ta’ partenarjat jew kuntratt ta’ soċjetà mal-imprendituri l-oħra li huma jibbażaw ruħhom fuq il-kapaċitajiet tagħhom insostenn tal-kandidatura tagħhom stess, jew jekk dawn l-offerenti humiex liberi li jagħżlu b’liema mod ser jgħaqqdu l-parteċipazzjoni ta’ dawn l-imprendituri l-oħra mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt, huma jippermettu li tiddaħħal regola fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti li tipprevedi li, fil-każ li l-kuntratt jingħata lil offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ imprendituri oħra, dan l-offerent huwa obbligat, qabel l-għoti tal-imsemmi kuntratt, jikkonkludi ma’ dawn l-imprendituri ftehim ta’ partenarjat (li jinkludi l-punti indikati fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti) jew joħloq magħhom soċjetà f’isem kollettiv?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat qabelxejn li, filwaqt li wieħed jitlaq mill-ipoteżi li d-Direttiva 2004/18 hija applikabbli fil-kuntest tal-kawża prinċipali, id-deċiżjoni tar-rinviju ma tinkludi ebda element li jippermetti li jiġi vverifikat jekk il-valur tal-kuntratt inkwistjoni jilħaqx il-limitu minimu ta’ applikazzjoni rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7(c) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja waqt is-seduta għas-sottomissjonijiet orali, il-Gvern Latvjan madankollu speċifika li l-kuntratt inkwistjoni kien kuntratt għal xogħlijiet ta’ valur ta’ madwar EUR 3 miljun, jiġifieri ammont iktar baxx mill-imsemmi limitu minimu ta’ applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont dan il-gvern, id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar il-kuntratti pubbliċi huma applikabbli wkoll għall-kuntratti għal xogħlijiet, bħall-kuntratt inkwistjoni, li jkunu ta’ ammont iktar baxx mil-limitu minimu stabbilit mid-Direttiva 2004/18.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ att tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija ġġustifikata meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat, bil-għan li jiġi żgurat trattament identiku għal dawn is-sitwazzjonijiet u għal dawk li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi att (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Generali-Providencia Biztosító</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑470/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2469">EU:C:2014:2469</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, suġġett għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju u bil-għan li tingħatalha risposta utli għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, hemm lok li d-domanda preliminari tiġi eżaminata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità kontraenti, fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, tista’ timponi fuq offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra l-obbligu, qabel l-għoti tal-imsemmi kuntratt, li jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat ma’ dawn l-entitajiet jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv ma’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18 jagħtu d-dritt lil kull operatur ekonomiku li jibbaża ruħu, għal kuntratt partikolari, fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>bla rigward għan-natura legali tar-rabtiet li hu jkollu magħhom<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, bil-kundizzjoni li tingħata prova lill-awtorità kontraenti li l-offerent ser ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi ta’ dawn l-entitajiet li huma neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Swm Costruzioni 2 u Mannocchi Luigino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑94/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:646">EU:C:2013:646</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, tali interpretazzjoni hija konformi mal-għan, li d-direttivi f’dan il-qasam ifittxu li jilħqu, li l-kuntratti pubbliċi jkunu miftuħa għall-iktar kompetizzjoni wiesgħa possibbli għall-benefiċċju mhux biss tal-operaturi ekonomiċi, iżda wkoll tal-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, tali interpretazzjoni hija wkoll ta’ natura li tiffaċilita l-aċċess ta’ impriżi żgħar u medji għall-kuntratti pubbliċi, għan li d-Direttiva 2004/18 wkoll tfittex li tilħaq, kif imsemmi fil-premessa 32 tagħha (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Swm Costruzioni 2 u Mannocchi Luigino</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑94/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:646">EU:C:2013:646</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa meta, sabiex tagħti prova tal-kapaċitajiet finanzjarji u ekonomiċi kif ukoll tekniċi u/jew professjonali tagħha bil-għan li tiġi ammessa sabiex tipparteċipa fi proċedura ta’ sejħa għal offerti, kumpannija tibbaża ruħha fuq il-kapaċitajiet ta’ organi jew ta’ impriżi li magħhom hija marbuta direttament jew indirettament, tkun xi tkun in-natura ġuridika ta’ dawn ir-rabtiet, hija għandha tipproduċi l-prova li hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>effettivament<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> għandha għad-dispożizzjoni tagħha r-riżorsi ta’ dawn l-organi jew impriżi li ma jappartjenux lilha personalment u li huma neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Holst Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:593">EU:C:1999:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, skont l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2004/18, hija l-awtorità kontraenti li għandha twettaq il-verifika tal-idoneità tal-offerent sabiex jeżegwixxi kuntratt partikolari. Din il-verifika għandha l-għan, b’mod partikolari, li tagħti lill-awtorità kontraenti l-garanzija li l-offerent effettivament ser ikun jista’ juża r-riżorsi ta’ kwalunkwe natura li fuqhom huwa jibbaża ruħu matul il-perijodu kopert mill-kuntratt (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Holst Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:593">EU:C:1999:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-istħarriġ, l-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18 la jippermettu li jiġi preżunt li tali offerent għandu jew ma għandux għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt u lanqas, inqas u inqas, li jiġu esklużi <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> ċerti modalitajiet ta’ prova (ara, b’analoġija, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Holst Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑176/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:593">EU:C:1999:593</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-offerent huwa liberu li jagħżel, minn naħa, in-natura ġuridika tar-rabtiet li huwa għandu l-intenzjoni li jistabbilixxi mal-entità li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħha għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt partikolari u, min-naħa l-oħra, il-modalità ta’ prova tal-eżistenza ta’ dawn ir-rabtiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 43 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18 jipprovdu espressament li huwa biss bħala eżempju li l-produzzjoni ta’ garanzija minn entitajiet oħra li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-offerent ir-riżorsi neċessarji għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt tikkostitwixxi prova aċċettabbli tal-fatt li huwa effettivament ser ikollu dawn ir-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu. Għaldaqstant, dawn id-dispożizzjonijiet bl-ebda mod ma jeskludu li l-offerent jipprova mod ieħor l-eżistenza tar-rabtiet li jgħaqqduh mal-entitajiet l-oħra li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tajba tal-kuntratt li għalih huwa jissottometti l-offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-awtorità lokali tad-dipartiment ta’ Talsi, bħala awtorità kontraenti, qiegħda timponi fuq offerent, jiġifieri Ostas celtnieks, li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni, li jistabbilixxi ma’ dawn l-entitajiet rabtiet ta’ natura ġuridika speċifika, b’mod li huma biss dawn ir-rabtiet partikolari li, f’għajnejn l-awtorità kontraenti, jistgħu jipprovaw li l-offerent rebbieħ għandu r-riżorsi neċessarji għad-dispożizzjoni tiegħu sabiex iwettaq sewwa l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-punt 9.5 tal-ispeċifikazzjonijiet, l-awtorità kontraenti teżiġi li l-offerent, qabel l-għoti tal-kuntratt pubbliku, jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat ma’ dawn l-entitajiet jew joħloq soċjetà f’isem kollettiv ma’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-punt 9.5 tal-ispeċifikazzjonijiet jipprevedi biss żewġ modalitajiet li jippermettu lill-offerent jipprova li huwa għandu r-riżorsi neċessarji għad-dispożizzjoni tiegħu għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt inkwistjoni, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe modalità oħra ta’ prova tar-rabtiet ġuridiċi eżistenti bejn dan l-offerent u l-entitajiet li huwa jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, regola bħal dik stabbilita fil-punt 9.5 tal-ispeċifikazzjonijiet twassal manifestament sabiex iċċaħħad id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18 minn kull effettività.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità kontraenti, fil-kuntest tal-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, tista’ timponi fuq offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra l-obbligu, qabel l-għoti tal-kuntratt, li jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat ma’ dawn l-entitajiet jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv ma’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 47(2) u 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li awtorità kontraenti, fil-kuntest tal-ispeċifikazzjonijiet relatati ma’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku, tista’ timponi fuq offerent li jibbaża ruħu fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra l-obbligu, qabel l-għoti tal-imsemmi kuntratt, li jikkonkludi ftehim ta’ partenarjat ma’ dawn l-entitajiet jew li joħloq soċjetà f’isem kollettiv ma’ dawn tal-aħħar.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>