Official Journal L 131 , 17/05/1986 P. 0047 - 0047
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0116
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0116
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 1986 li tikkonċerna l-adeżjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea għall-Ftehim dwar l-importazzjoni temporanja, mingħajr dazju, ta' tagħmir mediku, kirurġiku u tal-laboratorju għall-użu b'self b'xejn fl-isptarijiet u istituzzjonijiet mediċi oħrajn għal skopijiet ta' dijanjosi jew kura (86/181/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi Artikoli 1 u 2 tal-Ftehim dwar l-importazzjoni temporanja, mingħajr dazju, ta' tagħmir mediku, kirurġiku u tal-laboratorju għall-użu b'self b'xejn fl-isptarijiet u istituzzjonijiet mediċi oħrajn għal skopijiet ta' dijanjosi jew kura, imfassal fuq l-inizjattiva tal-Kunsill ta' l-Ewropa, jipprovdu li kull Parti Kontraenti għandha tagħti l-faċilitajiet kollha possibli għall-importazzjoni bla dazju fuq bażi temporanja ta' tagħmir bħal dan provdut lilu minn Parti Kontraenti oħra; Billi kull deroga mit-Tariffa Doganali Komuni, sew jekk awtonoma jew konvenzjonali, taqa’ taħt il-kompetenza tal-Komunità; Billi d-dħul fis-seħħ ta' Protokoll Addizzjonali li jagħti s-setgħa lill-Komunità li ssir Parti Kontraenti tal-Ftehim fuq imsemmi jippermetti lill-Komunità li teżerċita l-poter tagħha f'din il-materja; billi d-derogi stabbiliti minn dak il-Ftehim diġa hemm provvediment għalihom fir-regoli tal-Komunità dwar l-importazzjoni temporanja; Billi l-Komunità għandha għaldaqstant issir Parti Kontraenti għall-Ftehim in kwistjoni, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-adeżjoni tal-Komunità għall-Ftehim dwar l-importazzjoni temporanja, mingħajr dazju, ta' tagħmir mediku, kirurġiku u tal-laboratorju għall-użu b'self b'xejn fl-isptarijiet u istituzzjonijiet mediċi oħrajn għal skopijiet ta' dijanjosi jew kura hija b'dan approvata f'isem il-Komunità. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat sabiex jagħżel il-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu lill-Komunità. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Mejju 1986. Għall-Kunsill Il-President P. H. van Zeil --------------------------------------------------