31990D0160



Official Journal L 090 , 05/04/1990 P. 0018 - 0019
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0187
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 9 P. 0187


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Marzu 1990

dwar l-ilħuq tal-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq in-naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Awstrija, fuq in-naħa l-oħra, fuq il-koperazzjoni fl-amministrazzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma fil-baċir tad-Danubju.

(90/160/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130s tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunsidra r-Risoluzzjoni tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, tad-19 ta' Ottubru, 1987 dwar il-kontinwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Komunità Ewropea u l-programm ta' azzjoni fuq l-Ambjent (1987/1992) [4] u r-raba' programm ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-Ambjent, anness ma' l-imsemmija Risoluzzjoni, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "ir-raba' programma ta' azzjoni";

Billi r-raba' programma ta' azzjoni, b'kontinwazzjoni mal-Programmi t'Azzjoni ta' qabel, jelenka fost l-oqsma ewlenin ta' l-attività, il-monitoraġġ u l-kontroll bil-għan illi titjieb il-kwalità ta' l-ilma u jitnaqqas it-tniġġiż;

Billi r-raba' program ta' azzjoni jitlob il-parteċipazzjoni attiva mill-Komjunità u l-Istati Membri tagħha fl-azzjoni internazzjonali għall-ħarsien ta' l-ambjent, u tagħti, fi ħdan dan il-qafas partikolari, importanza għall-konnessjonijiet bilaterali mal-pajjiżi terzi;

Billi l-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Awstrija, min-naħa l-oħra, dwar il-koperazzjoni fuq l-amministrazzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma fil-Baċir tad-Danubju, iffirmat f'Regensburg fl-1 ta' Diċembru 1987, jipprovdi partikolarment għat-twaqqif ta' Kumitat Permanenti dwar l-amministrazzjoni tar-Riżorsi ta' l-Ilma, li ser jifformula rakkomandazzjonijiet għall-Partijiet Kontraenti dwar il-miżuri illi għandhom jittieħdu sabiex, inter alia, titjieb il-kwalità tar-riżorsi ta' l-ilma fil-Baċir tad-Danubju, sakemm ikunu kopert minn dan il-Ftehim;

Billi l-ħmistax il-Direttiva elenkati fl-Anness tal-Protokoll Finali mal-Ftehim in kwestjoni japplikaw għall-Baċir tad-Danubju;

Billi jidher illi huwa meħtieġ għall-Komunità illi tapprova l-Ftehim sabiex jintlaħaq wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, fir-rigward tal-preservazzjoni, il-proġettazzjoni u t-titjib tal-kwalità ta' l-ambjen, kif previst fl-Att Uniku Ewropew;

billi l-imsemmi Ftehim ġie iffirmat f'isem il-Komunità fl-1 ta' Diċembru 1987,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Komunità Ekonomika Ewropea, min-naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Awstrija, min-naħa l-oħra, dwar il-koperazzjoni fuq l-amministrazzjoni tar-riżorsi ta' l-ilma fil-Baċir tad-Danubju, qiegħed jiġi hawnhekk approvat f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea.

It-test ta' dan il-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej għandu, f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, jiddepożita l-istrument ta' approvazzjoni previst fl-Artikolu 12 ta' dan il-Ftehim. Peress illi kemm il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja huma partijiet għal dan il-Ftehim, l-awtoritajiet rispettivi tagħhom ser jikkordinaw l-iskeda tagħhom biex b'hekk l-istrumenti ta' approvazzjoni taż-żewġ partijiet għandhom jiġu depożitati simultanjament.

Magħmul fi Brussel, 22 Marzu 1990.

F'isem il-Kunsill

Il-President

P. Flynn

[1] ĠU C 98, tad-19.4.1989, pġ. 10.

[2] ĠU C 256, tad-9.10.1989, pġ. 152.

[3] ĠU C 298, tas-27.11.1989, pġ. 1.

[4] ĠU C 328, tas-7.12.1989, pġ. 1.

--------------------------------------------------