12004V257

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU III - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI - KAPITOLU IV - ŻONA TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Sezzjoni 1 - Disposizzjonijiet ġenerali - Artikolu III-257

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0113 - 0113


Artikolu III-257

1. L-Unjoni għandha tikkostitwixxi żona ta' libertà, ta' sigurtà u ta' ġustizzja b'rispett għad-drittijiet fundamentali u tas-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti ta' l-Istati Membri.

2. Għandha tassigura li ma jkunx hemm kontrolli ta' fruntieri interni għal persuni u għandha tinkwadra politika komuni dwar l-asil, l-immigrazzjoni u l-kontroll fuq il-fruntieri esterni, bbażati fuq solidarjetà bejn Stati Membri, li tkun ġusta għal ċittadini ta' pajjiżi terzi. Għall-iskop ta' dan il-Kapitolu, persuni apolidi għandhom jiġu trattati bħala ċittadini ta' pajjiżi terzi.

3. L-Unjoni għandha tipprova tassigura livell għoli ta' sigurtà permezz ta' miżuri li jrażżnu u jikkumbattu l-kriminalità, r-razziżmu u l-kżenofobija, u permezz ta' miżuri għal kordinazzjoni u koperazzjoni bejn awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħrajn, kif ukoll permezz tar-rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali u, jekk meħtieġ, permezz ta' l-approssimazzjoni ta' liġijiet kriminali.

4. L-Unjoni għandha tiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja, b'mod partikolari permezz tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji f'materji ċivili.

--------------------------------------------------