Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0048 - 0048
Artikolu 55 Fuq talba li tkun sostanzjata kif dovut minn xi wieħed mill-Istati Membri l-ġodda, il-Kunsill, li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jista', qabel l- 1 ta' Mejju 2004, jieħu miżuri li jkunu jikkonsistu f'derogi temporanji mill-atti ta' l-istituzzjonijiet adottati bejn l- 1 ta' Novembru 2002 u d-data tal-firma tat-Trattat ta' l-Adeżjoni. --------------------------------------------------