Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2008 – Koinotita Grammatikou vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-13/08)
“Rikors għal annullament – Fond ta’ Koeżjoni – Nuqqas ta’ interess dirett – Inammissibbiltà”
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess dirett – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li, taħt il-Fond ta’ Koeżjoni, tagħti lil Stat Membru għajnuna finanzjarja għall-kostruzzjoni ta’ sit ta’ landfill (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 25-30)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C (2004) 5509, tal-21 ta’ Diċembru 2004, dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni għat-twettiq ta’ progett imsemmi “Kostruzzjoni ta’ sit ta’ landfill fil-faċilità ta’ mmaniġġjar integrat tal-iskart fil-grigal ta’ Attika f’‘Mavro Vouno Grammatikou’” |
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Koinotita Grammatikou hija kkundannata għall-ispejjeż. |