Official Journal L 141 , 01/06/1983 P. 0043 - 0043
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0186
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0009
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0186
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 10 P. 0009
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1385/83 tas-27 ta' Mejju 1983 dwar il-klassifika ta' l-oġġetti li jidħlu fis-subintestatura 21.02 Ċ II tat-Tariffa Doganali Komuni IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 97/69 tas-16 ta' Jannar 1969 dwar il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex tiġi applikata b'mod uniformi n-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni [1], kif l-aħħar emendat bl-Att ta' l-Adeżjoni tal-Greċja, u b'mod partikolari Artikolu 3 tiegħu, Billi, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, iridu jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-klassifika tat-tariffa ta' prodott li jikkonsisti f’qamħ tax-xgħir mingħajr nebbieta, bla qoxra, inkaljat u li jista jintuża fil-produzzjoni tal-birra, bħala aġent li jagħti l-kulur u t-togħma, jew bħala sostitut tal-kafè; Billi l-intestatura Nru 21.02 tat-Tariffa Doganali Komuni annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 950/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 604/83 [3], tinkludi inter alia sostituti tal-kafè inkaljat; Billi, il-prodott interessat, saħansitra jekk jista’ jintuża biex jagħti l-kulur u t-togħma lill-birra, għandu l-karatteristiċi ta' sostitut tal-kafè ingaljat ta' l-intestatura Nru 21.02; billi, f'din l-intestatura, trid tingħażel is-subintestatura 21.02 Ċ II għall-prodott in kwistjoni; Billi l-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-prodott li jikkonsisti mill-qamħ tax-xgħir mingħajr nebbieta, bla qoxra, ingaljat u li jista’ jintuża fil-produzzjoni tal-birra bħala aġent li jagħti l-kulur u t-togħma, jew bħala sostitut tal-kafè, għandu jiġi klassifikat fit-Tariffa Doganali Komuni taħt is-subintestatura: 21.02 Estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet, tal-kafè, tat-te jew tal-maté u tħejjijiet fuq bażi ta' dawn l-estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet; iċ-ċikwejra ingaljata jew sostituti ingaljati oħra tal-kafè u estratti, essenzi jew konċentrazzjonijiet minnhom: Ċ. Iċ-Ċikwejra ingaljata u sostituti inkaljati oħra tal-kafè: II. Oħrajn Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Mejju 1983. Għall-Kummissjoni Karl-Heinz Narjes Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 14, tal-21.1.1969, p. 1. [2] ĠU L 172, tat-22.7.1968, p. 1. [3] ĠU L 72, tat-18.3.1983, p. 3. --------------------------------------------------