|
20.9.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 242/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1569
tas-16 ta' Settembru 2019
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, fir-rigward tal-emenda tal-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli ( “il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tal-Ftehim jipprevedi t-twaqqif ta' Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (“il-Kumitat”), li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament tajjeb tiegħu. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 11 tal-Ftehim, il-Kumitat jista' jiddeċiedi li jemenda l-Annessi għall-Ftehim. |
|
(4) |
Il-Kumitat għandu jadotta deċiżjoni għall-emenda tal-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim sabiex jiġu aġġornati l-kodiċijiet numeriċi tal-Ftehim wara l-aħħar reviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda, sabiex jiġi kkoreġut żball li sar fl-aħħar adattament tal-Anness 1 għall-Ftehim rigward il-konċessjoni tariffarja għall-ġarretti mingħajr għadma, u sabiex jiġu integrati fl-Anness 1 għall-Ftehim il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Iżvizzera fl-1996 għall-ikel tal-klieb u tal-qtates maħsubin għall-bejgħ. |
|
(5) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat billi d-deċiżjoni prevista hija vinkolanti għall-Unjoni, |
ADOTTA D-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf permezz tal-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar Kummerċ fi Prodotti Agrikoli, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Settembru 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TUPPURAINEN
DEĊIŻJONI Nru XX/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA
ta' …
li temenda l-Anness 1 u 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim jelenkaw il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Konfederazzjoni Żvizzera u mill-Unjoni Ewropea (“il-Partijiet”) rispettivament. |
|
(3) |
Il-Partijiet qablu li jemendaw l-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim wara l-aħħar reviżjoni tan-Nomenklatura Magħquda u żball li sar fl-aħħar adattament tal-Anness 1 rigward il-konċessjoni tariffarja għall-ġarretti bla għadma. Ġie deċiż ukoll li fl-Anness 1 għall-Ftehim jiġu integrati il-konċessjonijiet tariffarji mogħtija mill-Iżvizzera fl-1996 għall-ikel tal-klieb u tal-qtates maħsub għall-bejgħ, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Annessi 1 u 2 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli għandhom jiġu ssostitwiti, rispettivament, bit-testi li jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi … 2019.
Magħmul fi ….,
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Susana MARAZUELA-AZPIROZ
Il-Kap tad-Delegazzjoni Żvizzera
Krisztina BENDE
Is-Segretarju tal-Kumitat
Luis QUEVEDO LEY
ANNESS
ANNESS 1
KONĊESSJONIJIET MOGĦTIJA MILL-IŻVIZZERA
Il-konċessjonijiet tariffarji indikati hawn taħt jingħataw mill-Iżvizzera għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Unjoni Ewropea u, fejn applikabbli, huma soġġetti għal kwantità annwali:
|
Intestatura tariffarja Żvizzera |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Dazju doganali applikabbli (CHF/100 kg piż gross) |
Kwantità annwali (piż nett f'tunnellati metriċi) |
||||
|
0101 2991 |
Żwiemel ħajjin (ħlief żwiemel ta' razza pura għar-razza u żwiemel għall-qatla) (għadd ta' rjus) |
0,00 |
100 ras |
||||
|
0204 5010 |
Laħam tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew friżat |
40,00 |
100 |
||||
|
0207 1481 |
Isdra tat-tjur ta' speċijiet domestiċi, friżati |
15,00 |
2 100 |
||||
|
0207 1491 |
Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta' tjur ta' speċijiet domestiċi, inkluż il-fwied (ħlief l-isdra), friżati |
15,00 |
1 200 |
||||
|
0207 2781 |
Isdra tad-dundjani ta' speċijiet domestiċi, friżati |
15,00 |
800 |
||||
|
0207 2791 |
Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta' dundjani ta' speċijiet domestiċi, inkluż il-fwied (ħlief l-isdra), friżati |
15,00 |
600 |
||||
|
0207 4210 |
Papri ta' speċijiet domestiċi, mhux imqattgħin f'biċċiet, friżati |
15,00 |
700 |
||||
|
|
Fwied bix-xaħam ta' papri jew ta' wiżż ta' speċijiet domestiċi, frisk jew imkessaħ |
|
|
||||
|
0207 4300 |
|
|
|
||||
|
0207 5300 |
|
9,50 |
20 |
||||
|
|
Qatgħat u ġewwieni li jittiekel ta' papri, ta' wiżż jew ta' farawni ta' speċijiet domestiċi, friżati (ħlief fwied bix-xaħam) |
|
|
||||
|
0207 4591 |
|
|
|
||||
|
0207 5591 |
|
|
|
||||
|
0207 6091 |
|
15,00 |
100 |
||||
|
0208 1000 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel ta' fniek jew ta' liebri, frisk, imkessaħ jew friżat |
11,00 |
1 700 |
||||
|
0208 9010 |
Laħam u ġewwieni li jittiekel ta' kaċċa, frisk, imkessaħ jew friżat (ħlief dawk ta' liebri u majjali tas-simna) |
0,00 |
100 |
||||
|
ex ex 0210 1191 |
Ġarretti u qatgħat tagħhom, bl-għadma, ta' majjal domestiku (ħlief tas-simna), immellħin jew fis-salmura, imnixxfin jew affumikati |
|
|
||||
|
ex ex 0210 1991 |
Ġarretti u qatgħat tagħhom, mingħajr għadma, ta' majjal domestiku (ħlief tas-simna), immellħin jew fis-salmura, imnixxfin jew affumikati |
0,00 |
1 000 (1) |
||||
|
0210 2010 |
Laħam imnixxef ta' annimali tal-ifrat |
0,00 |
200 (2) |
||||
|
|
Bajd tat-tjur, tajjeb għall-ikel, fil-qoxra |
|
|
||||
|
ex ex 0407 2110 |
|
|
|
||||
|
ex ex 0407 2910 |
|
|
|
||||
|
ex ex 0407 9010 |
|
47,00 |
150 |
||||
|
ex ex 0409 0000 |
Għasel naturali tal-akaċja |
8,00 |
200 |
||||
|
ex ex 0409 0000 |
Għasel naturali, oħrajn (għajr akaċja) |
26,00 |
50 |
||||
|
0602 1000 |
Biċċiet u żabriet maqlugħin mill-għeruq |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Pjanti salvaġġi tal-frott bi żrieragħ irqaq (pips) (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva): |
|
|
||||
|
0602 2011 |
|
|
|
||||
|
0602 2019 |
|
|
|
||||
|
0602 2021 |
|
|
|
||||
|
0602 2029 |
|
0,00 |
|||||
|
|
Pjanti salvaġġi tal-frott bl-għadam (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva): |
|
|
||||
|
0602 2031 |
|
|
|
||||
|
0602 2039 |
|
|
|
||||
|
0602 2041 |
|
|
|
||||
|
0602 2049 |
|
0,00 |
|||||
|
|
Pjanti għajr salvaġġi tal-frott bi żrieragħ irqaq (pips) jew bl-għadam (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva), bi frott li jittiekel: |
|
|
||||
|
0602 2051 |
|
|
|
||||
|
0602 2059 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Siġar, arbuxelli u buxxijiet, li jagħmlu frott li jittiekel, bl-għeruq mikxufin: |
|
|
||||
|
0602 2071 |
|
|
|
||||
|
0602 2072 |
|
0,00 |
|||||
|
0602 2079 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Siġar, arbuxelli u buxxijiet, li jagħmlu frott li jittiekel, bl-għeruq u bil-ħamrija ta' madwarhom: |
|
|
||||
|
0602 2081 |
|
|
|
||||
|
0602 2082 |
|
0,00 |
|||||
|
0602 2089 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0602 3000 |
Rododendri u ażalej, imlaqqmin jew le |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Ward, imlaqqmin jew le: |
|
|
||||
|
0602 4010 |
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
||||
|
0602 4091 |
|
|
|
||||
|
0602 4099 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Pjanti (li ġejjin min-nebbieta jew prodotti bi propagazzjoni veġetattiva) ta' speċijiet utli; spawn għall-faqqiegħ: |
|
|
||||
|
0602 9011 |
|
|
|
||||
|
0602 9012 |
|
|
|
||||
|
0602 9019 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Pjanti ħajjin oħra (inkluż l-għeruq): |
|
|
||||
|
0602 9091 |
|
|
|
||||
|
0602 9099 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0603 1110 |
Ward, maqtugħ, għal bukketti jew għat-tiżjin, frisk, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru |
|
|
||||
|
0603 1210 |
Radanċi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru |
|
|
||||
|
0603 1310 |
Orkidej, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru |
|
|
||||
|
0603 1410 |
Kriżantemi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru |
|
|
||||
|
0603 1510 |
Ġilji (Lilium spp.), maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru |
|
|
||||
|
|
Fjuri u blanzuni ta' fjuri oħrajn, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mill-1 ta' Mejju sal-25 ta' Ottubru: |
|
|
||||
|
0603 1911 |
|
|
|
||||
|
0603 1918 |
|
0,00 |
1 000 |
||||
|
0603 1230 |
Radanċi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0603 1330 |
Orkidej, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April |
|
|
||||
|
0603 1430 |
Kriżantemi, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April |
|
|
||||
|
0603 1530 |
Lis (Lilium spp.), maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April |
|
|
||||
|
0603 1930 |
Tulipani maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April |
|
|
||||
|
|
Fjuri u blanzuni ta' fjuri oħrajn, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski, mis-26 ta' Ottubru sat-30 ta' April: |
|
|
||||
|
0603 1931 |
|
|
|
||||
|
0603 1938 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Tadam, frisk jew imkessaħ: |
|
|
||||
|
0702 0010 |
tadam ċiras (cherry):
|
|
|
||||
|
0702 0020 |
tadam Peretti (tawwali):
|
|
|
||||
|
0702 0030 |
|
|
|
||||
|
0702 0090 |
|
0,00 |
10 000 |
||||
|
|
Ħass ikkabuċċjat mingħajr werqa fuq barra: |
|
|
||||
|
0705 1111 |
|
0,00 |
2 000 |
||||
|
|
Ċikwejra tat-tip Witloof friska jew imkessħa: |
|
|
||||
|
0705 2110 |
|
0,00 |
2 000 |
||||
|
0707 0010 |
Ħjar għall-insalata, mill-21 ta' Ottubru sal-14 ta' April |
5,00 |
200 |
||||
|
0707 0030 |
Ħjar tal-pikles, b'tul > 6 cm iżda ≤ 12 cm, frisk jew imkessaħ, mill-21 ta' Ottubru sal-14 ta' April |
5,00 |
100 |
||||
|
0707 0031 |
Ħjar tal-pikles, b'tul > 6 cm iżda ≤ 12 cm, frisk jew imkessaħ, mill-15 ta' April sat-20 ta' Ottubru |
5,00 |
2 100 |
||||
|
0707 0050 |
Gherkins friski jew imkessħin |
3,50 |
800 |
||||
|
|
Brunġiel, frisk jew imkessaħ: |
|
|
||||
|
0709 3010 |
|
0,00 |
1 000 |
||||
|
0709 5100 0709 5900 |
Faqqiegħ, frisk jew imkessaħ, tal-ġens Agaricus jew oħrajn, għajr tartuf |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Bżar, frisk jew imkessaħ: |
|
|
||||
|
0709 6011 |
|
2,50 |
bla limitu |
||||
|
0709 6012 |
Bżar frisk jew imkessaħ mill-1 ta' April sal-31 ta' Ottubru |
5,00 |
1 300 |
||||
|
|
Qarabagħli (inkluż il-fjuri tal-qarabagħli), frisk jew imkessaħ: |
|
|
||||
|
0709 9950 |
|
0,00 |
2 000 |
||||
|
ex ex 0710 8090 |
Faqqiegħ, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0711 9090 |
Veġetali u taħlit ta' veġetali, preservati provviżjonalment (eż. bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għal konsum immedjat |
0,00 |
150 |
||||
|
0712 2000 |
Basal, imnixxef, imqattgħin jew fi flieli jew f'biċċiet jew trab, iżda mhux ippreparati aktar |
0,00 |
100 |
||||
|
0713 1011 |
Piżelli (Pisum sativum), imnixxfin, imqaxxrin, fi ħbub sħaħ, mhux ipproċessati, għall-għalf tal-annimali |
Rifużjoni ta' CHF 0,90 fuq id-dazju applikat |
1 000 |
||||
|
0713 1019 |
Piżelli (Pisum sativum), imnixxfin, imqaxxrin, fi ħbub sħaħ, mhux ipproċessati (għajr dawk għall-għalf tal-annimali, għal użi tekniċi jew għall-produzzjoni tal-birra) |
0,00 |
1 000 |
||||
|
|
Ġellewż (Corylus spp.), frisk jew imnixxef: |
|
|
||||
|
0802 2190 |
|
|
|
||||
|
0802 2290 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0802 3290 |
Ġewż |
0,00 |
100 |
||||
|
ex ex 0802 9090 |
Ġewż tal-arżnu, frisk jew imnixxef |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0805 1000 |
Larinġ, frisk jew imnixxef |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); klementina, wilkings u ibridi simili taċ-ċitru, friski jew imnixxfin |
|
|
||||
|
0805 2100 |
mandolina (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas) |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0805 2200 |
klementin |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0805 2900 |
oħrajn |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0807 1100 |
Dulliegħ frisk |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
0807 1900 |
Bettieħ, frisk, għajr dulliegħ |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Berquq, frisk, f'pakketti miftuħa: |
|
|
||||
|
0809 1011 |
|
|
|
||||
|
0809 1091 |
f'pakketti oħra:
|
0,00 |
2 100 |
||||
|
0809 4013 |
Għanbaqar, frisk, f'pakketti miftuħa, mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru |
0,00 |
600 |
||||
|
0810 1010 |
Frawli, friski, mill-1 ta' Settembru sal-14 ta' Mejju |
0,00 |
10 000 |
||||
|
0810 1011 |
Frawli, friski, mill-15 ta' Mejju sal-31 ta' Awwissu |
0,00 |
200 |
||||
|
0810 2011 |
Lampun, frisk, mill-1 ta' Ġunju sal-14 ta' Settembru |
0,00 |
250 |
||||
|
0810 5000 |
Kiwi, frisk |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
ex ex 0811 1000 |
Frawli, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, friżati, mingħajr żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, mhux f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut, maħsubin għall-użu industrijali |
10,00 |
1 000 |
||||
|
ex ex 0811 2090 |
Lampun, tut jew ċawsli, loganberries u passolina sewda, bajda jew ħamra, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, mingħajr żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu, mhux f'pakketti għall-bejgħ bl-imnut, maħsubin għall-użu industrijali |
10,00 |
1 200 |
||||
|
0811 9010 |
Foxberries, nejjin jew imsajrin bil-fwar jew bit-togħlija, friżati, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha |
0,00 |
200 |
||||
|
0811 9090 |
Frott tajjeb għall-ikel, nej jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat, kemm jekk biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu jew mingħajrha (għajr frawli, lampun, tut jew ċawsli, loganberries, passolina sewda, bajda jew ħamra, foxberries u frott tropikali) |
0,00 |
1 000 |
||||
|
0904 2200 |
Frott tal-ġens Capsicum jew tal-ġens Pimenta, imnixxef jew imfarrak jew mitħun |
0,00 |
150 |
||||
|
0910 2000 |
Żagħfran |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Qamħ u meslin [għajr il-qamħ durum], għall-għalf tal-annimali |
|
|
||||
|
1001 9931 |
|
|
|
||||
|
1001 9939 |
|
Rifużjoni ta' CHF 0,60 fuq id-dazju applikat |
50 000 |
||||
|
|
Qamħirrum għall-għalf tal-annimali |
|
|
||||
|
1005 9031 |
|
|
|
||||
|
1005 9039 |
|
Rifużjoni ta' CHF 0,50 fuq id-dazju applikat |
13 000 |
||||
|
|
Żejt taż-żebbuġa, verġni, għajr għall-għalf tal-annimali: |
|
|
||||
|
1509 1091 |
|
60,60 (4) |
bla limitu |
||||
|
1509 1099 |
|
86,70 (4) |
bla limitu |
||||
|
|
Żejt taż-żebbuġa u l-frazzjonijiet tiegħu, raffinat jew le, iżda mhux modifikat kimikament, għajr għall-għalf tal-annimali: |
|
|
||||
|
1509 9091 |
|
60,60 (4) |
bla limitu |
||||
|
1509 9099 |
|
86,70 (4) |
bla limitu |
||||
|
ex ex 0210 1991 |
Prieżet fis-salmura, bla għadam, magħluqa f'bużżieqa jew f'musrana artifiċjali (“prieżet f'bużżieqa”) |
|
|
||||
|
ex ex 0210 1991 |
Biċċa laħam ħoxna, bla għadam, iffumikata (“prieżet fis-salmura”) |
|
|
||||
|
ex ex 0210 1991 ex ex 1602 4910 |
Qnieżaħ tal-majjal fis-salmura jew imnixxef bl-ajra, sħiħ, f'biċċiet jew fi ftieti rqaq (“Coppa”) |
|
|
||||
|
1601 0011 1601 0021 |
Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparazzjonijiet alimentari abbażi ta' dawn il-prodotti tal-annimali tal-intestaturi 0101 sa 0104 , ħlief tas-simna |
0,00 |
3 715 |
||||
|
|
Tadam, sħiħ jew f'biċċiet, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku: |
|
|
||||
|
2002 1010 2002 1020 |
|
2,50 4,50 |
bla limitu bla limitu |
||||
|
|
Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, għajr sħaħ jew f'biċċiet: |
|
|
||||
|
2002 9010 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
2002 9021 |
Polpa, purè u konċentrat tat-tadam, f'kontenituri siġillati eremetikament, b'kontenut ta' materjal xott ta' 25 % jew aktar fil-piż, magħmulin minn tadam u ilma, biż-żieda jew le ta' melħ jew ħwawar oħra, f'kontenituri li ma jesgħux aktar minn 5 kg |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
2002 9029 |
Tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, għajr sħaħ jew f'biċċiet, u għajr polpa, purè u konċentrat tat-tadam: |
|
|
||||
|
|
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
2003 1000 |
Faqqiegħ tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku |
0,00 |
1 700 |
||||
|
|
Qaqoċċ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 : |
|
|
||||
|
ex ex 2004 9018 |
|
17,50 |
bla limitu |
||||
|
ex ex 2004 9049 |
|
24,50 |
bla limitu |
||||
|
|
Asparagu ppreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 : |
|
|
||||
|
2005 6010 |
|
|
|
||||
|
2005 6090 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Żebbuġ ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 : |
|
|
||||
|
2005 7010 |
|
|
|
||||
|
2005 7090 |
|
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Kappar ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżat, għajr prodotti tal-intestatura 2006 : |
|
|
||||
|
ex ex 2005 9911 |
|
17,50 |
bla limitu |
||||
|
ex ex 2005 9941 |
|
24,50 |
bla limitu |
||||
|
2008 3090 |
Frott taċ-ċitru, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
2008 5010 |
Polpa tal-berquq, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, li ma hija speċifikata jew inkluża mkien aktar |
10,00 |
bla limitu |
||||
|
2008 5090 |
Berquq, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar |
15,00 |
bla limitu |
||||
|
2008 7010 |
Polpa tal-ħawħ, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, mingħajr zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, li ma hija speċifikata jew inkluża mkien aktar |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
2008 7090 |
Ħawħ, ippreparat jew ippreservat mod ieħor, kemm jekk fih zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma huwa speċifikat jew inkluż imkien aktar |
0,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Meraq ta' kull frotta taċ-ċitru għajr il-larinġ, il-grapefruit jew il-pomelo, mhux iffermentat, mingħajr spirtu miżjud: |
|
|
||||
|
ex ex 2009 3919 |
|
6,00 |
bla limitu |
||||
|
ex ex 2009 3920 |
|
14,00 |
bla limitu |
||||
|
|
Inbejjed tad-deżerta, speċjalitajiet u mistelles f'kontenituri: |
|
|
||||
|
2204 2150 |
|
8,50 |
bla limitu |
||||
|
2204 2250 |
|
8,50 |
bla limitu |
||||
|
2204 2960 |
|
8,50 |
bla limitu |
||||
|
ex ex 2204 2150 |
Porto, f'kontenituri li ma jesgħux aktar minn 2 litri, skont id-deskrizzjoni f' (6) |
0,00 |
1 000 |
||||
|
|
Retsina (inbid abjad Grieg), skont id-deskrizzjoni f' (7) |
|
|
||||
|
ex ex 2204 2121 |
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
||||
|
ex ex 2204 2221 |
|
|
|
||||
|
ex ex 2204 2222 |
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
||||
|
ex ex 2204 2923 |
|
|
|
||||
|
ex ex 2204 2924 |
|
0,00 |
500 |
||||
|
|
Ikel għall-klieb jew għall-qtates, maħsubin għall-bejgħ bl-imnut f'kontenituri siġillati ermetikament; |
|
|
||||
|
2309 1021 |
|
|
|
||||
|
2309 1029 |
|
0,00 |
6 000 (8) |
ANNESS 2
KONĊESSJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA
Il-konċessjonijiet tariffarji indikati hawn taħt jingħataw mill-Komunità Ewropea għall-prodotti li ġejjin li joriġinaw fl-Iżvizzera u, fejn applikabbli, huma soġġetti għalkwantità annwali:
|
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-merkanzija |
Dazju doganali applikabbli (EUR/100 kg piż nett) |
Kwantità annwali (piż nett f'tunnellati metriċi) |
|
0102 29 41 0102 29 49 0102 29 51 0102 29 59 0102 29 61 0102 29 69 0102 29 91 0102 29 99 ex 0102 39 10 ex 0102 90 91 |
Annimali tal-ifrat ħajjin b'piż ta' aktar minn 160 kg |
0,00 |
4 600 ras |
|
ex 0210 20 90 |
Laħam ta' annimali tal-ifrat, bla għadma, imnixxef |
0,00 |
1 200 |
|
ex 0401 40 10 0401 40 90 0401 50 11 0401 50 19 0401 50 31 0401 50 39 0401 50 91 0401 50 99 |
Krema, b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, ta' aktar minn 6 % |
0,00 |
2 000 |
|
0403 10 |
Jogurt |
||
|
0402 29 11 ex 0404 90 83 |
Ħalib speċjali, għal trabi, f'kontenituri ssiġillati ermetikament b'kontenut nett mhux aktar minn 500 g, b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, ta' aktar minn 10 % (9) |
43,80 |
bla limitu |
|
0602 |
Pjanti oħrajn ħajjin (inklużi l-għeruq tagħhom), biċċiet u żabriet; spawn għall-faqqiegħ |
0,00 |
bla limitu |
|
0603 11 00 0603 12 00 0603 13 00 0603 14 00 0603 15 00 0603 19 |
Fjuri u blanzuni ta' fjuri, maqtugħin, għal bukketti jew għat-tiżjin, friski |
0,00 |
bla limitu |
|
0701 10 00 |
Patata, bħala żerriegħa, friska jew imkessħa |
0,00 |
4 000 |
|
0702 00 00 |
Tadam, frisk jew imkessaħ |
0,00 (10) |
1 000 |
|
0703 10 19 0703 90 00 |
Basal, għajr bħala żerriegħa Kurrat u veġetali oħrajn tal-ġens tat-tewm, friski jew imkessħin |
0,00 |
5 000 |
|
0704 10 00 0704 90 |
Kaboċċi, pastard, ġdur u brassicae oħrajn li jittieklu, għajr Brussels sprouts, friski jew imkessħin |
0,00 |
5 500 |
|
0705 |
Ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin |
0,00 |
3 000 |
|
0706 10 00 |
Karrotti u turnips (xorta ta' Brassica), friski jew imkessħin |
0,00 |
5 000 |
|
0706 90 10 0706 90 90 |
Pitravi tal-insalata, sassefrika, celeriac (xorta ta' krafes), ravanell u għeruq oħrajn simili tajbin għall-ikel, għajr l-għerq tal-mustarda (Cochlearia armoracia), friski jew imkessħin |
0,00 |
3 000 |
|
0707 00 05 |
Ħjar, frisk jew imkessaħ |
0,00 (10) |
1 000 |
|
0708 20 00 |
Fażola (Vigna spp., Phaseolus spp.), friska jew imkessħa |
0,00 |
1 000 |
|
0709 30 00 |
Brunġiel, frisk jew imkessaħ |
0,00 |
500 |
|
0709 40 00 |
Krafes, għajr is-celeriac (xorta ta' krafes), friski jew imkessħin |
0,00 |
500 |
|
0709 51 00 0709 59 |
Faqqiegħ u tartuf, frisk jew imkessaħ |
0,00 |
bla limitu |
|
0709 70 00 |
Spinaċi, spinaċi ta' New Zealand u spinaċi tal-ġonna (orache), friski jew imkessħin |
0,00 |
1 000 |
|
0709 99 10 |
Veġetali għall-insalata, ħlief ħass (Lactuca sativa) u ċikwejra (Cichorium spp.), friski jew imkessħin |
0,00 |
1 000 |
|
0709 99 20 |
Pitravi chard (jew pitravi zokkrija) u kardun, friski jew imkessħin |
0,00 |
300 |
|
0709 99 50 |
Bużbież, frisk jew imkessaħ |
0,00 |
1 000 |
|
0709 93 10 |
Qarabagħli, frisk jew imkessaħ |
0,00 (10) |
1 000 |
|
0709 93 90 0709 99 90 |
Veġetali oħrajn, friski jew imkessħin |
0,00 |
1 000 |
|
0710 80 61 0710 80 69 |
Faqqiegħ, mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-togħlija, friżat |
0,00 |
bla limitu |
|
0712 90 |
Veġetali mnixxfin, sħaħ, imqattgħin, flieli, biċċiet jew trab, inkluż miksuba minn veġetali msajrin minn qabel, iżda mhux ippreparati aktar minn hekk, għajr il-basal, il-faqqiegħ u t-tartuf |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 0808 10 80 |
Tuffieħ, għajr tuffieħ tas-sidru, frisk |
0,00 (10) |
3 000 |
|
0808 30 0808 40 |
Lanġas, frisk u sfarġel, frisk |
0,00 (10) |
3 000 |
|
0809 10 00 |
Berquq, frisk |
0,00 (10) |
500 |
|
0809 29 00 |
Ċirasa, għajr ċirasa qarsa (Prunus cerasus), friska |
0,00 (10) |
1 500 (11) |
|
0809 40 |
Għanbaqar u pruna selvaġġa (sloes), friski |
0,00 (10) |
1 000 |
|
0810 10 00 |
Frawli |
0,00 |
200 |
|
0810 20 10 |
Lampun, frisk |
0,00 |
100 |
|
0810 20 90 |
Tut, ċawsli u loganberries, friski |
0,00 |
100 |
|
1106 30 10 |
Dqiq, pasta u trab tal-banana |
0,00 |
5 |
|
1106 30 90 |
Dqiq, pasta u trab ta' frott ieħor tal-kapitolu 8 |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 0210 19 50 |
Prieżet fis-salmura, bla għadam, magħluqa f'bużżieqa jew f'musrana artifiċjali |
0,00 |
1 900 |
|
ex 0210 19 81 |
Biċċa laħam ħoxna, bla għadam, iffumikata |
||
|
ex 0210 19 81 ex 1602 49 19 |
Qnieżaħ tal-majjal fis-salmura jew imnixxef bl-ajra, sħiħ, f'biċċiet jew fi ftieti rqaq |
||
|
ex 1601 00 |
Zalzett u prodotti simili, ta' laħam, fdal tal-laħam jew demm; preparamenti alimentari abbażi ta' dawn il-prodotti tal-annimali tal-intestaturi 0101 sa 0104 , ħlief tas-simna |
||
|
ex 2002 90 91 ex 2002 90 99 |
Trab tat-tadam, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
2003 90 90 |
Faqqiegħ, għajr tal-ġens Agaricus, ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku |
0,00 |
bla limitu |
|
0710 10 00 |
Patata, mhux imsajra jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata |
|
|
|
2004 10 10 2004 10 99 |
Patata ppreparata jew ippreservata mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, friżata, għajr prodotti tal-intestatura 2006 : ħlief f'forma ta' dqiq, pasta jew qxur |
|
|
|
2005 20 80 |
Patata ppreparata jew ippreservata mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, mhux friżata, għajr prodotti tal-intestatura 2006 , ħlief il-preparamenti f'forma ta' dqiq, pasta jew qxur, u l-preparamenti fi flieli rqaq, moqlijin, kemm jekk melħin jew imħawrin kemm jekk le, ġo ppakkjar issiġillat ermetikament, tajbin għal konsum immedjat |
0,00 |
3 000 |
|
ex 2005 91 00 ex 2005 99 |
Trab ippreparat tal-veġetali jew taħlit ta' veġetali, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2008 30 |
Qxur u trab tal-frott taċ-ċitru, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2008 40 |
Qxur u trab tal-lanġas, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2008 50 |
Qxur u trab tal-berquq, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
2008 60 |
Ċirasa, ippreparata jew ippreservata mod ieħor, kemm jekk fiha zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew spirtu miżjud inkella le, li ma hija speċifikata jew inkluża imkien aktar |
0,00 |
500 |
|
ex 0811 90 19 ex 0811 90 39 |
Ċirasa, nejja jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata, biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor li jagħmel ħelu |
||
|
0811 90 80 |
Ċirasa ħelwa, nejja jew imsajra bil-fwar jew bit-togħlija, friżata, mingħajr żieda ta' zokkor jew ta' materjal ieħor li jagħmel ħelu |
||
|
ex 2008 70 |
Qxur u trab tal-ħawħ, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2008 80 |
Qxur u trab tal-frawli, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2008 99 |
Qxur u trab ta' frott ieħor, biż-żieda ta' zokkor, materjal ieħor li jagħmel ħelu jew lamtu, jew mingħajrha (12) |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2009 19 |
Trab tal-meraq tal-larinġ, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2009 21 00 ex 2009 29 |
Trab tal-meraq tal-grapefruit, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2009 31 ex 2009 39 |
Trab tal-meraq ta' frott ieħor taċ-ċitru, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2009 41 ex 2009 49 |
Trab tal-meraq tal-ananas, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2009 71 ex 2009 79 |
Trab tal-meraq tat-tuffieħ, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha |
0,00 |
bla limitu |
|
ex 2009 81 ex 2009 89 |
Trab tal-meraq ta' kwalunkwe frott jew ħaxix ieħor, biż-żieda ta' zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu, jew mingħajrha |
0,00 |
bla limitu |
(1) Inkluż 480 tunnellata għall-prieżet ta' Parma u ta' San Daniele, skont l-iskambju ta' ittri bejn l-Iżvizzera u l-KE tal-25 ta' Jannar 1972.
(2) Inkluż 170 tunnellata ta' Bresaola, skont l-iskambju ta' ittri bejn l-Iżvizzera u l-KE tal-25 ta' Jannar 1972.
(3) Fil-limiti ta' kwota annwali globali ta' 60 000 pjanta.
(4) Inkluż il-kontribuzzjoni għall-fond ta' garanzija għal ħżin obbligatorju.
(5) Huma koperti biss il-prodotti fit-tifsira tal-Anness 7 għall-Ftehim.
(6) Deskrizzjoni: inbid “Porto” tfisser inbid ta' kwalità prodott fir-reġjun iddeterminat fil-Portugal li jġorr l-istess isem fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.
(7) Deskrizzjoni: inbid “Retsina” tfisser inbid tal-mejda fit-tifsira tad-dispożizzjonijiet Komunitarji msemmija fl-Anness VII, il-punt A.2 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999.
(8) Konċessjoni mogħtija mill-Iżvizzera lill-Komunità Ewropea skont l-iskambju ta' ittri tat-30 ta' Ġunju 1996.
(9) Għall-applikazzjoni ta' din is-subintestatura, “ħalib speċjali għat-trabi” tfisser prodotti ħielsa minn mikrobi patoġeni u tossikoġeniċi u li fihom inqas minn 10 000 batterja aerobika li jistgħu jingħataw ħajja mill-ġdid u inqas minn żewġ batterji koliformi għal kull gramma.
(10) Fejn rilevanti, japplika dazju speċifiku flok id-dazju minimu.
(11) Inkluż il-1 000 tunnellata skont l-iskambju ta' ittri tal-14 ta' Lulju 1986.
(12) Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tat-trab tal-ħxejjex u t-trab tal-frott.