|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3714 |
12.6.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Kawża M.11525 — SGIF / EDF / PERFESCO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/3714)
1.
Fil-5 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Sustainable Growth Infrastructure Fund SCSp SICAV-RAIF (“SGIF”, il-Lussemburgu), ġestit minn sussidjarji ta’ DWS Group GmbH & Co KGaA (“DWS”, il-Ġermanja), li fl-aħħar mill-aħħar huwa kkontrollat minn Deustche Bank AG (“DB”, il-Ġermanja), |
|
— |
EDF Pulse Holding SAS (Franza), ikkontrollata minn Électricité de France S.A. (“EDF”, Franza), li hija proprjetà tal-gvern Franċiż, |
|
— |
Perfesco SAS (Franza), attwalment ikkontrollata biss minn EDF. |
SGIF u EDF se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Perfesco.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
SGIF huwa fond Ewropew għall-infrastruttura. |
|
— |
EDF hija kumpanija multinazzjonali Franċiża tal-utilitajiet elettriċi. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża Perfesco huma dawn li ġejjin: Perfesco hija speċjalizzata fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ effiċjenza enerġetika u operazzjonali u attiva esklussivament fi Franza.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11525 – SGIF / EDF / PERFESCO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3714/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)