12006E205

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 1 - L-Istituzzjonijiet - Sezzjoni 2 - Il-Kunsill - Artikolu 205

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0136 - 0137
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0118 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0264 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0058 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 205 [4]

1. Ħlief fejn provdut xort’oħra f’dan it-Trattat, id-deċiżjonijiet tal-Kunsill għandhom jittieħdu bil-maġġoranza tal-membri tiegħu.

2. Meta l-Kunsill ikun jeħtieġlu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, l-voti ta' l-Istati Membri għandhom jiġu peżati kif ġej:

Il-Belġju | 12 |

Ir-Repubblika Ċeka | 12 |

Id-Danimarka | 7 |

Il-Ġermanja | 29 |

L-Estonja | 4 |

Il-Greċja | 12 |

Spanja | 27 |

Franza | 29 |

L-Irlanda | 7 |

L-Italja | 29 |

Ċipru | 4 |

Il-Latvja | 4 |

Il-Litwanja | 7 |

Il-Lussemburgu | 4 |

L-Ungerija | 12 |

Malta | 3 |

L-Olanda | 13 |

L-Awstrija | 10 |

Il-Polonja | 27 |

Il-Portugall | 12 |

Is-Slovenja | 4 |

Is-Slovakkja | 7 |

Il-Finlandja | 7 |

L-Isvezja | 10 |

Ir-Renju Unit | 29 |

Sabiex jiġu adottati, l-atti tal-Kunsill jeħtieġu maġġoranza ta' mill-anqas 232 vot favur espress minn maġġoranza tal-membri fejn dan it-Trattat jeħtieġ li jiġu adottati abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni.

Fil-każijiet l-oħra, sabiex jiġu adottati l-atti tal-Kunsill jeħtieġu mill-anqas 232 vot favur, espress mill-anqas minn żewġ-terzi tal-membri.

3. L-astensjonijiet minn membri sew jekk presenti personalment sew jekk rappreżentati ma għandhomx jimpedixxu l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill li jeħtieġu unanimità.

4. Fejn deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob verifika li l-Istati Membri li jifformaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-anqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jintwera li dik il-kondizzjoni ma ntlaħqitx, id-deċiżjoni msemmija ma għandhiex tiġi adottata.

[4] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb.

--------------------------------------------------